Diskorsi pubblici

Kull diskors li jsir fil-pubbliku jew li jkun intenzjonat ghall-konsum pubbliku hu dejjem politiku. Hemm zewg ghamliet kif dan jista’ jkun. Wahda, jew billi d-diskors ikun jaghti kas tal-loghob politiku, jew, it-tieni, billi d-diskors jilghab loghba politiku. Ebda diskors pubbliku ma jista’ jahrab xi wahda minn dawn il-pozizzjonijiet. Ghalkemm id-differenza ta’ bejniethom tista’ tidher ckejkna u forsi anki insinifikanti, fir-realtà hi kbira u importanti, hafna akbar mill-ftit indikazzjonijiet li naghti hawnhekk illum.

Il-politika

F’dan il-kuntest, bil-kelma ‘politika’ nifhem biha dispozizzjoni mentali li thaddan fiha tliet kwalitajiet essenzjali: vizjoni, strategija u tattika. ‘Vizjoni’ ghax il-persuna jkollha f’mohhha tir fejn tkun tixtieq tasal bl-azzjoni taghha. ‘Strategija’ ghax f’mohhha jkollha pjan generali kif tasal ghat-tir taghha. ‘Tattika’ ghax f’mohhha jkollha l-mezzi li tista’ tuza fil-prattika halli twettaq l-istrategija li jkollha.

Dawn it-tliet kwalitajiet joholqu persuna b’missjoni, jigifieri persuna li ma tista’ tkun qatt ‘innocenti’ jew ‘safja’ fl-intenzjonijiet taghha, imma tkun dejjem persuna li, aktarx minghajr ma tiddikjara esplicitament dak li jkollha f’mohhha li twettaq, tfittex li tisfrutta jew tinqeda b’kull okkazjoni halli twettaq it-tir li jkollha f’mohhha.

Fi kliem iehor, il-politika hija l-arti jew is-sengha tal-manipulazzjoni. Hija tfittex li tuza dak kollu li ssib madwarha―kemm persuni u kemm cirkustanzi―ghat-twettiq tal-iskopijiet taghha nnifisha. Hija ‘arti’ jew ‘sengha’ ghax il-loghba politika tista’ ssir―kif hafna drabi jigri―ikkumplikata u kumplessa hafna; tehtieg certa kapacità sabiex tintlaghab sewwa. Il-manipulazzjoni ma hi qatt semplici jew ghad-dritt. Dejjem trid taghti kas sewwa ta’ kull haga li jista’ jkollha influss―dirett jew indirett―fuq ir-ruzultat ahhari.

Manipulazzjoni tal-kuxjenzi

Ir-raguni ghala kull diskors li jsir fil-pubbliku jew li jkun intenzjonat ghall-konsum pubbliku hu dejjem politiku hi ghaliex diskors bhal dan hu dejjem indirizzat lejn xi tip ta’ udjenza li minnha tigi mistennija reazzjoni kkalkulata. Infatti, din ir-reazzjoni trid tkun taghmel parti mill-kwalitajiet li digà semmejt.

Minn hawn jigi li diskors pubbliku bilfors irid b’xi mod ghallanqas jaghti kas tal-loghob politiku. Ma jistax jaghmel mod iehor. La darba hu pubbliku jrid necessarjament ikun ghallanqas konxju tal-loghob politiku kurrenti. Però, jista’ jieqaf hemm u daqshekk. Imma jista’ wkoll jissokta billi hu wkoll ikun parti mil-loghob politiku li tkun qed isir.

Mhuwiex assolutament necessarju li kull diskors pubbliku jilghab loghba politika. Mhux bilfors li jkun irid jipprova jimmanipula l-kuxjenzi tal-persuni li jisimghuh. Mhuwiex ghal kollox mehtieg li jonqos (ghallanqas mhux totalment) mill-‘innocenza’ jew is-‘safa’ tal-intenzjoni. Natualment, la darba hu pubbliku, bilfors irid ikollu xi intenzjoni li b’xi mod jinfluwenza lil min jimighu. Imma dan mhux necessarjament ghal skopijiet manipulattivi.

Ambjent li jfaqqar

Sfortunatament, il-bicca l-kbira tad-diskorsi pubblici li jsirulna―bil-fomm, bil-kitba jew b’xi sura ohra―kwazi dejjem huma aktar minn tat-tieni ghamla milli minn tal-ewwel. Jigifieri aktar jilaghbu loghob politiku milli jaghtu biss kas ta’ dan il-loghob. Fi kliem iehor, l-intenzjoni mohbija taghhom hija aktar li jimmanipulaw il-kuxjenzi taghna milli li jedukawhomlna.

Diskors manipulattiv, specjalment jekk ma jiddikjarax l-intenjonijiet politici tieghu, hu baxx u ta’ siwi transitorju biss. M’ghandux validità onorabbli, ghax nieqes mill-onestà. Huwa parti minn ambjent ta’ hafna hsejjes li, meta tqis kollox, ma jammontaw ghal xejn.

Dan hu wiehed mill-akbar gheltijiet gravi tal-ambjent pubbliku Malti: li hu mizghud hsejjes! Hsejjes li fl-ahhar mill-ahhar ma jghidu xejn; li ma jibnux il-kuxjenzi; li ma jedukaw lil hadd. Anzi, huma hsejjes li jfaqqru lil kulhadd; li jzommu lil kulhadd f’ibernazzjoni kulturali u spiritwali dejjiema.

Ahjar nofs diskors fqajjar li ma jilghabx loghob politiku milli elf miljun iehor li jaghmel bil-kontra.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?