Kelma lil “Mhux f’Isimna”

It-thabbira tat-twaqqif tal-grupp
Il-gimgha l-ohra thabbar it-twaqqif ta’ grupp, bl-isem “Mhux f’Isimna”, li l-ghan ewlieni tieghu hu li jheggeg awto-skomunika kollettiva mill-komunjoni tal-Knisja Kattolika. Dan ifisser li, lil min jaghmel talba formali l-Kurja, il-Knisja ufficjalment tirregistrahom li temmew is-shubija taghhom mill-Knisja u, ghaldaqstant, m’ghadhomx Kattolici.

Ragunijiet ideologici

Ghalkemm hafna drabi nisimghu bl-iskomunika bhala kastig, f’dan il-kaz mhijiex. Hija ghazla ta’ individwu li jiddeciedi li, barra li ma jibqax jipprattika r-religjon Kattolika, ufficjalment ma jibqax aktar parti mill-Knisja. Skond id-Dritt Kanoniku, dan isir billi jaghmel ittra lill-Kurja fejn jiddikjara li halla l-Knisja Kattolika u jitlob li ssir nota fir-registrazzjoni tal-maghmudija tieghu (fil-parrocca ta’ fejn tghammed) dwar din id-decizjoni. Fil-kaz ta’ “Mhux f’Isimna”, din id-decizjoni jidher li se ssir minn ghadd ta’ persuni simultanjament.

Ir-ragunijiet ghal decizjoni bhal din jistghu jkunu bosta. Ghalkemm bosta drabi haga bhal din issir ghal ragunijiet duttrinali, f’dan il-kaz jidher li qieghda ssir ghal ragunijiet ideologici, fis-sens li dawn l-individwi ma jaqblu xejn mal-vizjoni kumplessiva tal-Knisja, ghall-anqas kif imhaddna bhalissa fil-gzejjer Maltin.

‘Ahna ma rridux nibqghu aktar imsiehba b’ebda mod mal-Knisja Kattolika,’ stqarrew xi rapprezentanti tal-grupp, ‘Ghalina hija istituzzjoni bi storja twila ta’ prattiki hziena li jikkaratterizzawha bhala l-kontra ta’ kenn morali u progressiv ghas-socjetà.’

Kampanja ghal-libertà

Din id-decizjoni ssahhet wara l-kampanja referendarja li ghaddiet. ‘Din mhijiex kampanja kontra l-fidi,’ stqarriet “Mhux f’Isimna”, ‘Hija kampanja ghal-libertà. Ma rridux nibqghu nitqiesu parti minn dak in-numru li jingieb bhala skuza ghall-promozzjoni tal-miri politici tal-Knisja.’

‘Mhux veru,” kompliet tghid, ‘li 98% tal-Maltin huma Kattolici. Mhux veru li biex tkun Malti trid tkun Kattoliku. Mhux sewwa li jibqa’ jezisti Artiklu 2 ta’ Kostituzzjoni ta’ Malta (li jiddikjara r-religjon Kattolika bhala r-religjon tal-gzejjer Maltin). Mhux sewwa li l-Knisja tibqa’ tgawdi privileggi statati fl-edukazzjoni, il-ligi, il-politiku u l-kultura. Mhux sewwa li l-ideologija Kattolika tibqa’ tigi imposta fuq kulhadd.’

Dawn huma kliem qawwijin li jidher li qeghdin jitolbu r-rikonoxximent ufficjali u pubbliku ta’ stat ta’ fatt: li l-maggoranza tal-Maltin m’ghadhomx Kattolici, jekk mhux fl-isem, ghall-anqas fil-prattika. Huma kliem li ma jistghux ma jgeghlux lil min iqis lilu nnifsu Kattoliku, fl-isem u fil-prattika, jithasseb hafna.

Sejha ohra minn Alla

L-ewwelnett, min-naha tieghi qalbi tohrog lejn il-genituri ta’ dawn l-individwi li ddecidew li jichdu s-shubija Kattolika taghhom. Nista’ nimmagina d-dulur li jistghu jhossu bid-decizjoni ta’ wliedhom.

It-tieni, minkejja li bl-ebda mod ma nista’ naqbel ma’ din id-decizjoni, nista’ nifhem ir-ragunijiet serji li wasslu ghaliha. Filwaqt li nammira l-kuragg ta’ min hadha, naghli li twasslu sa dan il-punt tant drastiku.

It-tielet, nixtieq nghid lil min ha d-decizjoni li jinqata’ mill-Knisja Kattolika li jien nirrispetta ghal kollox id-decizjoni taghhom. Kienu u jibqghu huti u hbieb tieghi. Haga bhal din ma tifridniex fuq livell uman jew spiritwali.

Ir-raba’, inhoss li din id-decizjoni ghandha tkun sejha ohra ghall-Kattolici Maltin u Ghawdxin sabiex jirriflettu bil-qawwa fuq l-ideologija tal-Knisja taghhom f’dawn il-gzejjer. F’cirkustanzi bhal dawn, ma jiswa xejn li nikkundannaw lil min ha decizjoni bhal din, lanqas li ninjorawhom, minghajr ma ndawru harsitna fuqna nfusna u nistharrgu sewwa x’ghandha tghidilna.

Bhalma ghedt drabi ohra, dan hu mument krucjali ta’ delikatezza kbira ghall-Knisja Kattolika fil-gzejjer Maltin. Ma nistghux inkunu superficjali.

Jehtieg li naghtu widen ghal x’inhu jghidilna l-Ispirtu s-Santu. Dan hu dmir taghna, mhux biss quddiem Alla, imma wkoll quddiem is-socjetà li nghixu fiha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?