Censura “demokratika”

Jghidu li, f’dan il-hin li qieghed nikteb, qieghed inhaddem ic-censura fuqi nnifsi; ghax qieghed noqghod attent ghal kull kelma li nnizzel. Jghidu li, ukoll meta ma noqghodx attent u nnizzel dak kollu li jigini f’mohhi, hawnhekk ukoll qieghed inhaddem certa ghamla ta’ censura; ghax il-hsieb tieghi huwa ccensurat b’sura socjali u psikologika li m’iniex konxju taghha. Ghaldaqstant, jghidu li c-censura hija bicca wahda mal-hsieb u ma nistghux nevitawha, lanqas li kieku rridu.

Regoli bazici

Argumenti bhal dawn jibbanalizzaw il-mekkanizmi li bihom tahdem ic-centura f’socjetà domokratika moderna. Ihalltu c-censura mal-prudenza, mal-bzulija, mal-ghaqal u mar-rispett. Nghidu ahna, meta jiena naghzel li f’kitba ma nghajjar lil hadd, li ma nuza ebda kliem hazin jew li ma naghmilx akkuzi bla fundament, din mhijiex censura daqskemm harsien tar-regoli bazici tal-edukazzjoni inter-personali.

Aktar, meta persuna tkun prudenti dak li tghid lil xi hadd, biezla meta qed titkellem, ghaqlija meta qed tpoggi argument jew rispettuza lejn ir-realtajiet ta’ haddiehor, din mhijiex censura daqskemm sensibbiltà lejn il-personalità umana ta’ bnedmin differenti.

Naturalment, kitba jew diskors ghal haddiehor ma jistax ma jzommx mar-regoli bazici kemm tal-kostruzzjoni interna tas-sentenzi daqskemm tal-fasla psikologika tal-qarrej jew tas-semmiegh. Dawn ir-regoli jvarjaw skont l-istil tal-kitba jew tad-diskors jew ukoll skont l-effett li l-kelliem jew il-kittieb ikun irid li jhalli fl-udjenza tieghu.

Access ghall-informazzjoni

Ic-censura f’socjetà demokratika moderna ghandha x’taqsam aktar mal-access ghall-informazzjoni u l-attitudni paternalistika. Filwaqt li l-ewwel wahda hija l-effett tal-mekkanizmu tac-censura, it-tieni wahda hija l-kawza. Ha naraw ghala.

Rigward l-ewwel element, ghandi nghid li l-livell ta’ maturità jew zvilupp tad-demokrazija tiddependi hafna fuq l-access ghall-informazzjoni. Aktar ma c-cittadin jinzamm milli jkollu access ghal ghamliet u suriet differenti ta’ informazzjoni, aktar tonqos il-kwalità ta’ domokrazija fil-pajjiz. Bil-kontra, aktar ma c-cittadin ikollu access, aktar tissahhah id-demokrazija.

F’dan il-kuntest, censura tfisser li xi informazzjoni mehtiega mic-cittadin ghat-thaddim tad-drittijiet civili u politici kollha tieghu tigi mizmuma minnu. Mhux biss ma tinghatalux, imma wkoll ma jithalliex ikollu access ghaliha. L-informazzjoni li qeghdin nithaddtu dwar hawnhekk hija dik kollha li ghandha x’taqsam mal-edukazzjoni, l-izvilupp, l-ghajxien, id-difiza u l-gharfien politiku, ekonomiku u socjali tac-cittadini.

Ovvjament, skont l-intensità taghha, censura bhal din timmina d-demokrazija b’mod serju; ghax tnaqqar mis-sustanza ta’ dak li suppost tkun id-demokrazija.

Paternalizmu

Rigward it-tieni element, jigifieri dwar il-kawza ta’ dan it-tnaqqir jew dan in-nuqqas ta’ accessibbiltà, il-paternalizmu jfisser ghala f’demokrazija certi cittadini jkollhom access ghal certa informazzjoni filwaqt li ohrajn ma tinghatalhomx din il-possibbiltà. Din tissejjah attitudni paternalistika ghax ic-cittadini tal-ewwel jitqiesu (jew iqisu lilhom infushom) aktar kapaci sabiex jittrattaw mal-informazzjoni in kwestjoni.

Dawn ic-cittadini jinghatalhom il-privilegg li, filwaqt li jkollhom access xi ftit jew wisq shih ghal certa informazzjoni, jikkontrollaw il-moghdijiet li bihom dik l-istess informazzjoni tasal ghand ic-cittadini l-ohra. Dan aktarx isir minhabba li dawn tal-ahhar ma jitqisux kapaci bizzejjed sabiex jittrattaw b’mod tajjeb jew xieraq mal-informazzjoni michuda.

Dan ifisser li c-cittadini “sajmin” (biex insejhulhom hekk) ma jinghatawx l-ghodod kollha (li ghalihom ghandhom il-jedd) biex jezercitaw b’mod shih id-drittijiet politici u civili taghhom fis-socjetà demokratika li jghixu fiha. Fi kliem iehor, l-ghajxien u l-ferh taghhom huma kkontrollati minn haddiehor (li jaghmilha tal-“papà”)

Effetti dannuzi

Ghaldaqstant, din l-ghamla ta’ censura hija aktar dannuza milli benefika f’socjetà li tixtieq tikber fil-valuri demokratici. Fil-fatt, l-effetti dannuzi taghha huma hafna aktar milli nista’ nidhol fihom hawnhekk. Huma wkoll effetti ta’ certa gravità politika u socjali.

Il-miri ta’ kull gvern demokratiku, jekk irid ikun tabilhaqq hekk fl-isem u fir-realtà, irid ifittex dejjem li jzid l-access tac-cittadini ghall-informazzjoni li tiswa’ ghall-emancipazzjoni taghhom.

Xi kultant, huwa tassew ta’ qsim il-qalb li, aktar ma nimxu ’l quddiem fiz-zmien, flok ma jsir hekk isir ezattament bil-kontra. Dan ihassbek fuq x’tip ta’ demokrazija tezisti f’dan il-pajjiz u x’inhuma l-miri prezenti u gejjiena taghha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?