Is-sigriet tal-gratitudni

Il-qies tal-maturità umana u spiritwali hija l-gratitudni. Hija wkoll is-sigriet tal-kuntentizza taghna. Aktar minn azzjoni jew azzjonijiet partikulari, il-gratitudni hija attitudni; qaghda tal-ispirtu; dispozizzjoni tar-ruh. ‘Gratus animus’ kienu jsejhulha l-Latini, jigifieri qalb rikonoxxenti. Kienu jsejhulha wkoll ‘gratia voluntas’, jigifieri rieda rikonoxxenti. Kollha jfissru l-istess haga: il-gratitudni bhala l-muftieh tal-apprezzament u l-bieb tat-tjieba, l-umiltà u l-fidi li jista’ jkollna.

Generosità mdejjna

L-imghallmin l-antiki kienu jghidu li l-gratitudni ghandha mill-virtù tal-gustizzja. Dan minhabba li, fil-qiegh il-qiegh, il-gustizzja hija li nrodd dak li jmiss lil haddiehor. Ghaldaqstant, il-gratitudni hija li nhossni mdejjen lejn min tani xi haga mill-generosità tieghu; mhux ghax kelli xi dritt ghaliha daqskemm ghax b’xi mod sibt grazzja quddiemu.

Nghidu ahna, b’dan il-mod ninsab imdejjen ma’ Alla, li minghandu gieni kull gid. Xi whud, flok Alla, jghidu n-Natura; li hija flokha wkoll, ghalkemm nieqsa, ghax in-Natura tigi minn Alla. Hu x’inhu, lejn Alla (jew in-Natura) ghandni nkun grat kull hin u kull mument. Dan hu l-iskop ewlieni tar-religjon.

Wara Alla (jew in-Natura), ninsab imdejjen ma’ hafna nies, ibda mill-genituri li tawni l-hajja. Dawn kollha, bi dmir jew minn rajhom, ghamluli l-gid u, ghalhekk, ghandi jkolli kull rispett u qima lejhom.

Rikonoxximent misthoqq

Qabel il-gratitudni―jigifieri qabel it-trobbija gewwa fija ta’ sentimenti ta’ radd il-hajr―hemm ir-rikonoxximent. Dan ghaliex, l-ewwel, irrid naghraf li xi hadd tani xi haga. Bhalma jekk ma nafx li jien imdejjen ma nistax inrodd id-dejn tieghi, hekk jekk ma nirrikonoxxix li xi hadd tani xi haga ma nistax inkun grat lejh. Huwa ghalhekk li l-antiki, lill-gratitudni, kienu jsejjhulha wkoll ‘grata beneficii memoria’, jigifieri t-tifkira rikonoxxenti tal-gid maqlugh. Ghax jekk wiehed jinsa x’gid qala’ jew ma jaghtix kas x’qala jew x’ma qalax, kif jista’ jkun grat ghalih?

Sfortunatament, hawn nies li m’ghandhomx rikonoxximent ta’ xejn tal-gid li qalghu. Mhux sempliciment ghax insew, imma ghax iqisu kulma ghandhom bhallikieku kien taghhom bi dritt. Qisu kien jisthoqqilhom jircevuh. Hafna drabi, issib li dawn in-nies huma xhah, mghaddba jew it-tnejn. Ghax min minghalih ghandu xi dritt ta’ haga, iridha bilfors jew, jekk ma johodhiex, jirrabja. Ghalfejn tahseb li hafna nies dejjem igemgmu, igergru, imaqdru jew qishom l-indannati?

Bil-kontra, il-gratitudni tnissel fina t-tjieba, ghax hija sentiment kontinwu ta’ rikonoxximent tal-gid li nircievu, li rcevejna u li ghad nircievu. Il-gratitudni twassalna ghall-umiltà, ghax ebda gid li rcevejna jew li nistghu nircievu m’ghandna dritt sagrosant ghalih. Fl-istess waqt, tkabbar fina l-fidi, ghax biha nagharfu l-providenza bla qies tal-hniena t’Alla fil-holqien kontinwu tieghu.


Hena u sliem

Jien nahseb hafna dwar dan. Il-gratitudni m’ghandhiex fruntieri. Mhijiex biss dwar affarijiet sbieh li jigruli, imma wkoll dwar affarijiet koroh. Mhijiex biss dwar affarijiet li jigruli fil-prezent, imma wkoll dwar dawk li grawli fl-imghoddi u li se jigruli fil-gejjieni. Mhijiex biss dwar min ihobbni jew jirrispettani, imma wkoll dwar min ma jhobbnix jew ma jirrispettanix.

Il-gratitudni ma tillimita ruhha b’xejn. Is-shana jew il-bard, ir-rizq it-tajjeb jew il-hazin, is-sahha jew il-mard, is-success jew il-falliment, il-gid jew id-deni, ma jistghux ghaliha; hi terbhilhom ilkoll. Bhalma tghid l-Iskrittura permezz tal-Profeta Habakkuk (3:18-19): “Imqar jekk ebda nwar ma trodd it-tina u xejn ma jaghtu d-dwieli u l-frott tas-sigar taz-zebbug iqarraq u r-raba’ xejn ma jibqa’ jrodd ghall-ikel u l-merhla tghib mill-mandra u bhejjem ma jkunx hemm fl-istalel taghhom, jien xorta wahda nifrah fil-Mulej, nithenna f’Alla, is-salvazzjoni tieghi!”

Bhalma wkoll jghid San Pawl fl-Ittra lir-Rumani (8: 28): “Ahna nafu li Alla, ma’ dawk li jhobbuh, ma’ dawk li huma msejjhin skond il-providenza tieghu, f’kollox jahdem id f’id ghall-gid taghhom”. Is-sigriet li nkunu dejjem hienja huwa li nkunu dejjem grati. Dan huwa s-sigriet tas-sliem taghna.

Comments

  1. Grazzi Father Mark ta' dan il-hsibijiet verament sbieh u li jghinu 'l qarrej ighix

    ReplyDelete
  2. Grazzi, David. Jekk jinteressak, it-tema ewlenija tal-ebook li qieghed noffri hu dwar il-gratitudni wkoll. Tista' tiksbu minn hawn, jekk trid: http://markmontebello.blogspot.com/p/ebook.html. Sahhiet.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?