Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (III)

Hawn nies li jqisu l-ordinament socjali (anki dak kontemporanju) xi ftit jew wisq bhala “naturali”. Jirragunaw li, la darba ebda socjetà ma tista’ tezisti minghajr awtoritajiet u minghajr istituzzjonijiet, dawn huma naturali ghall-ezistenza u l-kundizzjoni umana, qishom xi haga li holoqhom Alla nnifsu. Fil-fatt, mhumiex.

Improvizar progressiv

Li wiehed jghid li xi haga hi naturali jfisser li nholqot bi process evoluttiv tan-natura. Izda hawn hafna affarijiet li nsejhulhom “naturali” minghajr ma huma. Dan ghaliex gew mahluqin mill-bniedem jew minn xi annimal iehor bit-thaddim tal-intelligenza taghhom. Dawn insejhulhom “naturali” b’mod wiesgha hafna ghax inholqu bil-hila naturali tal-intellett ta’ xi hlejqa hajja. Izda mhumiex naturali ghax “inholqu” min-natura. Proprjament, “naturali” hu dak biss li evolva bi process li ma hu b’ebda mod manipulat jew prodott mill-intelligenza.

Sa minn madwar 50,000 sena ilu, il-bniedem primittiv evolva gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, gudizzju u ilsna. B’dawn l-“ghodod” huwa beda jimmproviza soluzzjonijiet ghall-problemi li beda jiltaqa’ maghhom. Fil-fatt, ma setax jaghmel mod iehor. L-improvizzazzjoni, from tal-immaginazzjoni tieghu, kienet dik li salvatlu hajtu f’ambjent ostili ghalih u ghall-ghajxien tieghu.

Kulma l-bniedem improviza kien holqien tieghu; frott il-pura immaginazzjoni ta’ mohhu. Dan kien process ta’ ghexieren ta’ eluf ta’ snin u li ghenu jizviluppa l-hajja tieghu f’wahda dejjem aktar komda u adattata.

Strutturi arbitrarji

Mal-izvilupp ta’ dawk li nistghu nsejhu “socjetajiet”, il-bniedem holoq ukoll dawk li llum insejhulhom “istituzzjonijiet”. Dawn huma strutturi jew fasliet li ghenu lill-bnedmin jorganizzaw lilhom infushom. Inholqu minnhom frott tar-repetizzjoni u b’rizultat tas-sengha taghhom li jevitaw l-izballji u jiffukaw aktar fuq dak li jiffunzjona.

Mill-izghar u l-aktar wahda semplici sal-akbar u l-aktar wahda kumplessa, dawn l-istituzzjonijiet huma kollha holqien tal-bniedem. Ghaldaqstant, huma kollha suggettivi, arbitrarji u artificjali. Ebda wahda minn dawn l-istituzzjonijiet ma huma “naturali” bis-sens li holoqhom il-process evoluttiv tan-natura minghajr ghajnuna ta’ xi intelligenza. Huma kollha invenzjonijiet umani.

Il-bniedem holoqhom sabiex iqassam ahjar xogholu u sabiex iheffef l-affarijiet li xtaq jaghmel f’kuntest ta’ socjetà (jigifieri ta’ aktar minn bniedem wiehed flimkien). Ghaldaqstant, kull istituzzjoni – kemm jekk hi marbuta ma’ kuncetti partikulari (bhal ta’ “omm” jew ta’ “missier”, nghidu ahna) u kemm jekk tal-familja (“zwieg”), tal-gudizzji komunitarji (“qrati”), tat-tmexxija (“gvern”), tal-harsien tal-ordni (“pulizija”), u l-bqija – huma kollha ghas-servizz tal-individwi li flimkien jifformaw komunità jew socjetà.

Socjetajiet kumplessi

L-istituzzjonijiet inholqu mill-bniedem sabiex iharsu lil kull individwu tal-komunità. Inholqu sabiex min ghandu z-zejjed ikun jista’ jghix bis-sliem ma’ min ghandu n-nieqes f’dawk li huma hiliet u senghat. Il-kuncett fundamentali tal-istituzzjonijiet huwa l-funzjonabilità f’sens ta’ gustizzja. Fi kliem iehor: sabiex il-komunità tkun tista’ tiffunzjona kemm jista’ jkun bis-sliem u sabiex ebda membru tal-komunità ma jaqa’ lura jew jigri wisq ’il quddiem wahdu.

Ghaldaqstant, dik li llum insejhu “gusitzzja” tinsab fl-origini stess tal-ordinament socjali u tal-holqien tal-istituzzjonijiet li jghinuhom tiffunzjona. Meta dak l-ordinament socjali u dak il-holqien istituzzjonali gie sfruttat u abbuzat sabiex ighakkes liz-zghir jew sabiex iwaddab liz-zghir aktar ’l isfel milli hu, tilfu l-iskop fundamentali u originarju taghhom.

Il-hidma ghall-gustizzja jew ukoll ghall-gustizzja socjali mhijiex xi tfettil ta’ xi mohh imdejjaq bih innifsu jew li jrid jaqla’ l-inkwiet. Hija attività li torbot man-natura stess tal-bniedem f’dak il-livell l-aktar primittiv u fundamentali li ghandu. Il-bniedem evolut hu minnu nnifsu bniedem socjali u politiku; f’rabta ma’ dan, il-hidma ghall-gustizzja thares lill-bniedem milli jwettaq din in-natura originarja tieghu.

Darba ohra ….

X’inhi t-tifsira vera tal-ezistenza? Kif twieldu l-valuri? X’siwi oggettiv ghandha r-realtà?

JISSOKTA

Comments

  1. Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!

    🔰 Black Friday 2020 diễn ra vào ngày 27/11/2020, bạn đã sẵn sàng nhập cuộc chưa?! Dịp này, khách hàng yêu thích shopping lại tận hưởng những đợt "SALE GIÁ SỐC" theo đúng nghĩa. Hầu hết các cửa hàng, website TMĐT liên tục đưa ra các chương trình sale lên đến 90%. Cùng chờ đón và sở hữu những Hot Deals Black Friday có 1 0 2 dịp Sale được đón chờ nhất trong năm nhé. Chi tiết Hot Deals Black Friday 2020 tại đây: https://www.facebook.com/TopKhuyenMaiBlackFriday/

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?