Hajjiet imdendla

Is-Servizz tal-Gizwiti ghar-Refugjati ghadhom kemm hargu film bl-isem Suspended Lives (Hajjiet imdendla). Huwa dokumentarju maghmul kollu kemm hu minn esperjenzi ta’ ftit persuni li, fil-harba taghhom mill-gwerra f’pajjizhom, sabu l-kenn f’Malta. Huwa film li m’ghandekx titlef: jaghtik vizjoni ohra tat-tragedja ta’ dawk imsejha “klandestini”.

Film semplici u sabih

Il-film hu twil ftit aktar minn siegha u huwa bl-Inglz. Qieghed jintwera f’diversi dati u diversi postijiet (ara isfel). Id-dhul kollu hu bla hlas. M’ghandix dubju li din hi okkazjoni tad-deheb biex flimkien niggieldu ftit l-injoranza li tezisti rigward l-“istorja” ta’ dawn in-nies, li hafna minna ma jzommuhomx ahjar minn kriminali u sangisugi.

Il-film ma jfittixx li jibdel il-fehma ta’ hadd dwar il-“fenomenu tal-immigranti”. Jurik biss esperjenza personali ta’ seba min-nies li gej fostna mill-lvant tal-Afrika Centrali. Hafna minna qatt ma jkollom l-opportunità li jitkellmu ma’ dawn in-nies u jistharrgu ftit l-esperjenza ta’ hajjithom. Hawn ghandek ic-cans li taghmel propju dan: tiltaqa’ ma’ sebgha minn fost eluf ohra u thallihom ikellmuk ftit.

Jien nassigurak li, fis-semplicità taghhom, dawn in-nies jghidulek storja li aktarx qatt ma smajt biha jew, ahjar, qatt ma bsart x’timplika. Li thalli lil dawn in-nies ikellmuk billi jirrakkontawlek l-istorja taghhom tkun ghalik xi haga mill-isbah. Tkun laqgha li tghinek tifhem ahjar minn xiex jghaddu xi whud mill-“klandestini” li naraw ta’ kuljum fit-toroq taghna.

Mhux kontroversali

Il-film sar bhala parti minn progett akbar tas-Servizz Ewropew tal-Gizwiti ghar-Refugjati, imsejjah Advocacy Network for Destitute Forced Migrants (ANDES jew Sistema ta’ Difiza ghal Nies Foqra li jigu Mgieghla jhallu Pajjizhom). Dan il-progett huwa ffinanzjat mill-European Programme for Integration and Migration (EPIM jew Programm Ewropew ghall-Integrazzjoni tal-Migranti) u n-Network of European Foundations (NEF jew Sistema ta’ Sisien Ewropej).

Il-bicca l-kbira tal-filmati u tal-produzzjoni huma ta’ Andrew Galea Debono, li x-xoghol li ghamel huwa, mhux biss professjonali, imma wkoll artistiku. Il-prodott finali huwa ta’ kwalità gholja u, tant isahhrek bis-sengha cinimatografa li juza, li siegha u fuqha lanqas biss tintebah kif ikunu ghaddew.

Il-film m’ghandux laqta politika jew kontroversali. Ma joqghodx ixejjer bandieri. Lanqas ma jikkritika xi prattiki tal-gvern marbuta mad-detenzjoni jew mal-immigrazzjoni. Sempliciment juri xi nies minn xiex jghaddu qabel ma jaslu sa xtutna u wara li jigu milqugha fostna. Dan biss. U dan, wahdu, bizzejjed.

Opportunità ta’ taghlim

Meta persuna, ghax ma tkunx mgharrfa, titkellem bl-addocc (bhalma jaghmlu hafna) fuq il-fenomenu tal-immigrazzjoni, allura nistghu niskuzawha xi ftit … ghax ma tafx l-affarijiet sew. Imma meta persuna taghmel hekk ghax cahdet jew injorat il-possibbiltà li titghallem xi ftit aktar, allura f’dan il-kaz ma tistax tigi skuzata … ghax il-kliem taghha ma jkunx hiereg mill-injoranza, imma mill-malizja.

Persuna ghandha dejjem tfittex li tahtaf l-okkazjoni li titghallem meta l-mezzi tat-taghlim huma tant qrib taghha u accessibbli facilment ghaliha. Imbaghad, halli tifforma opinjoni, tkun xi tkun, u tithaddet dwarha ma’ haddiehor. Imma li titkellem bl-amment u bl-addocc, b’nuqqas ta’ taghrif u, li hu aghar, b’nuqqas ta’ sensittività, dan mhuwiex skuzabbli.

Hawnhekk ghandek okkazjoni ideali biex titghallem u titgharraf dwar din it-tema tant delikata u kurrenti. Tassew inhoss li hadd m’ghandu jitlef jew jonqos li jisfrutta din l-inizzjattiva sabiha li hadu l-patrijiet Gizwiti Maltin u l-kollaboraturi taghhom.

Fejn tista’ tara l-film

Il-film tista’ tarah fit-teatru tac-Centru ta’ Kreattività, Kavallier ta’ San Gakbu, il-Belt, f’dawn id-dati: 16 ta’ Marzu, 6 ta’ April, 18 ta’ Mejju u fid-19 ta’ Gunju.

Tista’ tarah ukoll fil-Kappella tal-Università fl-24 ta’ Frar, 24 ta’ Marzu, 14 ta’ April, 12 ta’ Mejju u 9 ta’ Gunju.

Il-wirjiet kollha jibdew fis-7.00 ta’ filghaxija.

Ghal aktar informazzjoni, zur is-sit: www.suspendedlives.org

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?