Strutturi socjali

Minghajr ma rridu, ahna nghixu fi hdan strutturi socjali. Dan ifisser li s-socjetà taghna, bhal kull socjetà ohra, ghandha fasla determinata ta’ kif isiru u ma jsirux l-affarijiet. Xi ftit jew wisq, din il-fasla tiddetermina l-agir taghna bhala individwi. Fi kliem iehor, kwazi kwazi minghajr ma rridu jew anki minghajr ma nintebhu, din il-fasal socjali determinata tibdlilna l-personalitajiet individwali taghna sabiex inkunu naqblu ma dak li tkun trid minna.

Fasliet ghal hsibijietna

Hafna minna jiehdu din l-istruttura socjali bhala wahda ovvja. Ma jiddubitawhiex. Jisthajjlu li, la darba tezisti fil-forma li ghandna, allura hija xi ftit jew wisq tajba u wiehed irid joqghod ghaliha. Dan ifisser li jidraw ikunu kuntenti kif isiru u ma jsirux l-affarijiet; jidraw jaccettaw il-fasla ta’ madwarhom u anki l-personalitajiet li tohloq u li tehtieg sabiex tezisti.

Din il-fasla socjali mhijiex maghmula biss minn kif inhuma organizzati l-istituzzjonijiet tas-socjetà, imma wkoll mill-mod kif jahsbu, jirragunaw, jiggudikaw u jinterpretaw l-affarijiet u l-avventimenti ta’ madwarhom. Fi kliem iehor, l-istruttura socjali ta’ madwarna sahansitra tiddetermina, mhux biss l-agir taghna, imma wkoll hsiebna u l-perspettiva tal-hajja li ahna ghandna.

Dan kollu, naturalment, huwa wkoll ibbazat fuq dik li tissejjah in-‘nixxiegha tal-informazzjoni’. Jigifieri fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni li jintuzaw fis-socjetà, fuq il-metodi taghhom u fuq il-kontenut li jaghzlu li jxandru jew ma jxandrux. Ghaldaqstant, hsibijietna jigu ffurmati skond x’informazzjoni nigu mitmugha minn min ghandu l-possibbiltà li jaghmel dan, kif ukoll minn dik l-informazzjoni li qatt ma tinghatalna.

Kumdità passiva

Filwaqt li xi whud jistghu jkunu ghal kollox kuntenti b’dawn l-affarijiet u anki bil-fasla socjali li tezisti madwarhom, ohrajn ma jkunux ghal kollox komdi f’dan l-istat strutturali passiv. Dawn aktarx huma konxji hafna tal-livell ta’ manipulazzjoni u kontroll li huwa implikat f’dan kollu.

Dawk li ma jaccettawx struttura socjali, kemm dik generali u kemm ohrajn aktar specifici, aktarx ma jisthajlux li tista’ tezisti xi socjetà li ma jkollha ebda struttura. Li aktarx jisthajlu hu li kull struttura socjali tista’, fil-fatt, tinbidel. Mhumiex xi haga assoluta li kienu minn dejjem u jridu jibqghu ghal dejjem.

Fi kliem iehor, ghal xi whud l-agir u l-hsieb ta’ nies imdorrija fi struttura socjali partikulari mhux bilfors iridu jibqghu jahsbu u jagixxu skond fasliet fissi u immutabbli. Il-hsieb joktor u jizdied; jikseb perspettivi godda; jaghraf ahjar realtajiet mohbija u ohrajn anqas mistura; johlom f’din dinja differenti; jesplora moghdijiet ta’ hsieb li jistghu jkunu aktar xierqa u shah.

Holqien tal-bniedem

Hadd minna m’ghandu xi dmir li jaccetta l-fasla socjali ezistenti hekk kif sabha. Hadd minna ma hu obbligat li jara lilu nnifsu, in-nies l-ohra u d-dinja ta’ madwaru b’mod wiehed determinat u mhux b’mod iehor. Hadd minna ma jrid bilfors jghix f’morsa ta’ hsieb u agir li jeskludu kull tip iehor ta’ hsieb u agir.

Anzi, jidhirli jien li, bil-kontra, hu dmir ta’ kull bniedem li jkun konxju mad-determinazzjoni li s-socjetà timponi fuqu minghajr il-kunsens jew l-gharfien tieghu; li jappella ghall-access ta’ informazzjoni hielsa bhala l-bazi ta’ socjetà demokratika; li jigi ttrattat ta’ cittadin li johloq l-istruttura u mhux ikun pupu jew vittma taghha.

L-istrutturi socjali mhumiex hziena fihom infushom, imma lanqas ma huma assoluti. Huma holqien tal-bniedem; il-bniedem ghandu jibqa’ sid taghhom u mhux ihalli li huma jsiru sidien tieghu. Ghax fl-istrutturi hemm l-investiment ta’ nies qawwija li jridu li xejn ma jinbidel; li kollox jibqa’ l-istess; li s-setgha taghna ma titnaqqarx; li l-bicca l-kbira taghna nibqghu dris tas-snien.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?