Id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor

In-nisrani hu fid-dmir li jhares, jiddefendi u jippromwovi mhux biss id-drittijiet legittimi tieghu nnifsu imma wkoll id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor, anki meta ma jaqbilx maghhom. Minn hawn tintwera, ghall-anqas f’dan il-qasam, il-kobor tal-imhabba tieghu. In-nisrani ma jista’ qatt jghid li ma jinportahx jew m’ghandux x’jaqsam mal-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet ta’ haddiehor meta dawn ikunu legittimi u rispettuzi.

Il-gid komuni

Dan jorbot direttament mad-drittijiet tal-minoranzi fil-qafas tal-gid komuni. In-nisrani ma jista’ qatt jaccetta li dak li nsejhu “gid komuni” jkun biss ekwivalenti ghall-gid tal-maggoranza. Il-gid komuni mhuwiex maghmul biss mill-gid tal-maggoranza, imma mill-gid ta’ kulhadd: maggoranza u minoranzi.

Li kieku ma kienx hekk, li kieku l-gid komuni kien biss dak tal-maggoranza, allura f’hafna pajjizi fejn l-insara huma minoranza, l-insara stess lanqas biss ikollhom id-dritt tal-libertà tal-kult. Mentri t-taghlim socjali tal-Knisja Kattolika jzomm b’mod car li d-dritt tal-kult ghandu jigi mhares, protett u ppromovut dejjem, anki fejn l-insara huma f’minoranza.

In-nisrani li jemmen f’socjetà gusta ma jistax ma jemminx ukoll fil-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet legittimi tal-minoranzi kollha. Anzi, huma proprju l-harsien, id-difiza u l-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet li jikkwalifikaw lil dik is-socjetà bhala wahda li tersaq qrib il-migja tas-Saltna ta’ Alla.

Is-Saltna ta’ Alla mhijiex xi stat politiku, ekonomiku, socjali u religjuz tal-maggoranza. Hija Saltna ta’ kulhadd, li tirrispetta lil kulhadd, li thares, tiddefendi u tippromwovi d-dinjità, ir-rispett u d-drittijiet ta’ kulhadd, l-aktar nett dawn taz-zghir li jinsab f’minoranza.

Il-minoranzi

In-nisrani ghandu d-dmir li jhares, jiddefendi u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi kollha sakemm dawn ikunu legittimi u jkunu jirrispettaw id-drittijiet ta’ haddiehor fil-qafas kollu tad-drittijiet tal-bniedem. Hadd – minoranza jew maggoranza – ma qatt jista’ jkollu xi dritt li jikkalpesta d-drittijiet legittimi ta’ haddiehor. Dan mhux dritt jissejjah, imma abbuz jew sfruttament.

Izda meta d-drittijiet tal-minoranzi huma legittimi u rispettuzi, allura n-nisrani ma jistax ma jharishomx, jiddefendihom u jippromovihom bhallikieku kienu l-istess drittijiet tieghu nnifsu. Hu ghalhekk li l-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jistqarr (para. 1889) li “L-imhabba hi l-aqwa kmandament socjali. Tirrispetta lill-ohrajn u d-drittijiet taghhom. Titlob li ssir gustizzja li bl-imhabba biss ikollna l-hila nhaddnuha. Tispira hajja tal-ghoti tieghek innifsek”.

L-imhabba nisranija titlob li l-insara jkunu qalbiena bizzejjed u bnedmin ta’ fidi sabiex, fil-qasam tal-gustizzja socjali u l-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, imorru lil hinn minn kull perspettiva dejqa jew settarja. L-imhabba taghhom thaddan id-dinja. Bhal ta’ Gesù, l-imhabba taghhom ma tafx fruntieri, ghax hi imhabba universali u sahansitra kosmika.

Dmir morali

Fil-promozzjoni tal-gid komuni, in-nisrani ma jistax ihares lejn il-valuri tieghu biss, anki jekk iqishom ahjar jew isheh minn ta’ haddiehor. In-nisrani hu msejjah li jirrikonoxxi li d-dinjità traxxendentali tal-bniedem tinkiseb b’diversi modi, ghax l-Ispirtu ta’ Alla mhuwiex maghluq f’xi qafas ta’ twemmin wiehed biss, izda jonfoh fejn irid u kif irid.

In-nisrani jirrikonoxxi li l-kundizzjonijiet ghall-bini u l-harsien tal-gustizzja socjali f’ekwivalenza mal-valuri tas-Saltna ta’ Alla mhux dejjem ghandhom jaqblu ghal kollox mal-mudelli politici, socjali, ekonomici u religjuzi li jemmen fihom hu. Jezistu hafna kundizzjonijiet xierqa u ta’ gieh ohrajn li jwasslu ghall-istess ideal. F’dawn kollha, hu Alla li jahdem f’kollox u f’kulhadd ghall-gid.

Hu dmir morali ta’ kulhadd, l-aktar nett tan-nisrani, li jhalli lil kulhadd jippartecipa bil-mod tieghu sabiex jigi ’l quddiem il-gid komuni billi jhaddem il-vokazzjoni partikulari tieghu. Fl-ahhar mill-ahhar, ghan-nisrani dan id-dmir morali jfisser li l-konversjoni kontinwa tieghu m’ghandhiex thares biss lejn il-moghdijiet li hu jemmen li ghandu jghaddi minnhom sabiex jasal ghand Alla. Ghandha thares ukoll lejn il-moghdijiet li jiehu haddiehor, anki jekk fil-mixja tieghu lejn Alla jghaddi minn toroq li n-nisrani ma japprovax.

L-imhabba ta’ Gesù tinsab f’kull moghdija. “F’dan qieghda l-imhabba,” jghid Gesù, “Mhux ghax intom habbejtu lili, imma ghax jien habbejt lilkom, u tajt hajti b’fidwa ghalikom.”

Comments

  1. Hemm haga li ma nistax nifhem fil-Kattolici li bi hsiebhom jivvutaw favur id-divorzju jew li jghidu li ma tistax "timponi" fuq min ma jemminx.

    Nahseb li meta nghidu zwieg Kattoliku ma nfissrux biss ghax izzewwgina bir-rit Kattoliku fi knisja. F'mohhi zwieg Kattoliku ifisser hajja mizzewga fejn il-koppja jaghmlu l-almu kollu taghhom biex jghixu t-taghlim ta' Kristu e.g. hobb 'l Alla b'qalbek kollha, b'sahhtek kollha ecc, hobb lil ghajrek bhalek inifsek, min ititk daqqa ta' harta dawwar wiccek ghal daqqa ohra, ahfer ghal sebgha ghal sebghin darba ecc ...

    Nahseb m'inix qed nassumi xi haga radikali u revoluzzjonarja jekk nghid li dawn ir-regoli jghoddu ukoll ghal min mhux Kattoliku. Jigifieri biex zwieg jirnexxi dawn ir-regoli jrid iharishom ukoll min mhux Kattoliku.

    Allura, nghid jien, min a) halaq il-hajja u b) tella' iz-zwieg ghal sagrament (minn semplici kuntratt ta' tpartit bejn nisa u flus/kommoditajiet ohrajn) jista' qieghed jizbalja meta jghid li zwieg ma jinhallx? La kull ma qal fuq il-hajja (u warajha) huwa minnu, possibli li fuq id-divorzju se niddubitawh?

    Ghalhekk ma nemminx li hija imposizzjoni kieku l-insara jivvutaw kontra d-dhul tal-legislazzjoni tad-divorzju. Ahna ghandna nemmnu li l-kelma ta' Alla biss fiha l-gid. Il-bqija huwa sofistrija u "specious arguments". Haga ohra li turina kemm dan hu minnu hi l-posizzjoni assurda tal-moviment "IVA". Iridu jopponu d-divorzju minghajr ma jsemmu darba lil Kristu. Kif tista' tghid x'inhu tajjeb jew hazin minghajr ma ssemi l-ghajn ta' kull tjubija? Il-kaz taghhom ifalli mizerabilment meta tal-IVA isaqsuhom "Allura x'soluzzjoni qeghdin toffru?" Kieku ma llimtawx ruhhom ghal-statistika biss ghandhom it-twegiba lesta f'paragraph 1615 tal-Katekizmu. Sempliciment copy and paste, kif jghidu.
    (L-istatistika juzawha hazin, fil-fehma tieghi. Xi hadd kien qal li l-istatistika tintuza kif sakranazz juza lamppost - iktar ghal support milli ghall-illuminazzjoni. U ghalhekk qed ifallu tal-LE. Ghax qed juzawha bhala l-argument ewlieni taghhom izjed milli biex juru l-effetti hziena li jista' jkollu d-divorzju - ghaliex hu inerentement hazin, ovvjament.)

    Ilu ftit kont qrajt artikolett li kont ktibt int fejn, fost affarijiet ohrajn, kont ghidt li kien hemm xi "faction" ta' Lhud li d-divorzju jaccettawh biss f'kaz ta' porneia. (Jekk minix sejjer zball kont irbattha mal-kaz fejn Gesu kien qal li d-divorzju kien dahal fil-Ligi Mosajka habba l-ghebusija ta' qalb in-nies, u li filbidu ma kienx hekk.)
    Il-porneia tikser l-ghotja totali u esklusssiva tal-mizzewwgin lil xulxin - jigifieri mhix kundizzjoni "qualsiasi". Hija attakk perikoluz hafna fuq il-hajja mizzewga ghax fuq livell psikologiku biss ukoll daqqa kerha hafna li zewgek/martek tibdlek ma' xi hadd/haga ohra.

    Nixtieq kieku twigibni. Fil-fehma tieghi ma hemmx lok ghal interpretazzjoni fil-kliem ta' Gesu dwar id-divorzju (cf Ha jkun kliemkom iva, iva le, le.)
    Din il-mistoqsija ghamilthielek fl-ispirtu ta' "investigazzjoni". Jien ma nifforma parti mill-ebda moviment. U ghalkemm id-divorzju per se huwa kundannabbli il-bnedmin li juzawh huma sogetti biss ghall-gudizzju ta' Alla u hadd izjed, ha nkunu cari. Kif jghidu Alla jobghodid-dnub, imma mhux lil min jaghmlu.

    PS ghal xi raguni mhux qed ihallini nippostja l-kumment bil-wordpress ID u allura kelli nuza l-google, li ma jghidlekx min jien. Jien Reuben Scicluna ghandi blog jismu kermenoo.wordpress.com. Iddejjaqni l-anonimita. Grazzi.

    ReplyDelete
  2. fil-hames paragrafu ghidt li l-posizzjoni tal-moviment IVA hi assurda; ridt nghid tal-moviment tal-LE. Skuzani.

    ReplyDelete
  3. @Gwakkin. Dan kollu li qed tghid dwar is-sagrament taz-zwieg huwa minnu ... b'kundizzjoni wahda: il-liberta' tal-ghazla. Minkejja li Alla jipproponilna triq tas-sewwa, dejjem ihallina liberi li nhaddnuha jew le. Dan jghodd ghaz-zwieg bhala sagrament daqskemm ghal kull haga ohra. Jekk mhemmx liberta' fl-ghazla taghna, dik l-ghazla la hi umana, la qaddisa u lanqas skont ir-rieda ta' Alla. Alla jhallina assolutament liberi li naghzlu t-tajjeb u l-hazin, u minn hawn jigi r-rispett li ghandu lejna.

    Il-kwestjoni tar-referendum mhijiex jekk id-divorzju huwiex tajjeb jew hazin fih innifsu jew jekk iz-zwieg nisrani huwiex tajjeb jew hazin. M'ahniex insejhin sabiex naghtu gudizzju morali jew religjuz. Ir-referendum hu dwar il-liberta' tal-ghazla. Dak li l-insara jemmnu li hu tajjeb ma jistax jigi impost fuq haddiehor. Haddiehor irid ihaddnu bil-liberta'. Dan ifisser li rridu naghtu lil haddiehor il-liberta' li ma jaghzlux.

    Ahna nemmnu fis-sagrament taz-zwieg. Nemmnu fl-indissolubbilta'. Imma min ma jridx jemmen hekk, hadd ma jista' jgieghlu.

    Il-Knisja Kattolika ghandha tara li l-anqas l-Istat Malti ma jimponi dan fuq kulhadd. Jekk irid, ihaddnu; jekk ma jridx, ma jhaddnux.

    ReplyDelete
  4. Allura ghaliex naccettaw ligijiet ohrajn li ghandhom bhala sors dirett il-kmandamenti? Hadd qatt ma oppona l-ligijiet li ma jippermettux serq, qtil, guramenti foloz u l-bqija. Anzi, min jopponihom nghidu li hu anarkiku u nharsulu bl-ikreh. Dawk jigu imposizzjonijiet ukoll, nahseb jien. Ghaliex id-divorzju iqanqal dal-ghagha kollu?

    Fil-fehma tieghi il-knisja qieghda f'posizzjoni difficli, ghax dak li hi tghid (li tirrepeti, propja ghax it-taghlim mhux originarjament taghha) li hu ghall-gid komuni ma tistax turih xjentifikament. Jigifieri ma tistax "tivvinta" ipotezi li wiehed jista' jittestja (li hi l-essenza tal-metodu xjentifiku) Nigu f'dan lanqas il-ligijiet civili ma tista' taghmel hekk bihom, imma hadd ma jghid xejn ghalihom.

    Meta allura jissemma l-gid komuni kulhadd iqum u jghid "ma tistax tiggeneralizza", "ma tista' tisforza xejn fuq hadd" u l-bqija.

    Jien din li ma tinzillix. Li sempliciment ghax dil-posizzjoni kontra d-divorzju hija "peculiar" ghall-knisja kattolika qisu kulhadd sab zvog biex jinfexx u johrog kull ma kellu f'qalbu kontriha. Mhux qed ninkludi lilek f'dil-bicca ta, ghax perswaz li int titkellem ghall-gid. Ghalkemm kultant tkun xi naqra "unorthodox", ma jghaddilix minn mohhi li int influwenza sovversiva.

    Reuben

    ReplyDelete
  5. @Gwakkin. Il-pozizzjoni hi semplici hafna. It-tajjeb (hu kemm hu tajjeb) MA JISTAX JIGI IMPOST FUQ HADD. L-att ta' accettazzjoni, biex ikun tali, irid ikun HIELES. Dan tghallimhulna l-Bibbja u l-Knisja.

    Il-problema bid-divorzju f'dan il-kaz hu li l-ligi taz-zwieg f'Malta hija ligi li timponi kodici morali partikulari fuq kulhadd, jaccettax jew le dak il-kodici. Dan l-insara ma jistghux jaccettawh. Iridu jichduh. U ma jaccettawhx bhala principju, ghax jekk ghada pitaghada jigi xi mignun u jkun irid jimponi l-kodici morali tieghu (anki kontra l-liberta' tal-kult taghna l-Kattolici), dan ma naccettawhx ukoll.

    ReplyDelete
  6. Prosit tal artiklu Mark ........ bis sens u interessanti !!!!

    ReplyDelete
  7. Jien nahseb li hawn argumenti fallaci hawnhekk avolja bbazati fuq premessi veri jew verosimili. Halli nispjega. Veru li t-twemmin personali ta' cittadin ghandu jkun hieles u fil-fatt dan hu dritt fundamentali tal-bniedem bhal ma hu d-dritt tal-hajja u drittijiet ohrajn.

    Madankollu, ahna f'Malta u fl-Ewropa per ezempju ma nistghux naccettaw il-ligi tat-talmud "ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna" u fil-fatt il-Kunsill tal-Ewropa stess, qabel l-Unjoni Ewropea, gja` jitlob li l-ligi ta' pajjiz membru tipprojbixxi l-piena kapitali. IZDA, fl-Amerika wkoll (minkejja t-tradizzjoni ta' drittijiet tal-bniedem li ghandhom) bhal fic-Cina (pajjiz ateju) u fl-IRAN (pajjiz islamiku fundamentalista) ghadhom jippratikaw il-piena kapitali li ahna tant nabborru bhala dizumana!

    Halli noqrob is-suggett. F'hafna pajjizi musulmani madwarna (Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani, per ezempju) jippratikaw kemm id-divorzju KIF UKOLL il-POLIGAMIJA.

    Inkompli hawn taht ...

    ReplyDelete
  8. Issa fil-kultura taghna f'Malta ahna ma nistghux nifhmu kif ragel ghandu jkollu aktar minn mara wahda fl-istess hin u fil-fatt dan hu delitt kriminali li l-Ligi Kriminali ta' pajjizna tiikkastiga anki bil-habs. Dan jixxiebah mas-sitwazzjoni fil-pajjizi Ewropej li wkoll ma jippermettux poligamija.

    Mela dan kollu juri li kultura ta' pajjiz tista' tkun tassew imzewqa skont valuri mhaddna mill-Istat kif rifless mill-ligijiet u hekk jibqghu riflessi sakemm ma jinbidlux demokratikament.

    Mela l-konkluzjoni tieghi hi li l-ligi civili li ma taghtix divorzju tista' tibqa' zzomm sakemm mhux demokratikament mibdula. Nahseb li kulhadd jaf li l-Artiklu 2 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tghid li r-Religjon ta' Malta hi r-religjon kattolika apostolika rumana. Missirijietna hasbu li jnaqqxu dan l-artiklu ghax jivvalorizzaw dik ir-religjon u l-fidi mhux ghax hasbu li ahjar jimponu l-fidi taghhom fuq haddiehor. Tant hu hekk li filwaqt li nhallu l-musulmani jippratikaw ir-religjon taghhom f'Malta, dawn tal-ahhar ma jistghux jippratikaw l-poligamija u d-divorzju taghhom (bil-formula taghhom tal-ghajta "Itlaq" x3). Il-ligi taghna kif ghedna tipprojbixxi poligamija ghax ma jaqbilx mal-valuri taghna skont ir-Religjon ta' Malta.

    Issa d-domanda hi jista' jkollna l-Kostituzzjoni ta' Malta li thaddan ir-Religjon Kattolika minn naha u fl-istess hin ukoll ikollna l-Qrati ta' pajjizna li huma stess jaghtu d-divorzju hawnhekk (differenti minn divorzju rikonoxxut skond il-ligijiet internazzjonali ghax moghti minn Qorti ta' pajjiz barrani fejn xi hadd mill-mizzewgin hu domiciljat u mhux biss residenti). Jekk jigri hekk (wara r-Referendum), nahseb li nkunu nbatu minn personalita` doppja skizofrenika. F'qasir zmien, ikollna nnehhu r-Religjon Kattolika mir-religjon ta' Malta u dejjem, skont ma jista' jinghad, f'gieh is-suppost rispett lejn il-minoranza u li nhallu l-liberta` ghal kulhadd, anki nhallu lil min jahsibha differenti li jkun jista' wkoll joqtol il-hajja tat-tarbija fil-guf t'ommha, joqtol lil min qieghed fil-qiegh tas-sodda tal-mewt, ecc, ecc., ecc. sabiex bl-istess manjiera naghtu soluzzjoni "miskina" lil dik l-omm li giet bzonn il-qtil ghax stuprata jew lil dak li lanqas biss fih sura ta' bniedem ghax mghawweg bl-ugiegh tal-mewt taghfas fuqu.

    Is-soluzzjoni hija biss fil-fidi f'Sidna Gesu` Kristu mqajjem mill-Mewt li dawwar is-salib tal-mewt f'Sigra tal-Gherf u s-Sellum ta' Gakobb (kif gja` kien uriena Gob u Geremija u l-Makkabej, fost l-ohrajn). Le ma niddejjaqx li nappartjeni lill-Istat ta' Malta li ghadu jhaddan ir-Religjon Kattolika waqt li jhares il-libertajiet fundamentali tal-bniedem u jiddispjacini meta Malta ma tibqax taghmel hekk - mhux ghax Kristu ma jkunx ghadu l-Mulej li tassew rebah il-mewt darba ghal dejjem, izda ghall-fatt li l-bqija tal-ahwa cittadini jkunu qed jikkommettu f'Malta ghemejjel bhal divorzju moghti f'Malta u forsi, 'l quddiem abort u ewtanazja dejjem halli naghtu soluzzjoni ghall-minoranza li ma temmen b’xejn jew tghid li ma temmen b’xejn!

    Cittadin hieles ta' Malta

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?