Alla li hadd ma jaf

Xi xhur ilu, hareg ktieb interessanti li aktarx ma nghatax wisq attenzjoni la mill-kummentaturi u l-kritici Maltin u wisq anqas mill-Knisja Kattolika. Huwa gabra ta’ tlettax-il kitba dwar Alla li thejjew ghal seminarju li kien sar l-Università ta’ Malta fl-2009. Il-ktieb jismu ALLA U L-LETTERATURA, gie editjat minn Michael Grech u ppubblikat mill-Fakultà tat-Teologija tal-Università ta’ Malta.

Storja ta’ pittura

Biex forsi wiehed jifhem ahjar dan x’tip ta’ ktieb hu, aktarx tajjeb li jiehu spunt mill-qoxra ta’ quddiem. Din iggib dettall minn pittura ta’ Caravaggio li generalment tissejjah San Mattew u l-anglu (li tidher shiha hawnhekk). Din kienet l-Italja, fil-knisja msejha San Luigi dei Francesi, il-knisja nazzjonali tal-Francizi f’Ruma, bejn Piazza Navona u l-Panteon.

Il-pittura nhadmet minn Caravaggio fl-1603 ghall-altar maggur tal-knisja. Qabilha, kien hemm statwa tal-iskultur Fleming, Jacob Cobaert. Izda, apparti li Cobaert qatt ma rnexxielu jlesti l-istatwa ghal kollox, lanqas ma kienet ghogbot lil min qabbdu jaghmilha. Peress li Caravaggio kien diga’ pitter zewg kwadri kbar ohra dwar is-sejha u l-martirju ta’ San Mattew ghall-istess knisja, allura qabbduh jaghmel it-titular ukoll.

Hekk twieldet din il-pittura mill-isbah li tidher hawnhekk. Izda, ohrog il-ghageb, lanqas din ma ntghogbot u Caravaggio kellu jaghmel ohra flokha, dik li ghadha fil-knisja sal-lum.
Minflok ma spiccat fil-glorja tal-altar, il-pittura originali nxtrat minn bankier sinjur u sponsor ta’ Caravaggio,
Vincenzo Giustiniani, ghall-kollezzjoni privata tieghu. Maz-zmien, il-pittura spiccat fil-Muzew Kaiser Friedrich (illum jismu Musew Bode) ta’ Berlin, il-Germanja, fejn sfortunatament inqerdet lejn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Kulma baqa’ jezisti taghha huwa ritratt iswed u abjad, li minnu saret ir-rikostruzzjoni bil-kulur li ghandna llum.

Mistoqsija dwar diskors

Bhalma tista’ tinnota, il-pittura originali ta’ Caravaggio ghandha dehra tridimensjonali sabiex taghmel tajjeb ghall-istatwa michuda ta’ Cobaert. Izda Caravaggio ma kellux aptit ikun ortodoss fl-opra tieghu. Pitter lil San Mattew qisu kien xi gabillott illitterat li l-anglu, aktar milli qieghed jispirah, donnu qed jiddettalu x’jikteb. Kien ghalhekk li l-opra giet michuda.

Fil-qoxra tieghu, il-ktieb ta’ Grech igib il-parti tal-idejn biss, parti li ggieghlek tiddubita l-anglu huwiex qieghed imexxi id San Mattew jew irazzanhielu. Fil-ftuh ta’ ktieb dwar Alla u l-letteratura, dan id-dettall jikseb sinifikat partikulari. Donnu qieghed jistaqsi jekk id-diskors kollu li jsir dwar Alla huwiex ta’ min joqghod fuqu jew anki jekk huwiex dwar Alla jew, wara kollox, dwar il-bniedem li fettillu joholqu.

Fil-kitbiet migbura, Vicky Ann Cremona, Dun Anton Abela, Michael Zammit, Daniel Massa, Peter Vassallo, Oliver Friggieri, Dun Renè Camilleri, Charles Briffa, Patri Peter Serracino Inglott, Dun George Grima, Mario Farrugia, Mario Tabone, Patri Mark Montebello u Michael Grech jiktbu dwar kif harsu lejn Alla diversi poeti, kittieba, filosfi u letteraturi.

Esperjenza u hajja

Dawn il-kitbiet kollha jaghtuna xejriet differenti ta’ stampa li trid tistharreg l-esperjenza divina tal-bniedem. Hija stampa li, bhall-pittura ta’ Caravaggio, ma tafx tibdiex mill-bniedem u tispicca ghand Alla jew tibdiex minn Alla u tispicca ghand il-bniedem. Din hi tahbila eterna li ma tissolviex.

Biex wiehed jara jibdiex isib xi tarf f’din it-tahbila forsi jrid ihares aktar mill-qrib lejn il-gabillott illitterat u rozz ta’ Caravaggio u mhux lejn idejh biss. Huwa bniedem li, ghalkemm zarmat minn kull hila u sengha, iqieghed idejh ghal opra ta’ dimensjonijiet epici. Kulma ghandu li hija tieghu u li hadd ma jista’ johodhielu jew jibdilhielu hija l-esperjenza personali ta’ Gesù u tal-komunità nisranija li, b’xi mod u manjiera, irid jesprimi ruhu dwarhom.

Forsi dawk il-poeti, il-kittieba, il-filosfi u l-letteraturi kollha li jissemmew fil-ktieb din biss kellhom ukoll: l-esperjenza ta’ xi haga divina u sublimi fit-tghaffig ekonomiku, politiku, socjali, religjuz, kulturali u ideologiku li ghexu fih. Forsi jien u int din biss ghandna wkoll u, bhal Mattew ta’ Caravaggio, ghandna bzonn xi anglu li jurina kif din l-esperjenza nesprimuha, jekk mhux b’kitbietna, ghall-anqas fil-hajja li nghixu ta’ kuljum.

Il-ktieb ALLA U L-LETTERATURA jinbiegh mill-hwienet ewlenin tal-kotba.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?