Komplicità (4)

IR-RABA' PARTI

Il-komplicità pozittiva bejn hbieb li jghozzu lil xulxin, huma leali lejn xulxin u huma msiehba ma’ xulxin fl-ideali taghhom, hija mizmuma hajja minn kwalità essenzjali li aktarx timla din ir-relazzjoni b’tifsir specjali. Hija l-kwalità tal-ammirazzjoni.

L-ammirazzjoni

Bhalma kien Paulo Freire li jidher li thasseb l-aktar fuq ir-relazzjoni ta’ komplicità pozittiva, hekk ukoll kien hu li sahaq hafna fuq l-ammirazzjoni li tghajjex dik ir-relazzjoni. Ir-raguni, isostni, ghala hbieb isiru komplici f’sentimenti, ftehim u ideali komuni huwa ghaliex jammiraw lil xulxin.

Mal-ewwel daqqa’ t’ghajn, fosri dan jista’ jidhrilna stramb. Imma jekk wiehed joqghod jahseb ftit jaghraf kemm hu tassew hekk. Persuni li holqu armonija ta’ sentimenti u ta’ vizjoni bejniethom jammiraw dawk is-sentimenti u dik il-vizjoni hekk kif jezistu f’xulxin; cjoè, iharsu lejhom b’certa staghgib, b’certa ferh u fohrija.

Din l-ammirazzjoni hija fil-qiegh tas-solidarjetà li jibnu bejniethom; hija r-ruh tar-reciprocità u l-komunikazzjoni – tassew, tad-djalogu – li jezistu bejniethom. Persuna li tammira hija persuna li tibqa’ dejjem lesta li tisma’, li taghraf u li thobb; tibqa’ dejjem persuna li tissieheb fid-dinamizmu li tohloq il-komplicità nnifisha.

Difiza ta’ xulxin

Mhemmx artificjalità fl-ammirazzjoni. Tigi naturali lill-persuni daqskemm tigihom naturali – anzi, pari passu – mal-gibda taghhom lejn xulxin. Minkejja dan, hija ammirazzjoni li tezisti mhux fuq livell naturali (ibbazata fuq il-kwalitajiet sbieh jew koroh tal-persuna), imma pjuttost fuq livell ‘spiritwali’, fuq is-sentimenti li jaqsmu bejniethom u fuq l-ideali li jimmiraw lejhom.

Il-persuni li jaqsmu dawn il-kwalitajiet kollha – l-ghozza, il-lealtà, is-shubija u, fuq kollox, l-ammirazzjoni – jiddefendu bis-shih lil xulxin kemm fil-prezenza ta’ xulxin u kemm meta jkunu jinsabu ’l boghod minn xulxin. Mhux biss, imma, fuq il-bazi tal-istess komplicità pozittiva li bnew, jiddefendu lil xulxin u jharsu fuq xulxin. Fuq kollox, ma jisthux minn xulxin u lanqas ma jisthu jaqsmu hajjithom u hsibijiet ma’ xulxin.

Ghalkemm l-ammirazzjoni tnaqqas il-possibbiltà tat-tradiment – li hu wiehed mill-aghar hwejjeg fid-dinja u partikularment bejn il-hbieb – certament li ma tnehhihiex ghal kollox. Hemm certa vulnerabbiltà fil-komplicità. Hija l-vulnerabbiltà evidenti ta’ shubija bejn aktar minn persuna wahda. Hija wkoll vulnerabbiltà li tkompli sseddaq is-sbuhija u l-gmiel tal-istess komplicità.

Ftahir u ferh ta’ xulxin

Jekk ikolli nikkonkludi billi naghtik xi ftit ideat ta’ komplicità, l-ewwel wahda tkun din: ara lil min (jew ghandek) tammira tabilhaqq – mhux ghal xi kwalitajiet individwali li ghandu daqskemm ghall-ispiritwalità jew il-filosofija tieghu u ghall-ideali li jhaddan go qalbu – fittxu u ersaq lejh.

Dawn il-persuni aktarx se jkunu – bhalma kien skopra Freire, imma wkoll bhalma kien skopra Gesù u tant dixxipli tieghu – nies zghar, minghajr setgha, forsi anki maghkusa jew imwarrba, ghax huma dawn li m’ghandhomx interessi investiti fl-istituzzjonijiet u fl-istrutturi politici li, minflok il-gid tal-persuni, ifittxu l-gid taghhom infushom. Fittex lil dawn in-nies, ersaq lejhom u ssieheb fl-avventuri u t-tigrib taghhom.

Is-smigh ta’ dawn il-persuni zgur li iwassal ghall-ammirazzjoni tieghek lejhom u dawn it-tnejn iwasslu ghall-komplicità. Ghozz lil dawn in-nies b’hafna mhabba, kun dejjem leali lejhom, ohloq shubija intima maghhom. Fuq kollox, iddefendihom dejjem: iddefendi l-ispiritwalità jew il-filosofija taghhom, iddefendi l-hidma taghhom, iddefendi l-isem tajjeb li jisthoqqilhom, iddefendi l-hbiberija tieghek maghhom.

Imbaghad, il-komplicità taghtik il-frott taghha: ghax int tkun tista’ tifrah b’dak li jahsbu, jghidu u jaghmlu. Tkun tista’ tifrah bil-hbiberija tieghek maghhom. Aktar minn hekk, tkun tista’ tiftahar bihom. Tkun tista’ tara li fid-dinja m’inix wahdek, imma mieghek ghandek dejjem – anki jekk imbieghda minnek – lil min ihobbok, jghozzok, hu leali lejk, jiddefendik u jiftahar bil-hbiberija tieghek mieghu.

TMIEM

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?