Karità u gustizzja

Il-hidma ghall-gustizzja socjali hija llum rikonoxxuta bhala wahda mid-dmirijiet l-aktar ewlenin tal-bniedem. Madanakollu, hafna nies (fosthom bosta nsara) ghadhom mhumiex konxji ta’ dan; jew, jekk huma konxji, ghadhom ma xammrux il-kmiem biex jaghtu s-sehem taghhom. Hafna drabi, dak li jzommhom milli jaghmlu dan hija l-ispiritwalità privata li jhaddnu.

L-ingustizzja llum

F’dawn l-ahhar hamsin sena, bejn wiehed u l-iehor, ir-riflessjoni fuq il-htiega bla qies li l-bniedem izomm il-gustizzja socjali bhala wahda mill-prijoritajiet l-aktar ewlenin tieghu kibret enormement. Maghha kiber ukoll l-gharfien li, specjalment minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, l-istrutturi ta’ ingustizzja saru hafna aktar sofistikati u insidjuzi minn qabel.

Dik li aktarx wassal ghal dan kienet l-ekonomija globalizzata mitmugha mill-filosofija neo-liberali. Din il-filosofija sempliciment tesagera u tisfrutta dak kollu li l-filosofija liberali zzomm b’ghaziz: jigifieri l-inizzjattiva u l-libertà tal-individwu, is-solidarjetà, il-libertà tal-espressjoni, is-sussidjarjetà u valuri bhal dawn. In-Neo-Liberalizmu bbanalizza dawn il-valuri sbieh u wzahom biex, f’kuntest ta’ kapitalizmu ghami, holoq sistema ekonomika korrotta.

Din is-sistema ta’ globalizzazzjoni, mifruxa u mhaddma bil-mezzi tekonologici godda, tghaddi minn fuq l-irjus tal-popli kollha tad-dinja u l-gvernijiet taghhom. B’hekk, l-imprendituri jfittxu profitti dejjem akbar minghajr kunsiderazzjoni ghall-etika, il-morali, id-drittijiet tal-bniedem jew id-drittijiet tal-haddiema. Jghoddu biss il-profitti; akkost tal-gustizzja u l-paci.

Effetti terribbli

Quddiem struttura ekonomika bhal din, mhux biss hija mhedda l-hajja tal-bniedem, imma wkoll id-dinja li jghix fiha. Mhux biss popli shah qeghdin jigu mixhuta f’mizerja mortali, imma sahansitra l-ambjent naturali li jzommna u jghajjixna qieghed jigi mgharraq b’mod kwazi irreparabbli. B’konsegwenza, il-gvernijiet saru biss vassalli li xogholhom hu li jillimitaw kemm jista’ jkun il-hsara li qieghda ssir.

Ghaldaqstant, il-hidma ghall-gustizzja socjali―jigifieri biex il-bniedem kollha jghixu hienja u b’dinjità―hadet f’daqqa wahda dimensjonijiet ta’ urgenza specjali. Mhux biss hemm il-multi-nazzjonali li qeghdin idoqqu muzika makabra li kulhadd irid jew ma jridx ikollu jizfen ghaliha, imma hemm il-gvernijiet li, kwazi b’komplicità, qeghdin jippermettu din il-muzika sabiex isalvaw ilhithom u anki jigbru xi ftit tal-laqx li jaqa’ mill-bwiet tal-gganti fl-oqsma tal-finanzji u l-ekonomija.

Maqbuda f’dan il-process terribbli, filwaqt li l-popli li qeghdin ibatu l-konsegwenzi l-aktar koroh, l-izghar cittadini taghhom qeghdin jilaghbuha bejn il-hajja u l-mewt. Huma mhux biss impotenti quddiem il-gvernijiet taghhom, imma wisq u wisq aktar quddiem in-nuqqas ta’ skruplu tal-multi-nazzjonali li jikkontrollaw il-mekkanizmi tal-istruttura.

Soluzzjoni apparenti

Ghal xi whud, gustizzja socjali ma tfissirx ghajr li jaghtu xi ftit tal-karità, bhallikieku b’daqshekk se jsolvu l-problema mill-gheruq taghha. Tara organizzazzjonijiet u mexxejja li jheggu l-gbir tal-fondi halli dawn jitqassmu lill-fqar u l-imjassra mis-sistema ekonomika. Tisma’ b’kampanji li jsir ta’ spiss halli jingabru l-flus ghall-karità. Dawn ma huma qed jaghmlu xejn aktar ghajr ikomplu jseddqu l-ingustizzja tas-sistema kollha.

L-ghoti tal-karità mhijiex gustizzja! L-ghoti tal-karità sempliciment halli kollox l-istess: l-istess struttura ta’ hazin ingust; l-istess fasliet ekonomici li jkattru l-faqar, il-mizerja u l-eskluzjoni; l-istess effetti ta’ kawzi li jsiru dejjem aktar b’sahhithom u qarrieqa.

Hafna nies, mhux anqas insara, ghadhom jemmnu li l-ghoti tal-karità, bit-tjieba kollha li seta’ qatt kellha qabel, ghadha parti mis-soluzzjoni tal-ingustizzji tad-dinja. Ftit jirrealizzaw li m’ghadhiex. Hi parti mill-problema. Indirettament, hi kawza ohra, mal-hafna li digà hawn, tal-ingustizzji. L-ghoti tal-flus ghall-karità tikkonferma li s-sistema hi hazina, imma li ma hu lest li jsir xejn biex jinqerdu l-kawzi li jaghmluha mehtiega.

Sfida hajja

Wara dawn is-snin kollha ta’ riflessjoni dwar il-htiega ta’ gustizzja socjali―mhux anqas mill-Papiet kollha, minn Iljun XIII sa Benedittu XVI―xorta wahda ghadna fi stat ta’ aljenazzjoni terrifikanti. Xorta wahda ghadna fi stat ta’ superficjalità inkredibbli.

Sahansitra s-Sinodu ta’ Malta, li sar ftit tas-snin ilu, fid-dokument Gustizzja u Djakonija jghid (para. 7): “Din hi wahda mill-akbar sfidi quddiemna bhala Knisja f’Malta: kif nghaddu mill-ghoti tal-karità ghalll-hidma ghall-gustizzja minghajr ma nitilfu t-tradizzjoni ta’ generosità lejn l-ohrajn”. Hija sfida li li forsi ghadha ma ntlaqghetx b’mod xieraq. Din hija sfida hajja ghalina lkoll.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?