Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VI)

Il-hidma ghall-gustizzja socjali mhux dejjem tiehu l-istess ghamla. Hemm zewg mudelli ewlenin taghha: insejhilhom il-“Mudell Materjali” u l-“Mudell Formali”. Ghalissa, hawnhekk se nithaddet dwar l-ewwel wahda biss.

Hidmiet li ma jibdlu xejn

Ghalkemm kull hidma li jkollha xi rabta jew ohra mal-aspett socjali tal-hajja umana tista’ tissejjah “hidma socjali”, mhux kull hidma bhal din tista’ (jew ghandha) tissejjah “hidma ghall-gustizzja socjali”. Hu evidenti li jezistu hidmiet socjali li ma jaghtux sehem ghall-promozzjoni u t-tkabbir tal-gustizzja socjali. Anzi, bil-kontra, xi kultant sahansitra jaghtu sehem ghall-konservazzjoni u l-perpetwazzjoni tal-ingustizzja socjali.

Nghidu ahna, l-ghoti tal-elemozina, il-hidma li ssir mal-vittmi tal-ingustizzji, il-kura tal-vittmi, l-ghajnuna tal-vittmi lil xulxin, id-difiza tal-vittmi, il-predikazzjoni tal-gustizzja, ghalkemm kollha hwejjeg tajba fihom infushom, jittrattaw ftit mill-effetti ta’ dawk is-sistemi li jkunu qeghdin joholqu l-eskluzjoni u l-faqar, izda s-sistemi ingusti jithallew ezattament l-istess. Anzi, jithallew liberi li jkomplu joholqu l-effetti hziena taghhom.

Minhabba li l-kawzi jibqghu l-istess u ma jintmessux (wisq anqas jigu eliminati), ghaldaqstant l-effetti jibqghu jezistu wkoll. Tahdem kemm tahdem fuq l-effetti, ma tista’ qatt b’dan il-mod teqred il-kawzi taghhom. Anzi, hidmiet bhal dawn huma spiss garanzija sabiex il-kawzi jibqghu kif inhuma.

Il-mudell “Materjali”

Il-mudell “Materjali” tal-hidma ghall-gustizzja socjali jissejjah hekk b’mod ta’ konvenjenza. Apparti li nixtieq niddistingwih mill-Mudell “Formali”, irrid nindika li dan il-mudell huwa kkaratterizzat minn hidma li ssir mill-vittmi tal-ingustizzji nfushom (il-kostitwenti ‘materjali’, biex nghid hekk, tal-hidma ghall-gustizzja socjali), anki jekk jistghu jkunu qed jahdmu flimkien ma’ haddiehor.

Il-mudell fih sitt elementi fundamentali li jsawruh. Jissejhu “fundamentali” ghax minghajrhom ebda hidma socjali fi hdan dan il-mudell ma tista’ qatt tipprezumi li hija kontribuzzjoni ghall-gustizzja socjali. L-ewwel elementi huwa l-ghazla ghall-involviment tal-vittmi. Hija ghazla li thaddan decizjoni sabiex ikunu l-vittmi stess tal-ingustizzji l-awturi tad-decizjonijiet li jittiehdu f’kull hidma socjali involuta. Ikunu huma li jiddeciedu fuq il-hidma li trid issir, fuq il-mod ta’ kif issir u fuq il-mument li trid issir, kif ukoll huma li jiddeciedu min imexxihom u min jirrapprezentahom.

It-tieni element huwa l-gharfien tal-kawzi. Dan ifisser li jkunu l-kawzi tal-ingustizzji li jigu meqjusa u ttrattati u mhux sempliciment l-effetti taghhom.

It-tielet element huwa l-bidla ta’ strutturi. Hidma bhal din ma tfittixx biss li ggib flimkien il-vittmi tal-ingustizzja jew biss li tistharreg il-kawzi tal-ingustizzji. Fuq kollox, tfittex li tindirizza dawn iz-zewg elementi ghat-tielet wiehed: jigifieri li jitnehhew dawk il-kawzi. Fi kliem iehor, hija tfittex li tibdel l-istrutturi socjali, religjuzi, ekonomici u politici li jkunu kawza tal-faqar u l-eskluzjoni sabiex teqred, telimina jew ixxejjen l-effetti hziena taghhom.

Elementi kostituttivi ohra

Minn dawn it-tliet elementi kostituttivi fundamentali tal-Mudell Materjali johorgu tlieta ohra. L-ewwel element huwa dak tal-hidma komunitarja. Dan ifisser li l-hidma ghall-gustizzja socjali ma hi qatt hidma ta’ individwu wiehed wahdu, imma dejjem hidma ta’ tim, grupp jew komunità.

It-tieni element huwa dak tal-politika ta’ inkluzjoni. In-natura essenzjalment komunitarja tal-hidmiet ghall-gustizzja socjali trid turi hi fiha nnifisha organizzazzjoni gusta. Ebda grupp li jrid jelimina l-ingustizzja ma jista’ jkun ingust fih innifsu (anki jekk ta’ spiss jigri bil-kontra). Ghaldaqstant, dan l-element jindika li ma tistax issir eskluzjoni jew diskriminazzjoni fil-xirka stess li qieghda tahdem kontra dawn l-effetti hziena tal-ingustizzji.

It-tielet element huwa dak tar-riflessjoni kritika. Il-grupp jirrifletti flimkien sabiex jaghti direzzjoni ta’ hsieb lill-hidma tieghu ghall-gustizzja socjali. Hawnhekk jistghu jittiehdu bhala ghajnuna l-Kelma ta’ Alla, it-taghlim socjali tal-Knisja Kattolika, letteratura sapjenzali ta’ kulturi ohra, kif ukoll kittieba ta’ hassieba relevanti fil-qasam, bhal, nghidu ahna Paolo Freire, Gustavo Gutierrez, Kitty Kelly Epstein, Henry Giroux, Antonia Darder, Gyorgy Lukacs, Antonio Gramsci, Michel Foucault u ohrajn.

Darba ohra ….

X’inhu t-tieni mudell tal-hidma ghall-gustizzja socjali? X’jikkostitwixxih? X’fih differenti mill-“Mudell Materjali”?

JISSOKTA

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?