Dinja u hajja - Meditazzjoni

Xi whud jafu d-dinja. Ohrajn jafu l-hajja. Tghidli: x’differenza hemm? Mela biex tghix ma tridx tkun taf id-dinja? U biex tkun taf id-dinja ma tridx tghix? Mitt darba u elf. Imma d-differenza li nara jien hija li xi whud jahsbu li jistghu jghixu billi jimxu mat-taghrif taghhom tad-dinja. Xi rrid nghid b’dan kollu?

Min jaf id-dinja

Meta nghid li xi whud jafu d-dinja rrid infisser li jafu x’titlob minnhom id-dinja u joqoghdu ghal dan it-taghrif. Isibu moghdija xi mkien bejn il-principji taghhom u bejn il-konvenjenzi li jhallu d-dinja timponi fuqhom. Ghalkemm ikollhom qalb tajba, jibzghu jopponu jew inikktu l-konvenzjonijiet li hallew is-socjetà twikkihom bihom.

Min jaf id-dinja, jaf minfejn ghandu jghaddi biex la jfuh u lanqas jinten. Huwa hazzen sewwa f’mohhu r-regoli, id-drawwiet, il-ligijiet, il-prattiki, it-tradizzjonijiet, in-normi, ir-rutini u r-ritwali kollha socjali sabiex, anki jekk ma jemminx farka fihom, xorta wahda joqghod ghalihom halli la jwegga’ hu u lanqas inikket lil haddiehor.

Sakemm ma jkollux xi tracca malizzja f’qalbu jew f’mohhu, min jaf id-dinja jghix dejjem b’denbu bejn saqajh; go qoxortu; attent li joghgob; iqis li ma jinbaghadx. F’tliet kelmiet: jghix ta’ povru. Jekk imbaghad jkun ukoll malizzjuz, allura, ta’ miskin li hu, jinqeda bit-taghrif li jkollu tad-dinja biex imur ghal ghajn id-dinja u jrekken fama mizerabbli ghalih innifsu.

Min jaf il-hajja

Meta nghid li xi whud jafu l-hajja ma jfissirx li d-dinja ma jafuhiex ukoll. Jafu d-dinja, imma jidhku biha. Min jaf id-dinja u joqghod ghaliha ma jafx jghix. Imma dan ma jghoddx bil-kontra. Jghix min jaf id-dinja u ma joqghodx ghaliha, ghallanqas mhux ghal kollox. Jaghzel li aktar jghix milli joqghod b’denbu bejn saqajh; li aktar ikun pro-attiv milli jidhol go qoxortu; li aktar ikun hu milli joqghod b’seba’ ghajnejn kif se joghgob lil dan u lill-iehor; li aktar jaghmel dmiru milli jqis li ma jinbaghadx.

Min jaf il-hajja u jrid jghixha izomm ir-regoli, id-drawwiet, il-ligijiet, il-prattiki, it-tradizzjonijiet, in-normi, ir-rutini u r-ritwali kollha tas-socjetà talli huma: konvenzjonijiet u xejn aktar, li, bhalma jghid is-Salm, huma ‘bhall-haxix tal-bjut li jinxef qabel ma jikber, li bih il-hassâd ma jimliex idu, lanqas hadd jorbtu f’qatet quddiemu’ (129:6-7).

Min jghozz il-hajja aktar minn dawn il-konvenzjonijiet, aktar mid-dinja, jirrispetta d-dinja, imma ma jhallihiex tohonqu; ma jippermettilhiex tirkeb fuq rasu; ma jaghtihiex il-permess tehodlu t-tmut minn idejh. Ghaldaqstant, jidhak f’qalbu b’min jaghmel dan; izomm lilu wkoll talli hu: imsejken li l-unika opportunità li ghandu sabiex jghix halliha tahrablu minn idejh.

Int x’taf?

Id-dinja tobghod lil min ihobb il-hajja aktar minnha; lil min ma jilghabx il-loghba taghha; lil min jistmerr il-konvenzjonijiet li holqot. Tipprova xxejnu u ggibu taht id-dixxiplina taghha. Lil min id-dinja jistmerrha thossu bhala theddida, qisu m’ghandux jedd imidd riglejh fuq il-qoxra taghha.

Il-hajja hija hafna isbah lil hinn miz-zifna hafna drabi ipokrita tal-konvenjenzi. Izda, kemm nies itarrfuha minhabba l-bizgha li jinghaddu barranin u ghorba f’darhom stess! Li hu aghar, flok igawdu ghal wicchom il-bizgha taghhom, ikunu jridu jaghmlu lil haddiehor bhalhom!

Mhux hajja wahda ghandna ahna? Ghala nahluha? Ghala l-bniedem li twieled biex jghix fil-helsien tar-ruh jitghassar minn rajh u jghassar mieghu lil haddiehor? Sabiha tant ruh hielsa li, kif jghid Platun, ghandha l-gwienah biex ittir fl-gholi ’l fuq.

Halli lil haddiehor jilghab il-loghob marradi tieghu kemm irid. Il-bqija hallina nidhku bihom f’qalbna. Ghax dawn iqimu Alla iehor, differenti minn tal-ohrajn: Alla hieles daqs ir-rih, sabih daqs ix-xita u msahhar daqs il-bahar helu, qawwi u bla qies.

Xi whud jafu d-dinja. Ohrajn jafu l-hajja. Jien naf il-hajja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?