Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (II)

Xi whud jahsbu li l-kuxjenza socjali ta’ persuna jew tmexxija hija xi kapricc. Xi kultant jahsbu li hi ekwivalenti ghall-hidma li ddawwar ir-rota tal-istituzzjonijiet: flok ma bniedem jaghmel wahda, jaghmel l-ohra. Izda l-kuxjenza socjali ma hi hekk xejn. Hija torbot ml-gheruq l-aktar profondi tal-esperjenza umana.

Id-dghajfa jinghaqdu

Sabiex wiehed jasal biex jibda jaghraf dawn l-gheruq, jehtieglu jdawwar hsiebu lejn iz-zerniq tal-esperjenza umana fid-dinja. Ghalkemm is-sebh tal-generu uman imur lura madwar 15-il miljun sena ilu, il-hlejqa maghrufa bhala “Homo sapiens” evolviet mal-200,000 sena ilu biss u, terga’, lahqet l-agir modern taghha mhux qabel 150,000 sena wara. F’dan l-imghoddi mbieghed, il-“Bniedem dehni” evolva gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, gudizzju (lil hinn minn semplici intelligenza) u l-ewwel hjiel tal-ilsna.

B’process gradwali li nfirex fuq eluf ta’ snin, il-bnedmin tghallmu jadattaw irwiehhom ghall-prekarjetà u l-perikolozità tal-ambjenti taghhom. Fuq kollox, tghallmu li l-possibilitajiet ta’ sopravivenza kienu jonqsulhom drastikament jekkemmildarba ma jifformawx gmieghi bejniethom ghal difiza komuni.

Dawn il-gmieghi preistorici kienu l-ewwel forom primordjali ta’ socjetajiet umani. Minkejja li jidher li kienu aktar “merhliet” (biex insejhulhom hekk) milli gmieghi organizzati, kienu mizmuma flimkien minn tahlita ta’ istinti u intelligenzi primittivi. Il-bniedem zviluppa gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, hila ta’ gudizzju u ghamliet ta’ komunikazzjoni b’passi infinitament ckejkna, aktar ma’ kull nisel gdid li twieled milli f’kull nisel partikulari.

Rwoli u abbuzi mil-lukru

Mal-medda taz-zmien, mifruxa fuq ghexieren ta’ eluf ta’ snin, twieldu l-ewwel socjetajiet b’xi ftit tal-organizzazzjoni. Dan gab mieghu rwoli ta’ natura fluwida hafna skont htigijiet diversi tal-gmieghi, l-aktar ghall-kisba tal-ikel, it-trobbija tal-ulied u l-harsien minn theddid esterjuri. Il-kwestjonijiet fi hdan il-gemgha u ma’ gmieghi ohrajn aktarx kienu jigu decizi b’glidiet vjolenti.

Hekk kif is-“socjetajiet” stabbilew aktar irwiehhom, beda l-inkwiet serju (jekk trid, tista’ ssejjahlu d-“dnub originali”) bl-iskoperta (sfortunata) tal-lukru, jigifieri tal-profitt. L-ewwel nett, dan fisser li r-rizorsi bdew jigu b’xi mod ikkwantifikati skont tfettil privat ibbilancjat mill-agir tan-nies f’relazzjonijiet mal-htigijiet bazici taghhom. Minhabba li xi whud htiegu l-melh aktar mill-bajd, nghidu ahna, partu ponn melh ma’ hames bajdiet; imma ohrajn li htiegu l-bajd aktar mill-melh partu hames ponnijiet melh ma’ bajda wahda.

L-iskoperta tal-lukru fisser ukoll li nghata bidu ghall-kompetizzjoni fejn l-agir ta’ min ghamel success beda jigi imitat u l-agir zbaljat ta’ min m’ghamilx beda jigi evitat. Dan hareg u sfrutta d-differenzi fl-opportunitajiet u l-htigijiet tan-nies. Ghalkemm l-affarijiet kienu ta’ kulhadd u ghal kulhadd, dawn ma setghux jinkisbu minn kulhadd l-istess. B’hekk, id-differenza fil-kapacitajiet tan-nies u fl-accessabilità taghhom ghal certi htigijiet kixef spazju ta’ opportunità ghal min seta’ jisfrutta d-differenzi halli jtejjeb il-profitti tieghu u jnaqqas it-telf.

L-imwarrab li jrid gustizzja

L-inugwaljanza socjali giet, minn naha, minn din l-inugwaljanza naturali ta’ hiliet, kapacitajiet u accessabilitajiet, u, min-naha l-ohra, mill-isfruttament taghhom ghal ragunijiet ta’ lukru. Imbaghad, kompliet tissahhah bir-rabta tal-lukru mal-mezzi ta’ produzzjoni u, aktar u aktar, mal-iskoperta tal-kuncett tal-proprjetà privata (li mill-affarijiet infirex u haddan ukoll il-bnedmin).

Dan kollu ta bidu ghal dik l-inugwaljanza li llum hi tant evidenti, imma li tista’ tintlemah ukoll f’socjetajiet li ghadhom relattivament primitivi. Mal-medda taz-zmien, ta bidu wkoll ghall-htiega ta’ dik li llum insejhu “gustizzja socjali”, li bazikament trid possibbilment tikkoregi d-devjazzjoni originarju tal-lukru.

Ovvjament, f’socjetajiet fejn inholqu klassijiet ta’ vantaggjati u zvantaggjati (bejn diversi kategoriji ta’ nies), kienu dawn tal-ahhar li hassew l-aktar l-effetti ta’ din l-inugwaljanza u ta’ din il-fasla. Kienu huma li htiegu l-gustizzja socjali u l-korrezzjoni li din twieghed fil-mezzi ta’ produzzjoni u fit-tqassim tal-gid.

Ghaldaqstant, hidma f’dan il-qasam tal-gustizzja socjali mhuwiex semplicment hidma parallela ma’ hidmiet ohrajn daqskemm ritorn ghal dak l-“Eden” (biex insejjahlu hekk) qabel ma d-“dnub originali” irrovina kollox.

Darba ohra ….

Kif inholqu l-valuri u l-prezzjijiet? Kif gie li xi nies bdew jitqiesu ahjar jew aghar minn ohrajn? Kif inholoq l-ordinament socjali?

JISSOKTA

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?