Sunday, 29 May 2011

L-ghagna ta’ civiltà zaghzugha

Dom Mintoff
Il-grajja tal-izvilupp modern tac-civilizzazzjoni Maltija mhux dejjem hadet linja dritta. Kien hemm passi ’l quddiem, imma wkoll hafna passi lura. Gieli gew jiem krucjali meta l-mument kien jew ta’ qabza ’l quddiem jew ta’ xehta lura. Il-bierah - id-decizjoni għall-introduzzjoni tad-divorzju - kien jum bhal dawn.

Bidu bla tmiem

Fil-mument attwali tieghu, l-Istat Malti ghadu ma kisibx dik il-maturità politika u l-emancipazzjoni morali li jixraq lil zmienna. Minkejja s-separazzjoni tal-qawwiet tal-Istat (legislattivi, amministrattivi u gudizzjarji) u anki s-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, l-Istat Malti ghad ghandu sal-lum diversi elementi procedurali li ma jaghmluhx Stat sekulari jew lajk fil-veru sens tal-kelma.

Filwaqt li s-socjetà Maltija hija sekulari, l-Istat Malti mhuwiex. Dak li jista’ jigi mistqarr b’certezza huwa li l-Istat Malti ghandu l-bidu tal-emancipazzjoni politika u morali tieghu, izda certament mhux it-tmiem jew it-twettiq. Jista’ jinghad ukoll li ghandu bosta elementi li juru li dan il-bidu jista’ jservi ta’ sies ghal aktar emancipazzjoni. Izda dan jehtieg hafna konvinciment, xoghol u sosten.

Li wiehed jghid li s-socjetà Maltija hija sekulari u li l-Istat Malti beda t-triq tas-sekularizzazzjoni ma jfissirx li fil-fatt ninsabu f’sitwazzjoni ahjar milli konna qabel ma beda dan il-process. Infatti, f’hafna aspetti jidher li s-sitwazzjoni hi aghar. Minkejja l-progress u l-izvilupp ammirevoli li sar, jidher li spiritwalment, ideologikament u kulturalment is-socjetà Maltija hi ifqar issa, wara li beda dan il-process, milli minn qabel ma beda jsehh.

Mumenti krucjali

Kien hemm hames mumenti ewlenin li welldu l-bidu tal-emancipazzjoni socjali u politika tal-Istat Malti. Erbgha minnhom kienu prattikament abortivi. L-ahhar wiehed biss halla ftit mill-frott mixtieq.

L-ewwel mument gie fi zmien il-Granmastru Hompesch lejn tmiem is-seklu 18. Wiehed avukat qalbini, Nikola Muscat (1735-m.1800) ufficjalment u pubblikament ipprova jwettaq is-separazzjoni tal-Istat mill-Knisja. Muscat kien minn familja fqira, izda spicca biex sar wiehed mill-ufficjali pubblici tal-ahhar Granmastru tal-kavallieri f’Malta. Hadet bla heda ghad-drittijiet politici tal-gvern civili, imma l-Inkwizituri u l-Isqfijiet ta’ Malta razznuh.

It-tieni mument kien dak ta’ Mikiel Anton Vassalli (1764-1929), li hsiebu kien imheggeg mill-filosofija tal-Illuministi Francizi. Ghalkemm dan ma kien parti minn ebda gvern, holom b’Repubblika Maltija ta’ natura lajka. Izda l-isforzi tieghu kien ghalxejn. L-ewwel garrab l-ghadab tal-Granmastri, imbaghad (wara li dawn tkeccew minn Malta) sab il-hazen tal-Inglizi.

It-tielet mument, xi ftit jew wisq fl-istess zmien tat-tnejn ta’ qabel, kien dak ta’ Napuljun, li rnexxielu jasal ferm aktar mill-ohrajn. Dan effettivament waqqaf l-Istat sekulari Malti fl-1798 permezz ta’ ghadd ta’ ligijiet li xi whud minnhom ghadhom imwaqqfa sal-lum. Kellu wkoll fi hsiebu li jwaqqaf ir-Repubblika ta’ Malta bi President Malti, imma l-klassijiet privileggjati Maltin sfrattawlu kollox.

Pass iehor …

Ir-raba’ mument gie aktar minn seklu wara. Kien dak ta’ Manwel Dimech (1860-1921) li, wara aktar minn mitt sena ta’ hakma kolonjali Britannika, beda jqieghed is-sisien ghal Stat Repubblikan Malti. Dan sab l-ghadab kemm tal-Knisja Kattolika kif ukoll tal-gvern kolonjali, li flimkien razznu t-twettiq tal-hidma tieghu.

L-ahhar mument, l-aktar wiehed ta’ success, kien dak tal-Perit Mintoff, specjalment bil-hidma tieghu bejn l-1971 u l-1976. Safahhar, wara l-erba’ tentattivi abortivi ta’ qabel, is-sigra tar-Repubblikanizmu bdiet ixxettel il-hajja difficli taghha. Xi ftit jew wisq, il-frott ta’ din is-sigra zaghzugha ngawduh illum, anki jekk hi sigra li ghadha ma lahqitx il-maturità shiha taghha.

Minkejja l-partikularità tan-natura taghha, id-decizjoni tal-bierah ghall-introduzzjoni tad-divorzju f'Malta se jkollha konsegwenzi kbar u fundamentali ghall-gejjieni tan-nazzjon Malti. Il-mument kien wiehed krucjali. L-effetti ta’ din id-decizjoni, kemm immedjati u kemm imbieghda, aktarx ma nistghux inhossuhom mill-ewwel. Certament, se jkunu effetti li se jghagnu ftit iehor il-personalità taghna u s-sura ta’ pajjiz li jista’ jkollna.

1 comment:

  1. Artiklu interessanti hafna Mark.

    Nahseb li taqbel mieghi ferm li anki "l-istat tal-Knisja" ghandu jikkunsidra kambjamenti radikali wkoll? Hija precizament l-amminstrazzjoni fundamentalista u ghamja tal-Knisja bhala stat, fil-kuntest lokali kif ukoll fil-kuntest globali (l-istat tal-Vatikan)li qed ibieghed lil bosta kredenti minnha. Almenu nixtieq nahseb li hija fundamentalista u ghamja,u mhux bhallma awturi ta' certu kalibru jghidu: li hemm interessi okkulti kbar bhal dawk politici u finanzjari f'dan l-istatus prezenti, u ghalhekk jaqbel hekk biex il-Knisja zzomm il-poter kbir li ghad ghandha. Sitwazzjoni mudlama, kerha u minaccjuza, ma tahsibx?

    Meta tara skandli kbar u maghrufa bhal tal-pedofilija u omesesswalita', skandli ohra bhal tal-Banco Ambrosiano u issa tal- IOR, l-intricci politici ma' hafna nies korrotti u ohrajn...KOLLOX MISTUR... il-fidili komuni ma jafu b'xejn. Imsieken ghajnejhom il-fuq u b'idejhom ma' xulxin mitlufin fit-talb! Nahseb li bniedem li genwinament ihobb lil Alla u jixtieq minn qalbu jsegwi t-taghlim ta' Kristu, isibha difficli hafna biex jirrikoncilja t-tnejn: l-Knisja bhala stat u l-Knisja vera ta' Dak li miet ghalina fuq is-salib.

    Bniedem ghajnejh miftuhin u b'mohh bejn widjeh, jista' jara paralleli ta' soppressjoni bhal dawk storici bhal dawk li semmejt fl-artiklu tieghek, mas-sitwazzjoni li qed nghixu fiha llum.

    Izda wisq nibza li kull ma qed nghidu jien u int huwa bhal qasba tixxejjer mar-rih...hemm poter li ghal-kwalinkwe cost irid jinzamm.

    Ghalhekk jehtieg li aktar inkellmuh lil Gesu' biex jibqa jghinna halli noghorgu minn dan id-dlam.

    May 30, 2011 3:24 AM

    ReplyDelete

Top posts last 30 days

Top posts ever