Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (V)

Bhalma kien il-bniedem evolut li vvinta strutturi li bihom dik li llum insejhu “gustizzja socjali”, hekk ivvinta wkoll tekniki u strutturi, anki fini, ta’ kif ikattar l-ingustizzja. Dan ghamlu minhabba l-kilba xi whud ghal-lukru, jew ahjar ghal profitti artificjali u l-qligh minn fuq dahar haddiehor.

L-izvantaggjat zarmat

L-ingustizzji jistriehu, fost hwejjeg ohra, fuq iz-zarmar psikologiku tal-vittmi tieghu. Dawk li kiseb vantaggi socjali illeciti holoq ukoll modi kif jikkonvinci lill-vittmi li b’xi mod jisthoqqilhom ikunu vittmi. Dan ghamlu sabiex ihares il-vantagg li kien kiseb u anki sabiex jillegittimizzah. Hafna drabi, dan ghamlu anki b’argumenti religjuzi li bihom sahaq li kien Alla li holoq is-sinjur u l-fqir u li kien Alla li, b’mod “naturali”, holoq id-dizugwaljanzi.

Alla ma holoq xejn minn dan kollu. Alla holoq lil kulhadd bl-istess dinjità u gieh. Kien il-bniedem, minhabba l-kilba tieghu ghal vantaggi socjali, politici, ekonomici u religjuzi, li holoq id-dizugwaljanzi, l-ingustizzji u l-vjolenza.

Infallibbilment, kulmeta l-bniedem vantaggjat ried jikkonsolida l-pozizzjoni tieghu dejjem ra kif ghamel sabiex jikkonvinci lill-vittmi tieghu li kienu ghazziena, inkapaci, fil-bzonn ta’ haddiehor, “mhux normali” ghal kollox, ma jifhmux bizzejjed, wikkiela, kontra-producenti ghall-finijiet l-aktar gholja tas-socjetà u hwejjeg minn dawn. Il-vittmi, imsieken, dan ghemmnuh; u, billi emmnuh, kabbru l-impotenza taghhom li jirbhu l-izvantaggi li wikkihom bihom haddiehor.

Kompassjoni mill-vantaggjat moderat

Kulfejn jezistu vittmi tal-ingustizzji fid-dinja hemm issib nies li jemmnu li huma anqas minn haddiehor fil-gieh u fid-dinjità; li b’xi mod tisthoqqilhom il-vittimizzazzjoni li jsofru. Dawn in-nies joqoghdu ghal haddiehor bhal hrief ghall-qatla ghax gew imwikkija bil-konvinciment li haddiehor jixraqlu u haqqu jkun ahjar minnhom.

Din hija relazzjoni ta’ paternalizmu qawwi. Izarma psikologikament lill-vittmi b’tali mod u manjiera li jgibhom inerti, inkapaci u eternament maghkusa. Huma dawn il-kwalitajiet li xi whud, minkejja li jkunu parti mill-klassi tal-vantaggjati (u, finalment, tal-oppressuri), ma jkunux jahmlu. Is-sens “primittiv” taghhom ta’ gustizzja jissuggerilhom li relazzjoni bhal din hi profondament hazina u qarrieqa.

Din l-istmerrija tissarraf f’kompassjoni ghall-vittmi. Mhijiex necessarjament ostili ghall-oppressuri (li, wara kollox, huma wkoll “vittmi” ta’ perspettiva socjali zbaljata), imma certament mimlija mhabba ghall-vittmi. Hija r-relazzjoni ta’ bejn l-oppressuri u l-vittmi li hi mibghuda: relazzjoni li tmur kontra l-“pjan” originali ta’ Alla ghall-annimal evolut imsejjah “bniedem”. Hija mibeghda ghad-“dnub originali” u d-dnubijiet kollha li dan iwassal ghalihom.

Strutturi aktar gusti

L-istrutturi ta’ min hu socjalment, politikament, ekonomikament u religjosament vantaggjat u ta’ min hu strutturalment armat huma oppressivi ghal min m’ghandu xejn minn dawn. Huma “oppressivi” fis-sens li joholqu handikapp u inkapacità psikologika u materjali fil-vittmi taghhom. Huma strutturi profondament ingusti; li jmorru kontra l-process originarju tac-“civilizzazzjoni” umana (skont l-ordni stabbilit sa mill-bidu).

Huma dawn l-istrutturi li l-“vantaggjat kompassjonali” jrid ibiddel sabiex jaghmilhom ghodod ta’ ugwaljanza u rispett bhalma kienu intenzjonati fil-bidu. Ghax fl-ahhar mill-ahhar, strutturi ingusti huma ta’ hsara ghall-oppressur daqskemm ghall-oppressat. Igharrqu s-sbuhija tal-wiehed daqskemm tal-iehor. Izommu fi skjavitù mentali u affettiva lil tal-ewwel daqskemm lil tat-tieni.

Hidma ghal strutturi aktar gusti ma hi xejn ghajr process ta’ liberazzjoni ghall-oppressat daqskemm ghall-oppressur. Tehles kemm lil wiehed u kemm lill-iehor mill-izballji strutturali li rrovinaw is-sbuhija tal-gens uman li kellu qabel ma’ dahal fid-dinja d-“dnub originali” li rrovina l-istat gust li holom u ppjana l-Hallieq.

Darba ohra ….

Kif issir il-hidma ghall-gustizzja socjali? X’inhuma l-elementi kostituttivi taghha? X’inhu l-process li hu proprju ghaliha?

JISSOKTA

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?