Nibqghu niskopru lil Dimech

Bhal-lum 90 sena ilu, fis-17 ta’ April tal-1921, Manwel Dimech miet gewwa Lixandra, l-Egittu, eziljat minn pajjizu. Huwa radd ruhu fl-isptar tal-kamp militari Indjan ta’ Victoria College fejn kien qieghed jinzamm bhala prigunier tal-gwerra minhabba l-hidma tieghu f’Malta.

Tiswir u hidmiet

Manwel Dimech twieled f’karrejja fi Triq San Gwann, il-belt Valletta, nhar il-Milied tal-1860. Bhal hafna ohrajn, kien gej minn familja fqira hafna u skola ma kellu xejn. F’dak iz-zmien, Malta kienet kolonja Britannika, tezisti biss bhala bazi militari tal-Inglizi. L-ekonomija kienet fi stat tal-biki, b’faqar tal-wahx mifruxa mal-klassijiet socjali kollha.

Il-ftit politici li kien hawn kienu jahsbu biss ghalihom infushom, ifittxu li jnaqqru dejjem aktar mill-gid u l-prestigju tal-gvern barrani. Minn kmieni hafna, il-mizerja xehtet lil Dimech f’hajja ta’ kriminalità. Dahal ghaxar darbiet il-habs, l-ewwel darba meta kellu tlettax-il sena u spicca meta kellu sebgha u tletin sena.

Fil-habs mhux biss tghallem jikteb u jaqra, imma tharreg f’diversi oqsma tal-gherf, fosthom diversi lingwi, il-politika, l-ekonomija u dawk li llum imsejhulhom ix-xjenzi socjali. Wara li hareg mill-habs b’mod definittiv, Dimech beda l-hajja pubblika tieghu. Kien jghallem il-lingwi b’mod privat, jikteb u johrog gazzetta kull gimgha (Il Bandiera tal Maltin) u anki jippubblika diversi kotba edukattivi ta’ livell gholi.

Il-hidma ta’ Dimech riedet twassal ghal riforma shiha fis-socjetà Maltija. Ried li l-poplu Malti jkollu, qabel xejn, rispett lejn innifsu u jobghod kull ghamla ta’ oppressjoni.

Ideali u mewt

L-iskop ewlieni ta’ Dimech kien l-emancipazzjoni tal-poplu z-zghir. Kien jemmen li din setghet twassal ghall-indipendenza kostituzzjonali ta’ Malta.

Sabiex jifdi lill-poplu mill-faqar u l-mizerja tieghu u jghinu jasal ghall-helsien psikologiku u, fl-ahharnett, politiku tieghu, Dimech waqqaf ghaqda msejha Ix Xirka tal Imdawlin. Dan tant ghaddab lill-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika li sahansitra wasslet sabiex skomunikatu ghal sena shiha. Minkejja t-tbatijiet kbar tieghu, Dimech baqa’ ma cediex u l-Knisja kellha thallih bil-kwiet.

Izda l-hidma ta’ Dimech mal-haddiema ghaddbet ukoll il-gvern kolonjali Ingliz. Dan wasal sabiex jeziljah permanentement minn Malta. Fl-ezilju tieghu, Dimech kien mizmum f’diversi kampijiet ta’ koncentrament gewwa l-Egittu. Minkejja l-qawwa tal-ispirtu tieghu, sahhtu hallietu bil-mod il-mod.

Dimech miet fl-isptar ta’ Victoria College gewwa Lixandra, l-Egittu, fis-17 ta’ April tal-1921. Ma ndifen f’ebda qabar regolari. Meta radd ruhu, sempliciment radmuh go toqba fir-ramel u nsewh. Maz-zmien, it-tifkira tieghu harget ghad-dawl. Illum hu meqjus bhala wiehed mill-akbar ulied li qatt kellha l-art Maltija, iben dehen, mhux ta’ Malta u Ghawdex biss, imma tal-umanità kollha.

Riskoperta xierqa

Ir-riskoperta ta’ Dimech wara l-mewt tieghu hadet it-tul. Ghal hafna snin kien minsi minn kulhadd. Din it-tnessija bdiet minhabba l-isem tabilhaqq ikreh u mistmerr li kienet ghamlitlu l-Knisja Kattolika Maltija. Imbaghad tkompliet tisseddaq mir-relazzjonijiet differenti li l-Maltin kellhom mal-Inglizi minn wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ’l quddiem.

Kien hemm zmien, fil-bidu tas-snin tletin tas-seklu l-iehor, meta ghadd ta’ guvintur – imsejhin Il-Lega Proletarja (jew il-Lega Socjalista) – fittxew li jitnebbhu minn Dimech u jissoktaw fil-hidmiet li kien beda hu. Imma l-kundanna li sofrew dawn il-qalbenin kompliet xehtet lil Dimech fl-abbiss tal-istmerrija u t-tnessija.

Kien biss fis-snin sebghin tas-seklu l-iehor, wara kwazi nofs seklu minn mewtu, li Dimech beda jigi riskopert mill-gdid. Ghall-ewwel, minhabba li hadd ma kien jaf min kien, bdew hergin ghad-dawl xi dettalji dwar hajtu u hidmietu. Imbaghad, hekk kif l-istorici komplew jistharrgu sew il-perjodu Ingliz tal-bidu tas-seklu 20, issokta johrog aktar taghrif dwar il-filosofija u t-taghlim tieghu.

Maz-zmien, l-istorjografija ta’ Dimech bdiet issir dejjem aktar ghanja permezz tat-tisfija tal-memorja tieghu minn zewg elementi ewlenin li kienu qeghdin jgharrquha: il-passjoni politika u l-gheluq religjuz. Dawn l-elementi ma kinux qeghdin ihallu lil Dimech jigi maghruf sewwa ghal dak li kien tabilhaqq u ghal dak li pprova jaghmel.

Filosofija solida

Mehlusa minn dawn iz-zewg elementi korruttivi, fil-bidu ta’ dan is-seklu, fuq il-bazi tat-taghrif dettaljat biografiku u biblijografiku, bdejna niskopru ahjar il-filosofija ta’ Dimech. Din hi filosofija li tispjega kif kien qieghed jahdem il-mekkanizmu mentali u affettiv tieghu fil-prassi politika, ekonomika, socjali u religjuza li fiha kien qieghed jopera.

Fi ftit kliem, nistghu nispjegaw din il-filosofija bhala wahda ta’ azzjoni li tohrog mit-taghrif. Dimech kien isejhilha: “Hsieb ghall-ghemil”. B’dan ried ifisser li kull bniedem ghandu d-dritt li jkollu access ghal dik l-informazzjoni kollha li twasslu sabiex jemancipa ruhu fl-aspetti kollha ta’ hajtu. Din it-tip ta’ informazzjoni, Dimech sejhilha “dawl”.

Bil-maqlub ta’ dan, Dimech sejjah “dlam” dik l-informazzjoni kollha li ma twassalx ghall-emancipazzjoni; informazzjoni u taghrif li thalli lil hafna nies jahsbu li huma ckejkna, bla drittijiet, bla hiliet, bla gieh u bla futur.

Il-hidma kollha ta’ Dimech kienet imnebbha minn din il-filosofija. Huwa ddedika l-hajja tieghu halli jaghmel lill-Maltin konxji tal-htiega u l-benna tad-“dawl” u tal-kruha u l-qerq tad-“dlam”. Dimech ried li kull persuna jkollha d-“dawl”. Kien jemmen li, malli n-nies jinghataw il-possibbiltà li jkollhom access ghal dik l-informazzjoni emancipatorja li ghaliha kellhom id-dritt, fis kienu (kif jghid hu stess) “minn hrief isiru ljuni”. Ghaldaqstant, il-hsieb (id-“dawl”) iwassal ghall-azzjoni (ghall-ghemil).

Xkilijiet u setghat

Ghal Dimech, dan il-process kien ifisser li l-Maltin, fuq il-bazi tar-rispett lejhom infushom, jahdmu ghall-helsien kostituzzjonali ta’ Malta. Infatti, minkejja li kien jghix fil-bidu tas-seklu ghoxrin (kwazi mija u hamsin sena qabel ma’ Malta kisbet l-Indipendenza u l-Helsien), Dimech raha possibbli li Malta ma jkollha rbit kostituzzjonali ma’ ebda qawwa militari jew politika barranija.

L-argumenti u l-istharrig tieghu favur dan l-ideal ma kinux biss ta’ natura ideologika. Kienu wkoll fuq bazi ekonomika. Infatti, Dimech stharreg fil-fond l-gheltijiet jew ix-xkilijiet tal-ekonomija Maltija u ghaliex din kienet ingiebet fi stat li tiddependi ghal kollox fuq il-barrani. Stharreg ukoll kif din setghet tigi mifdija u kif il-Maltin setghu jkunu ekonomikament indipendenti u, ghaldaqstant, kostituzzjonalment hielsa.

Ghalkemm Dimech kien konxju hafna li l-indipendenza kostituzzjonali kienet, fl-ahhar mill-ahhar, tiddependi fuq kemm il-Maltin kienu kapaci jiggeneraw il-flus ghall-ghajxien taghhom infushom, kien konxju hafna wkoll li l-impediment ewlieni ta’ dan kollu ma kienx ta’ natura legali jew ekonomiku, imma psikologiku.

Dan ifisser li, ghal Dimech, l-aghar ghelt jew xkiel li kellhom il-Maltin li jimpedihom milli jigbru u jifdu lilhom infushom kien primarjament mentali. Il-Maltin la kienu jemmnu fil-hiliet taghhom u, ghaldaqstant, lanqas fis-setgha taghhom li jkunu sidien gewwa darhom u tal-hwejjeg politici taghhom.

L-emancipazzjoni fuq kollox

Din il-filosofija u dan il-programm politiku Dimech sawru mill-esperjenza personali tieghu. Hu kien bniedem b’kapacitajiet sinifikanti sa minn twelidu. Imma l-kundizzjonijiet socjali, ekonomici, politici u religjuzi li sab madwaru kienu qeghdin jahdmu flimkien sabiex irazznu dawk il-kapacitajiet milli jizviluppaw. Fl-ahhar mill-ahhar, riedu jxejnuhom ghal kollox. Dimech gharaf tajjeb li din ma kinetx problema tieghu biss, imma tal-bicca l-kbira tal-poplu kollu.

Aktar minn hekk, Dimech gharaf li t-trazzin ta’ dawn il-kapacitajiet naturali kien isir b’mod intenzjonat. L-Inglizi u l-hbieb Maltin taghhom (specjalment il-bicca l-kbira tal-kummercjanti, il-politici u l-kleru) kienu qeghdin jahdmu l-hin kollu sabiex il-massa tal-poplu Malti ma tizviluppax il-kapacitajiet li kellha sabiex tiggenera l-gid. Dan zammha fi skjavitù politiku u ekonomiku, imma aktar u aktar psikologiku.

Kien ghalhekk li, bhalma kien ghamel hu stess b’hajtu, Dimech ried li l-poplu Malti jaghmel l-istess bil-hajja tieghu. Ried l-emancipazzjoni. Izda din kellha ssehh l-ewwel u qabel kollox fil-qalb u fil-mohh, imbaghad fl-oqsma tal-ekonomija u l-politika.

Ghaldaqstant, Dimech hadem fuq diversi fronti f’salt. Ma kkoncentrax biss fuq it-taghlim u l-edukazzjoni. Izda wkoll fuq l-oqsma politici, ekonomici, religjuzi u kostituzzjonali. Din l-istrategija kienet mehtiega minhabba li dawn l-aspetti kollha kienu qeghdin f’komplicità wahda. Ilkoll flimkien kienu qeghdin jgharrqu lill-poplu milli jikber u jikseb indipendenza ta’ hsieb u azzjoni.

Ix-xoghol jissokta

Ghalkemm Dimech kien jaf li t-tmiem ta’ din l-azzjoni kollha kellha tkun l-Indipendenza u l-helsien kostituzzjonali ta’ Malta, kien jaf ukoll li l-kisba ta’ dan l-objettiv hekk gholi ma kienx it-tmiem tat-triq. Il-jasar psikologiku, ekonomiku, socjali, politiku u religjuz ma kienx jintemm sempliciment bl-Indipendenza jew bil-Helsien. Ix-xoghol kien jibqa’ ghaddej biex, f’kull mument anki wara dawn il-kisbiet kbar, il-poplu jibqa’ mentalment u affettivament hieles mill-oppressjoni ta’ nies li riduh jibqa’ manipulat minnhom ghall-qligh u s-supremezija socjali u politiku taghhom infushom.

Huwa minn hawn li tigi r-relevanza kbira ta’ Dimech illum. Ghax ghalkemm ksibna l-Indipendenza fl-1964, ir-Repubblika fl-1974 u l-Helsien fl-1979, xorta wahda ghad hawn hafna nies skjavi tal-manipulazzjoni tal-ispekulaturi f’diversi oqsma. Il-poplu Malti, bhal kull poplu iehor, ma jistax jghid li wasal u jieqaf hemm. Irid kuljum jibqa’ jahdem ghall-helsien u l-indipendenza, jekk mhux kostituzzjonali, ghallanqas psikologika u affettiva.

Illum, ghalkemm naraw madwarna forom godda ta’ oppressjoni li jriduna nibqghu nahsbu ta’ skjavi, il-kuncetti fundamentali li gharaf Dimech mal-mitt sena ilu ghadhom bazikament l-istess. Xorta ghandna nies li, b’dak li jemmnu u b’dak li jaghmlu, ihallu bicca mdaqqsa tal-poplu moghmija fis-sigurtajiet foloz taghha u fil-mentalitajiet dojoq taghhom. Xorta ghandna nies li, bil-kontroll li ghandhom fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, igieghlu lil bicca kbira minna jahsbu bhallikieku kienu nies tas-sekonda u t-terza klassi.

Dimech il-bierah u llum

Ghaldaqstant, ghalina Dimech mhuwiex personalità ta’ siwi storiku biss. Minn hawn jigi l-kobor tieghu. Hu personagg li ghad ghandu x’jghidilna. Hu personagg li ghad ghandu relevanza kbira fil-kundizzjonijiet godda socjali, politici, ekonomici u religjuzi li sibnu ruhna fihom illum.

Minkejja l-izvilupp u l-progress evidenti li sar f’Malta u Ghawdex fil-mitt sena li jifirduna mill-mument storiku ta’ Dimech, ghad ghandna hafna li l-mentalità taghhom ghadha kkahmata b’kuncetti li jfaqqruna, ekonomikament daqskemm politikament, socjalment u religjosament. Fl-ahhar mill-ahhar, dan huwa faqar psikologiku li dejjem irridu nahdmu kontrih u nfittxu li nirbhulu.

F’din it-tifkira mid-90 sena mill-mewt infami ta’ Dimech, ma jiswa xejn li nfakkruh bhala monument storiku. Hu stess, li dejjem qies is-sustanza tal-affarijiet bhala l-aktar ta’ siwi u ta’ importanza, zgur li ma kienx ikun kuntent b’dan biss. It-tifkira tieghu trid twassal ghall-gharfien tad-diversi forom ta’ jasar li ghad ghandna llum. Dan l-gharfien jista’ jigi mghejjun bil-qawwi minn mghallem ta’ kwalitajiet gholja u nobbli bhalma kien Dimech.

Kien kbir mhux biss ghax nizel fil-qiegh tan-natura umana u ta’ dak li jista’ jkabbarha jew icekkinha. Kien u jibqa’ kbir ghax ghadu jkellimna llum bl-istess zoghzija u bl-istess qawwa li biha tkellem mal-mitt sena ilu. Jalla jkollna l-hila li nisimghuh u naghtuh widen. Jalla ma nkunux hekk boloh u xhah li nixhtu fil-genb l-ghajnuna li llum ukoll jista’ jibqa’ jaghtina, hu li jibqa’ jghallimna kif inkunu hielsa, f’qalbna u f’mohhna l-ewwelnett, imma wkoll fl-oqsma l-ohra kollha ta’ hajjitna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?