Knisja illuzorja?

L-ISFIDI SOCJALI TAL-KNISJA MALTIJA LLUM

Il-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex, bhala parti sinifikanti tas-socjetà Maltija, fi zminijietna jehtieg li tibqa’ tistharreg kif tista’ tapplika t-taghlim socjali taghha ghall-bidliet ekonomici u socjali li qeghdin isehhu fostna. Jekk dan l-istharrig ma jsirx (u, ghaldaqstant, ebda applikazzjoni konkreta ma tirrizulta), il-Knisja tirriskja li ssir sempliciment illuzorja.

Il-kontenut

Din hi stqarrijia li tohrog minn ktieb interessanti bl-Ingliz mahrug lejn il-bidu ta’ din is-sena mic-Chairman tal-APS Bank, il-Professur Emanuel Delia. L-isem tal-ktieb hu: Catholic Social Teaching, Economic Thought and Four Hundred Thousand Maltese (Taghlim Socjali Kattoliku, Hsieb Ekonomiku u Erba’ Mitt Elf Malti).

Il-ktieb jinbena fuq trepied: l-ewwel, l-istat attwali tat-taghlim socjali tal-Papat Kattoliku wara riflessjoni ta’ aktar minn seklu; it-tieni, kif inhi meqjusa u mifhuma attwalment l-ekonomija skont it-teoristi taghha; u, it-tielet, l-istat demografiku, ekonomiku u socjali tas-socjetà Maltija llum wara l-bidliet li garrbet f’dawn l-ahhar erbghin sena.

Ghal wiehed bhali li ma jifhimx wisq fl-ekonomija, ghandi nghid li ma sibtx il-ktieb difficli hafna biex nifhmu. Il-kitba mhijiex tekniku wisq. Ghaldaqstant, min mhuwiex imharreg wisq la fil-komplikazzjonijiet tat-taghlim socjali tal-Papiet u lanqas fil-kumplessitajiet tax-xjenza ekonomika, jista’ fortunatament isegwih b’certa facilità u gost.

Ghandi nghid ukoll li min ghandu ghal qalbu l-gustizzja socjali f’pajjizna u, fl-istess waqt, iqis li l-Knisja Kattolika ghad ghandha sehem istituzzjonali sinifikanti fis-socjetà taghna, m’ghandux ihalli din l-opportunità riflessiva li offrielna l-Professur Delia tghaddi minghajr ma jaghti kasha.

Proposti

Delia jindika li, attwalment, b’rizultat ta’ certi zviluppi ekonomici, qed isehhu zewg effetti ewlenin “preokkupanti” (p. 232): wahda, li min ihaddem qieghed ikollu jew izarma jew ihaddem nies b’pagi baxxi (preferibbilment barranin); u l-ohra, li qed jitnawwar il-livell reali tal-hajja tal-haddiema.

Il-kittieb jissuggerixxi (p. 219) li, kumplessivament (u reduttivament), dak li jidher li qieghed jigri fis-socjetà Maltija llum huwa li waqt li d-dimensjoni tal-individwalità persunali tan-nies qed tinghata importanza qawwija, dan qieghed isir b’detriment ghad-dimensjoni socjali taghhom. Dan jidher li qieghed isir primarjament minhabba dhul finanzjarju akbar.

Minn hawn tigi, skont Delia (p. 234), l-akbar sfida socjali tal-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex illum: li filwaqt li tkompli tishaq fuq it-twettiq personali tal-individwi u l-familji, dan taghmlu f’rabta mal-gid tal-bqija tal-komunità socjali (Maltija, Ewropea u Mediterranja). Din hija missjoni f’sinkronija perfetta mat-taghlim socjali tal-Papiet.

Delia jinsisti (p. 233) li l-“utilità” tal-Knisja (kif ukoll ghaqdiet mhux-governattivi ohra) fis-socjetà Maltija llum tigi minn kemm ghandha l-hila tanticipa l-htigijiet tal-individwi u l-kommunità socjali fil-kuntest tal-medda kollha tal-fibra socjali. Jekk dan ma taghmlux, iwissi, il-Knisja tirrendi lilha nnifisha f’istituzzjoni illuzrja (jew “mirage”).

Ftit aktar

B’dawn il-ftit indikazzjonijiet li semmejt (fil-ftit spazju li ghandi), huwa impossibbli li naghmel gustizzja lill-ktieb tal-Professur Delia. Ovvjament, fih hafna aktar riflessjonijiet siewja li ghandhom jinteressaw lill-pubbliku Malti u, partikularment, Kattoliku.

Li sibt fih kemxejn nieqes huma tliet affarijiet. Qabel xejn, jidentifika t-taghlim socjali tal-Knisja Kattolika mat-taghlim socjali tal-Papat biss. Ghalkemm dan tal-ahhar hu ewlieni, dak tal-ewwel imur lil hinn minnu, u jinkludi l-esperjenza ta’ oqsma ohrajn tal-Knisja Kattolika f’diversi partijiet tad-dinja.

It-tieni, ma nahsibx li Delia jidhol wisq fil-mertu li, minkejja l-kunsiderazzjonijiet tat-teoriji ekonomici li semma, l-individwalizmu, il-faqar u d-dizugwaljanzi ekonomici mhumiex xi fenomeni kazwali tas-sistema, imma produzzjonijiet diretti (u forsi anki konxji) tal-manipulaturi tal-istrutturi ekonomici u politici (ibbazati fuq filosofija neo-liberali).

Minn hawn jigi t-tielet punt: ma jidhirlix li fil-ktieb johrog bizzejjed li r-rwol socjali tal-Knisja Kattolika llum huwa sempliciment li tirregola r-relazzjoni bejn l-individwu u s-socjetà, imma wkoll li tistharreg, tiddenuncja u possibilment tfittex li tibdel mezzi ingusti ta’ produzzjoni daqskemm distribuzzjonijiet ingusti ta’ gid.

Minkejja dawn, il-ktieb xorta wahda jibqa’ kontribuzzjoni valida u xieraq li jkun miksub.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?