Gesù il-“Kristu”

Hija drawwa komuni li nirreferu ghal Gesù ta’ Nazaret bhala “Kristu” jew “Gesù Kristu”. Il-kelma “Kristu” mhijiex kunjom (kif jahsbu xi whud); hija titlu. Biex jigi indikat dan, fil-Bibbji kollha stampati qabel is-seklu 15 il-kelma kienet tinkiteb b’“k” zghira. Izda bil-mod il-mod dan beda jinbidel. Wara s-seklu 17, il-kelma bdiet dejjem tinkiteb b’“k” kbira, kif ghadu jsir sal-lum.

Xi tfisser “Kristu”?

Il-kelma “kristu” (mill-Grieg “kristos”) tittraduci l-kelma Ebrajka “maxiah” (jew “messija”), li tfisser “midluk” (il-kelma wzata fil-Koran hija “masih”). Il-Lhud kienu juzaw il-kelma b’referenza ghas-sacerdoti u s-slatan (anki barranin) sabiex jindikaw li dawn kienu mahtura jew ikkonsagrati ghas-servizz taghhom permezz ta’ dilka b’tahlita ta’ zjut.

Maz-zmien, il-Lhud bdew juzaw il-kelma f’referenza aktar specifika ghal sultan mit-tribù ta’ David li, f’xi zmien gejjieni, kellu jghaqqad il-poplu u jibda perjodu ta’ sliem “messjaniku”. L-insara identifikaw dan il-“mexiah” (jew il-“midluk”) ma’ Gesù ta’ Nazaret. Ghalhekk, bdew isejhulu l-“Messija” jew (bil-Grieg) “Kristos”.

Dan it-titlu kien intenzjonat li jindika n-natura u l-karattru ewlenin tal-missjoni ta’ Gesù fid-dinja. Gesù kien il-mahtur jew l-ikkonsagrat (il-“midluk”) ta’ Alla sabiex igib l-umanità flimkien f’familja wahda u jwaqqaf saltna ta’ paci u gustizzja dejjiema.

Gesù il-midluk

Minkejja t-tifsir ferm sinifikattiv tal-kelma “mexiah” jew “kristos”, fil-fatt imkien fl-Evangelji ma jinghad li Gesù gie “midluk” bhala sacerdot jew sultan. Huma tnejn biss l-istejjer li fihom jinghad li Gesù “indilek”: darba fil-Vangelu ta’ San Gwann (12: 1-8) u darba ohra f’dak ta’ San Luqa (7: 36-50).

Min-naha tieghu, San Gwann jirrakkonta l-istorja ta’ meta Gesù kien Betanja u Marija, oht Lazzru, “hadet libbra fwieha tan-nard pur, tiswa hafna, u dilket biha riglejn Gesù, imbaghad ixxuttathomlu b’xagharha”.

Min-naha l-ohra, San Luqa jghidilna l-istorja ta’ meta Gesù kien f’dar ta’ Farizew u “midinba maghrufa <…> giebet vazett tal-alabastru biz-zejt ifuh u marret qaghdet warajh hdejn riglejh, tibki u xxarrablu riglejh bi dmughha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbaghad bisitlu riglejh u dilkithomlu biz-zejt ifuh”.

Fiz-zewg kazijiet, il-persuni li dilku lil Gesù kienu nisa. Fit-tieni kaz, il-mara kienet “midinba maghrufa”. Fiz-zewg kazijiet ukoll, kien hemm minn oggezzjona bl-ikrah ghad-dlik ta’ Gesù biz-zejt (Guda fl-ewwel rakkont; il-Farizew fit-tieni), imma kull darba Gesù iddefenda lin-nisa b’sahha.

Gesù il-Messija

Fi zmien Gesù, in-nisa ma kienu jghoddu xejn, la bhala persuni legali u lanqas bhala individwi. Minkejja dan, Gesù ta lill-mara l-istess importanza daqs ir-ragel u mar kontra bosta ligijiet u drawwiet Lhud li kienu jippreskrivu l-kontra.

Meta l-Messija per eccellenza kien qieghed jigi midluk minn nisa (u mhux, nghidu ahna, minn sacerdoti jew xi kbarat ohra) – u, aktar minn hekk, minn mara “midinba” – kien qieghed jaghzel li juri l-hatra u l-konsagrazzjoni tieghu permezz tal-aktar nies imwarrba, ckejkna u mistmerra tad-dinja. Hu permezz taghhom li gab l-umanità flimkien f’familja wahda u waqqaf saltna ta’ paci u gustizzja dejjiema.

San Pietru xehed dwaru “kif Alla dilek lil Gesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa” (Atti 10: 38); u Gesù stess xehed dwaru nnifsu meta qal: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, ghax hu dilikni: biex nevangelizza lill-fqar baghatni, il-fejqan lil ta’ qalbhom maqsuma, inhabbar lill-habsin il-helsien, u lill-ghomja d-dawl, naghti lill-mahqurin il-helsien, inhabbar is-sena tal-Mulej moghguba” (Lq 4: 18-19).

Huwa fid-dghufija li Gesù l-“Kristu” juri l-qawwa ta’ Alla; fuq iz-zghar li jwaqqaf is-saltna tieghu; mill-imwarrba li jiehu l-glorja tieghu. Gesù rxoxt jirbah fuq min iwarrab, icekken u jistmerr lil min hu gholla.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?