Mument ta’ smigh

Hekk kif ghadda r-rizultat tar-referendum, hafna qeghdin jikkummentaw fuq x’imissha u x’ma jmisshiex taghmel il-Knisja. Bosta minn dawn jitkellmu b’qalbhom f’idejhom ghax ihobbu l-Knisja u jixtiequ jarawha tirkupra mis-sitwazzjoni drammatika li tinsab fiha. Izda z-zmien ta’ issa, hekk storiku u fl-istess waqt hekk delikat, ma jitlobx minna li nithaddtu. Hu z-zmien li nisimghu. Alla qieghed ikellimna. Jehtieg li nieqfu u nisimghuh.

Qalb li tisma’, jekk taf

Kulmeta Gesù kellu ghalfejn jaghmel decizjoni importanti f’hajtu, dejjem twarrab u ngabar ghalih wahdu ghal hinijiet twal. Dawn kienu mumenti intensi ta’ smigh, hu li kien il-MESSAGGIER tal-Missier u fl-istess waqt il-MESSAGG innifsu. Il-missjoni tieghu kienet li jibdel id-dixxipli tieghu f’messaggiera bhalu. Izda huma ma kinux il-messagg. HU kien il-messagg. Gesù ghallimhom jisimghuh fl-ispirtu u l-verità.

Ovvjament, ‘smigh’ m’ghandhiex tfisser li nhaddmu biss widnejna. Mhuwiex dwar hsejjes fizici li qeghdin nitkellmu. ‘Smigh’ ghandha tfisser f’dan il-kuntest l-gharfien tal-possibbiltà ta’ x’Knisja nistghu nkunu sabiex ikollna relevanza xierqa issa u fil-gejjieni. Tfisser li nistharrgu u nilqghu l-appelli li l-isfidi u l-opportunitajiet godda li qeghdin ipoggulna quddiemna l-mument storiku u l-kundizzjonijiet materjali.

‘Smigh’ ma tfissirx li nibdlu l-principji taghna. Tfisser li nsibu ghamliet u suriet ta’ kif nittrasmettu ahjar dawn il-principji skont il-htigijiet u l-kapacitajiet ricettivi attwali tas-socjetà li fiha qeghdin nghixu u nwettqu l-missjoni taghna. Naturalment, dan jista’ jitlob bidla ta’ tattici u strategiji, imma fuq kollox jitlob ukoll bidla ta’ attitudni u perspettiva.

Gesti godda ta’ mhabba

Ta’ spiss, l-Arcisqof isemmi li l-Knisja ma tistax tibqa’ ggib ruhha skont mudell ta’ tletin jew erbghin sena ilu. Kien semmiha f’intervista li kien ta fil-bidu ta’ din is-sena (In-Nazzjon, 25/1/11, p. 13) u, aktar importanti minn din, semmiha wkoll fl-2008 f’Ruma waqt it-12-il assemblea generali ordinarja tas-sinodu tal-isqfijiet.

Fost hwejjeg ohra, fil-messagg finali li l-Arcisqof, flimkien mal-isqfijiet l-ohra migburin f’Ruma, kien ta lill-poplu ta’ Alla fi tmiem dak is-sinodu, kien stqarr hekk: “Il-missjoni tan-nisrani hija li jhabbar kelma divina ta’ tama billi jaqsam hajtu mal-fqir u l-batut, billi jaghti xhieda tal-fidi tieghu f’saltna ta’ verità u hajja, ta’ qdusija u grazzja, ta’ gustizzja, ta’ mhabba u paci, billi l-qrubija tieghu la tiggudika u lanqas tikkundanna, imma ssostni, iddawwal, tfarrag u tahfer” (n. 13).

Din hija l-missjoni sabiha tal-Knisja. Fi tmiem dak is-sinodu, il-Papa Benedittu XVI fakkar lill-isqfijiet li “bhalissa huwa mehtieg li nifhmu l-bzonn li nittraducu l-Kelma ta’ Alla f’GESTI TA’ MHABBA, ghaliex huwa hekk biss li nistghu naghmlu l-Vangelu thabbira kredibbli” (Basilika ta’ San Pietru, 26 ta’ Ottubru 2008).

Tnebbih il-kredibilità

Huma dawn il-‘gesti ta’ mhabba’ li l-Knisja tidher li jehtieg li terga’ tiskopri f’dan il-mument privileggjat tal-grajja twila u mqanqla taghha f’dawn il-gzejjer, gesti ta’ mhabba li jnebbhu ghal darba ohra integrità, fiducja u kredibilità.

F’dan il-mument, huwa bis-smigh li nistghu niskopru dawn il-gesti godda ta’ mhabba li l-Ispirtu jitlob minna. Mhux billi nkunu ahna li nobsru x’jistghu jkunu, imma billi, b’umiltà lejn l-istess Ispirtu Qaddis, inhallu lil haddiehor jissuggerihomlna. Dan hu s-siwi tas-smigh: li jinghad lilek dak li ma tobsorx bih.

Jekk Alla jrid li ghal darba ohra jgedded din il-Knisja ta’ Gesù u jaghmilha ghajn ta’ qdusija u grazzja, ta’ gustizzja, ta’ mhabba u paci, jaf kif. Li nhallu f’idejh billi nisimghu t-tnebbih tal-Ispirtu tieghu hi l-aqwa haga li nistghu naghmlu f’dan il-mument.

Comments

  1. Messagg tajjeb hafna ghal festa tal-lum ta Pentecost grazzi.

    ReplyDelete
  2. Grazzi tal-kelmtejn tieghek. Inhossni vera qrib ta' dawn il-kliem. Din hija l-Knisja li dejjem haddant. Gesti ta' mhabba - niftakar f'Madre Teresa/ X'hemm aktar x'izzid mal-gesti ta' mara tant kbira?

    Nirringrazzjak tal-ispirazzjoni
    Pawlu

    ReplyDelete
  3. prosit Mark ta dawn il kelmiet bis sens. niehu gost hafna naqra il blog tieghek ghax almenu nemmen li qed naqra kliem ta ruh li gharfet x'inhi il verita u jekk ghadha ma gharfitx il verita qed tipprova. jien nemmen li inti temmen f'dak li temmen fih.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?