Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (I)

Spiss nisimghu dwar il-htiega ta’ “kuxjenza socjali” bhallikieku kienet xi virtù mehtiega ghall-hena taghna. Izda, fl-istess waqt qajla nisimghu ghala huwa xieraq li jkollna haga bhal din. F’dawn il-ftit riflessjonijiet filosofici li gejjin, nixtieq nistharreg kemxejn is-siwi li jista’ jkollu l-valur ta’ kuxjenza socjali.

Moda taz-zmien

Tant saret haga importanti fi zmienna li persuna jew tmexxija turi li ghandha kuxjenza socjali li indikazzjoni bhal din tilfet hafna mit-tifsir taghha u saret biss espressjoni illuzorja. Bosta nies (inkluz filantropi) spiss jiftahru li ghandhom kuxjenza socjali ghax dan ikabbarhom f’ghajnejn l-ohrajn. Juzaw l-espressjoni bhal speci ta’ penz biex juru l-integrità li suppost ghandhom u r-rispettabilità socjali li jixtiequ.

Spiss jigri li ftahir bhal dan jigi minn nies li jinsabu fi stat ta’ vantagg socjali, ekonomiku, politiku u/jew religjuz. Ghalihom, kuxjenza socjali tfisser li jaghtu xi tip ta’ elimozina lil min hu xi tip ta’ tallab. Din l-elimozina tiehu l-forma ta’ flus, oggetti jew servizzi; imma dejjem ghandha l-karattru ta’ ghotja ta’ min ghandu fil-pussess tieghu xi haga li haddiehor m’ghandux.

Fl-istess kwadru, it-tallaba mhuwiex biss l-imcercrin li naraw fl-istampi. Huma aktar dawk in-nies fi stat ta’ dipendenza; nies li jistennew lill-filantropi jkomplu jqassmu generosament l-elimozina taghhom fi flus, oggetti jew servizzi.

Hija moda llum li attitudni bhal din (li zzomm lil haddiehor fi stat ta’ dipendenza kontinwa) tissejjah “kuxjenza socjali” minghajr ma hi. Tajjeb nghidu li kuxjenza socjali mhijiex kwestjoni ta’ “hnienizmu” imma ta’ gustizzja; hija kwestjoni li nies fi stat ta’ dipendenza jsiru indipendenti.

Cahda tal-hafna

F’dan il-kuntest, jidhirli li, fost nies fi stat ta’ vantagg, jezistu hames kategoriji. (a) Bicca kbira minnhom ifittxu r-rispettabilità socjali u politika. Ghalhekk, mhumiex lesti li jissagrifikawha ghal ebda tallab. Dawn in-nies idawru r-rota tal-istituzzjonijiet u, ghaldaqstant, mhumiex interessati li jghixu jew jimpenjaw irwiehhom b’mod iehor. (b) Xi whud minn dawn, aghtihom li jlabalbu fuq il-gustizzja socjali, imma dan il-paroli ma jissarraf f’xejn konkret. Flimkien (a+b), dawn in-nies jaghmlu ma’ nofs l-ghadd totali.

(c) Bicca kbira ohra minnhom m’ghandhomx rispettabilità istituzzjonali anki jekk jaghmlu parti mill-istituzzjonijiet. Dawn jigu emarginati minn pozizzjonijiet ta’ setgha fl-istess istituzzjonijiet minhabba ragunijiet ta’ anzjanità jew mard, jew inkella sempliciment ghax mhumiex fdati bizzejjed. Dawn jitqiesu inkapaci li jdawru kif imiss ir-rota tal-istituzzjonijiet.

(d) Barra dawn, lanqas ma ghandhom rispettabilità istituzzjonali dawk (aktarx tassew ftit fl-ghadd) li ma jinportahom la mill-istituzzjoni (u r-rota taghha) u lanqas mill-gustizzja socjali. (Tal-ahhar kategorija “e” se nitkellem dwarhom dalwaqt.)

L-ghadd ta’ nies li flimkien jifformaw dawn l-ewwel erba’ kategoriji aktarx jammonta ghall-isbah 95% ta’ nies vantaggjati. F’ghamla grafika, jistghu jidhru kif nipprezentahom fix-xbieha.

Ghazla tal-ftit

L-ahhar kategorija ta’ nies (e) huma dawk li ghandhom kuxjenza socjali vera u proprja u li attivament jimpenjaw irwiehhom fil-hidma ghall-gustizzja socjali. Relattivament, meta mqabbla mal-bicca l-kbira tal-kategoriji l-ohrajn, dawn huma ftit fil-ghadd.

Qed nirreferi hawnhekk ghal nies li mhumiex sempliciment filantropi. Huma nies li, ghal xi raguni jew ohra, ihossu li ghandu jkun hemm xi bidliet fl-istrutturi socjali, ekonomici, politici u/jew religjuzi. Minhabba f’dan, ma jgawdux rispettabilità istituzzjonali, ghax implicitament jitqiesu li, jekk jinghataw xi ftit tas-setgha fi hdan l-istituzzjonijiet, jistghu jipperikolaw il-fasliet stabbiliti taghhom.

Nies ta’ din il-kategorija “e”, ghalkemm jista’ jkollhom xi hwejjeg komuni ma’ nies tal-kategoriji “a”, “b” u “c”, ftit jistghu jkunu verament hbieb taghhom. Fil-fatt, kapaci jkunu aktar qrib tan-nies tal-kategorija “d” milli ma’ dawk tal-kategoriji l-ohra. Ir-raguni hi li xi nies tal-kategorija “d”, minhabba t-twarrib taghhom, jixbhu hafna lin-nies li jinsabu fi stat ta’ zvantagg socjali.

Darba ohra ….

Min fejn tinbet il-kuxjenza socjali? X’bazi storika ghandha fl-evoluzzjoni socjali?

JISSOKTA


Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?