Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (IV)

Permezz tal-intelligenza evoluta tieghu f’razzjonalità, gudizzju u lsien, il-bniedem holoq is-“socjetajiet” u l-“istituzzjonijiet” tieghu bhalma holoq kull siwi, kull tifsir u kull skop ghall-ezistenza ta’ madwaru. Holoqhom b’necessità sforzata, imma wkoll ghall-konvenjenza tieghu nnifsu.

Ezistenza bla tifsir

Il-bniedem ma sab xejn lest madwaru. Fis-sebh tal-gharfien tieghu sab biss ezistenza bla siwi, bla tifsir u bla skop. Dik l-ezistenza (inkluz tal-bniedem innifsu) hi minghajr ebda valur ta’ xejn, minghajr tifsira ta’ xejn u minghajr skop ta’ xejn. Sempliciment tezisti.

Il-qaghda evoluttiva tal-bniedem ma setghetx tghix f’ezistenza bhal din. L-evoluzzjoni tieghu geghlitu jaghtiha valur, tifsir u skop. B’mod suggettiv, arbitrarju u artificjali, il-bniedem kellu jimmproviza valuri fejn ma kienx hemm, tifsiriet fejn ma kien hemm u skopijiet fejn ma kienx hemm. Kellu bilfors “johloq” lilu nnifsu u r-“realtà” ta’ madwaru.

Ghaldaqstant, fil-waqt li l-ezistenza kienet hemm b’mod oggettiv, dik li wara ssejhet “realtà” kellha tinholoq mill-bniedem innifsu bl-intelligenza evoluta tieghu. Ghaldaqstant, ir-“realtà” ma tezistix fiha nnifsha jekk mhux bhala progettazzjoni interpretattiva tal-ezistenza min-naha tal-bniedem. Din ir-“realtà” hija purament suggettiva, arbitrarja u artificjali; invenzjoni pura tal-bniedem.

Ismijiet u valuri

Ebda haga ezistenti ma fiha isem, valur, siwi jew skop. Kien il-bniedem li “impona” dawn il-hwejjeg fuq l-affarijiet li jezistu. Dik ix-xi haga li ra hemmhekk fl-gholi sejjahlu “qamar” (jew “moon”, “mond”, “yuè”, “tsuki”, “dal” u l-bqija) bhalma dik ix-xi haga li kellu mwehhla ma’ gismu sejjahlu “sieq” (jew “foot”, “zú”, “hiu”, “chân”, “pé” u l-bqija).

Ta wkoll valur jew siwi lill-affarijiet, bhal meta, mill-esperjenza li garrab tal-affarijiet, qies bajda itjeb minn qamha, jew tuffieha aktar minn ghambaqra, u l-bqija. Ma’ dawn, fuq il-bazi ta’ dak li lemah madwaru, immagina li l-affarijiet ghandhom ukoll skop, bhal meta ddecieda li l-banana tezisti ghall-ikel waqt li l-gebla tezisti ghall-bini, u l-bqija.

Il-bniedem ma setax jahseb jekk mhux minghajr ma jaghti isem, valur, siwi u skop lill-affarijiet li sab jezistu madwaru. Mohhu ma setax jiffunzjona bhal dak ta’ annimali ohra li, minhabba li ma la razzjonalità, la gudizzju u lanqas lingwa, ghalihom ebda haga ma kien fiha isem, valur jew skop. Biex jghix, il-bniedem kellu bilfors jorganizza b’xi mod f’mohhu l-affarijiet ezistenti. Ghalhekk, ghamel dan b’mod arbitrarju, suggettiv u artificjali.

Realtajiet mahluqa

Dik li bniedem beda jsejjah “realtà” ma tezisti mkien ghajr f’mohhu. Jekk illum jinqerdu l-bnedmin kollha, ir-“realtà” tieqaf tezisti. Dan ghaliex mhijiex parti mill-ezistenza oggettiva. Hija pura invenzjoni tal-immaginazzjoni tal-bniedem.

Mhux talli hekk biss, talli l-bniedem ma vvintax “realtà” wahda, imma hafna. Hekk kif, mal-200 miljun sena ilu, il-bniedem beda l-“mega-migrazzjonijiet” epici tieghu u halla l-post tal-origini tieghu (mill-Etijopja, Afrika), zviluppa “socjetajiet” f’kundizzjonijiet klimatici differenti. Hekk ivvinta ismijiet, valuri, siwi u skopijiet differenti ghall-affarijiet ezistenti li sab madwaru.

Ghaldaqstant, is-socjetajiet li zviluppaw, kif ukoll id-drawwiet, il-ligijiet, l-istituzzjonijiet, l-ilsna u l-bqija, gew ifformati f’“realtajiet” ghal kollox differenti minn xulxin. Dan ghaliex kullimkien il-bniedem haddem l-arbitrarjetà u s-suggettività tieghu halli jaghti forma u fasla artificjali lil dak li sab madwaru.

Fi kliem iehor, l-istituzzjonijiet li vvinta l-bniedem, ghalkemm differenti minn xulxin minhabba thaddim arbitrarju u suggettiv differenti, inholqu sabiex fundamentalment iwettqu l-istess funzjoni: jigifieri, dik li ggib l-ordni fis-socjetajiet mahluqa u li thares dik li wara ssejhet “gustizzja” bejn il-membri ta’ dawk is-socjetajiet.

Darba ohra ….

Kif zviluppat l-ingustizzja? Xi sforz sar biex tigi rrimedjata? X’kompla jivvinta l-bniedem biex jikseb il-gustizzja mill-gdid?

JISSOKTA

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?