Diskors li jipprovoka l-hsieb

Il-holqien ta’ “mit” gdid li qieghed jipprova jaghmel il-Partit Nazzjonalista dwaru nnifsu mhuwiex tahrig gdid fl-istorja tal-istituzzjonalizmu Malti. L-istess haga ghamlu l-mexxejja kollha, mhux biss tal-Partit Nazzjonalista, imma wkoll tal-Partit Laburista (inkluz Alfred Sant) u tal-Knisja Kattolika. Kull “mit” mahluq kellu l-istess intenzjoni ewlenija: li jinhseb mill-gdid kif l-istituzzjoni tista’ ssalva lilha nnifisha fil-kuntest ta’ cirkustanzi godda li jigu ma’ wiccha.

Personalment, meta smajt, minn jiem qabel il-kunsill generali tal-Partit Nazzjonalista, li Joe Friggieri kienet wiehed mit-tliet kelliema specjali mistiedna sabiex jindirizzaw l-istess kunsill dak in-nhar, gharaft l-importanza tal-mument. Fil-fehma tieghi, li filosfi ikollhom sehem bhal dan fit-thaddim tad-demokrazija ma tistax ma tkunx sinjal tajjeb ghat-tahrig tad-dixxiplina filosofika nnifisha.

“Miti” u “narrazzjonijiet grandjuzi”

Il-kelma “mit” uzaha Alfred Sant f’din il-gazzetta gimghatejn ilu b’referenza ghad-diskors li Joe Friggieri ghamel waqt il-kunsill generali tal-Partit Nazzjonalista madwar xahar ilu. Hu evidenti li tirreferi ghal dik li fl-1979 il-filosfu Jean-Francois Lyotard sejjah “narrazzjoni grandjuza”. Din hija tip ta’ storja inkluziva mahluqa ghal tal-apposta sabiex strategikament taghmel tliet hwejjeg ewlenin:

L-ewwel nett, tipprezenta l-prezent bhala holqa f’katina storjografika ta’ progress, li fiha l-affarijiet imorru dejjem mit-tajjeb ghall-ahjar. Bhalma wrew l-istudjuz tal-ekonomija Malthus u l-filosfi Nietzsche u Spengler, din l-idea ta’ progress hija aktar fantasija milli realtà. Infatti, fil-filosofija hija meqjusa bhala kuncett dekadut, anki jekk ghadha wzata bhala parti minn interpretazzjonijiet konvenjenti halli taparsi juru li l-prezent ghandu rabta diretta mal-passat.

It-tieni, tipprezenta l-istorja prezenti bhala storja emancipatorja, li fiha kull mument storiku jorbot bizzilla ma’ kull wiehed iehor qablu sabiex flimkien jipproducu gejjieni li kapaci joffri beneficji konkreti. Dan il-kuncett ta’ emancipazzjoni huwa iehor filosofikament sorpassat, kif wrew tajjeb il-filosfi Deleuze, Derrida u Foucault.

It-tielet, tipprezenta l-prezent bhala parti minn storja legittima fil-qafas tal-ideologija kollha tal-istituzzjoni (minkejja l-kontradizzjonijiet kollha li jkollha mal-imghoddi taghha jew mal-istess principji taghha).

Id-diskors ta’ Friggieri

Fl-artiklu ta’ zewg t’ihdud ilu, Alfred Sant aktarx sostna li kull holqien mill-gdid ta’ xi “narrazzjoni grandjuza” ssir sabiex principalment thares l-interessi tal-istituzzjoni b’tali mod li, minkejja s-sitwazzjonijiet godda li tiltaqa’ maghhom, ma titlifx il-vantaggi politici li tgawdi. Sostna li dak li tqabbad jaghmel Joe Friggieri fl-ahhar kunsill generali tal-Partit Nazzjonalista kien proprju dan. Izda b’twegiba ghal Sant, il-Hadd li ghadda Joe Friggieri stqarr li, jekkemmildarba kien hekk, hu ma kienx konxju li kien qed jaghmel haga bhal din!

Jekk dan huwa minnu jew le mhux importanti hawnhekk. Madanakollu, hija haga cara li l-partit ried li tinholoq gustifikazzjoni gdida ghall-istorja u d-decizjonijiet recenti tal-partit sabiex ikun jista’ jibqa’ jgawdi l-poter (l-“egemonija” sejhilha Sant) li ghandu.

Jekk inhu hekk, allura hawnhekk ghandna ghal darba ohra – mhux necessarjament haga hazina fiha nnifisha – partit politiku partiggjan li juza jew jutilizza filosfu sabiex isahhah il-qafas ideologiku istituzzjonali tieghu. Fl-istorja recenti taghna, l-istess rwol wettquh ukoll Peter Serracino Inglott, Mario Vella, Oliver Friggieri u aktarx ukoll Kenneth Wain.

Il-kuncett ta’ Libertà

F’artiklu iehor fil-harga tal-Hadd li ghadda wkoll, Aleks Farrugia donnu sostna li, fl-istess diskors tieghu, Joe Friggieri ghamel uzu generalizzat tal-kuncett tal-libertà (“idealistiku” semmieh Farrugia), kuncett ghal kollox maqtugh mir-realtà storika. Farrugia aktarx sahaq li kien dan li feraq dak li qal Friggieri minn dak li mbaghad sostna Alfred Sant fil-kummenti tieghu.

Dan jista’ jkun minnu. Izda probabbilment l-aktar punt interessanti li semma’ Farrugia f’rabta mal-uzu li ghamel Friggieri tal-kuncett ta’ libertà kien li, fl-interpretazzjoni tieghu, Friggieri kien “reduzzjonista” u “essenzjalista” ghall-ahhar.

F’dan il-kuntest, “reduzzjonista” jista’ jfisser li Friggieri ddefinixxa kull azzjoni tal-Partit Nazzjonalista (ghall-anqas f’dawn l-ahhar tletin sena) bhala azzjoni b’intenzjonijiet liberatorji. Min-naha l-ohra, “essenzjalista” tista’ tfisser hawnhekk li kull azzjoni li ha l-partit (specjalment f’dawn l-ahhar tletin sena) kellhom il-kwalità ta’ azzjoni liberatorja, anki jekk mhux dejjem kien jidher hekk.

Fi kliem iehor, Aleks Farrugia donnu jsostni li Friggieri pinga storja recenti fittizzja tal-Partit Nazzjonalista sabiex johloq narrazzjoni grandjuza gdida (jew “mit” skond Sant) ghall-istess partit.

X’setghet kienet l-alternattiva?

Dur minn hawn u dur minn hemm, aktarx nistghu nghidu li kemm Farrugia u kemm Sant donnhom huma bazikament tal-istess fehma li, kienu x’kienu l-intenzjonijiet ta’ Friggieri, id-diskors xi ftit jew wisq filosofiku li ghamel serva ghal ghanijiet politici manipulatorji.

Li diskorsi bhal dawn jintuzaw minn istituzzjoni sabiex jimmanipulaw politikament xi udjenza mhijiex tant tal-ghageb (anzi, isiru spiss minnhom). Li hu aktarx rari huwa li jinghataw laqta filosofika, bhalma jidher li sar f’dan il-kaz, jew fejn filosfu, ghax filosfu, jigi mistieden jaghti kontribut politiku.

Però, apparti l-intenzjonijiet u l-uzu tad-diskors, hemm ukoll il-kontenut. Minnhom infushom, r-reduzzjonizmu u l-essenzjalizmu jaghmlu parodija minn dak li jidher li jigri fin-nisga konkreta tal-azzjonijiet. Dan ifissruh tajjeb filosfi bhal Nicolai Hartmann, Delfim Santos, Hans-Georg Gadamer u ohrajn. Strutturi kumplessi – bhalma tista’ titqies l-istorja tal-Partit Nazzjonalista f’dawn l-ahhar tletin sena, imma anki ta’ istituzzjonijiet kbar ohrajn, bhall-Partit Laburista u l-Knisja Kattolika – fattwalment jissawru mill-ghadd kbir ta’ inter-relazzjonijiet li jsiru bejn azzjonijiet tabilhaqq ckejkna (fil-filosofija nsejhulu “emergizmu”).

Illum, li dawn jigu injorati totalment ghal holqien ta’ interpretazzjoni unitarja fittizja, filosofikament tqajjem hafna dubji hlief, naturalment, f’kuntest ta’ istituzzjoni “monolitika” (kif semma Friggieri stess).

Sens ta’ oppressjoni

Fil-fatt, jidher li kien dan il-punt li Mario Azzopardi jishaq l-aktar fuqu fil-kontribuzzjoni tieghu tal-lum. L-analizi tieghu, filwaqt li tidhol fil-fond f’dak li nistghu nsejhulu s-“sens ta’ oppressjoni” li istituzzjonalment jilmah (mhux wahdu) fil-gzejjer Maltin, aktarx jinjora (sfortunatament) il-punt ewlieni li kien ghamel Alfred Sant, jigifieri – fi kliem Foucault – il-mod kif tithaddem it-“teknologija tas-setgha”.

Aktarx l-istess ghamel Joe Friggieri fl-intervent tieghu tal-lum. Jidhirli li l-qalba ta’ dak li dwaru kitbu Sant u Aleks Farrugia ma kienx dwar il-kuncett tal-libertà fih innifsu daqskemm kif dan il-kuncett jorbot, specjalment fil-kuntest Malti, mat-tekonologija li ghadni kemm semmejt. Dan ma jidhirx li jmur wisq lil hinn (kif aktarx sostna Friggieri llum) min-natura tad-diskors li Friggieri ghamel fil-kunsill generali tal-Partit Nazzjonalista. Jista’ jkun li, bhalma seta’ jishaq Marshall McLuhan, hawnhekk il-“medium” ta’ komunikazzjoni aktarx jisboq is-siwi tal-kontenut fih innifsu.

Ghaldaqstant, jidhirli li l-uzu tat-teknika tan-narrazzjonijiet grandjuzi ghandu jibqa’ l-fus ta’ din id-diskussjoni interessanti u mhux mistennija. Anki jekk narrazzjonijiet bhal dawn isiru ghal ragunijiet temporanjament konvenjenti, b’mod generali ma jistax ikun li jghinu ghall-emancipazzjoni tan-nies jew joffrilhom beneficji konkreti. Tekniki bhal dawn issahhu l-assolutizmu tal-istituzzjonijiet u jkattru l-jasar ta’ min joqghod ghalih.

Il-htiega ta’ pajjizna

Pajjizna hu fi htiega kbira li l-professjonisti umanistici Maltin u Ghawdxin (fosthom l-intellettwali, l-artisti, il-gurnalisti u l-edukaturi) ifittxu li attivament inaqqsu l-assolutizmu li ghadu jezisti fil-bicca l-kbira tal-istituzzjonijiet taghna, jew ghall-anqas ma jikkooperawx mieghu. Il-periklu kuntrarju huwa li jkomplu jkattruh u jsahhuh. Il-professjonisti umanistici (ghalkemm mhux biss) ghandhom id-dmir li jghinu l-poplu taghna johrog minn dan il-jasar li johloq faqar psikologiku u emozzjonali fuq kull livell.

Sfortunatament, il-bicca l-kbira tal-professjonisti umanistici taghna qeghdin iraqqdu fihom infushom l-ispirtu avventuruz ta’ ribelljoni (fis-sens klassiku tal-kelma) kontra l-hafna ghamliet u suriet ta’ jasar istituzzjonali li ghad ghandna b’sahhithom wisq f’pajjizna. B’hekk qeghdin isiru komplici maghhom. Dan l-ispirtu ghandu jqanqalhom sabiex jghaddbu, jitqanqlu u jitkellmu ghal min m’ghandux it-thejjija u r-rizorsi xierqa jew bizzejjed biex jaghmel dan (imma li jbati minhabba fihom).

Id-diskors ta’ Joe Friggieri hu ta’ siwi fih innifsu ghax ifakkarna fid-dmirijiet taghna. Mhux biss. Imma wkoll fir-responsabbiltajiet socjali u politici li dawn iqieghdu fuq spallejna.

________________________________________________

Filmat shih tad-diskors ta’ Joe Friggieri ssibu hawnhekk: www.youtube.com/watch?v=APxiUWyx5ZU

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?