Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VII)

Paulo Freire
Minbarra l-“Mudell Materjali” tal-hidma ghall-gustizzja socjali, jew anki flimkien mieghu, hemm dak li nsejjahlu l-“Mudell Formal”. Huwa mudell ta’ natura hafna drabi akkademika bi sfumaturi aktarx legali. Bhala mudell, jithaddan l-aktar minn professjonisti mharrga f’diversi dixxiplini socjali, bhal, nghidu ahna, il-filosofija, il-ligi, il-politika, l-ekonomija, is-socjologija, l-antropologija, it-teologija u l-bqija. Jista’ jithaddan minn politici li jwettqu bidla fl-istrutturi tal-pajjiz ghat-tishih tal-gustizzja socjali.

Bazi empirika u analizi

Se nsemmi b’kollox hames elementi fundamentali kostituttivi li jsawru (jew joholqu) l-essenza tan-natura ta’ kull hidma li ssir skond dan il-mudell favur il-gustizzja socjali. L-ewwel element hu dak tal-bazi empirika. Minhabba n-natura teknika taghha, hidma li ssir ghall-gustizzja socjali skond dan il-mudell tfittex li tibbaza r-ricerka u l-istudju taghha fuq informazzjoni empirika.

Dan ifisser li ma tkunx sempliciment teorizzazzjoni astratta li tipprogetta vizjonijiet ideali fuq ir-realtà. Bil-kontra, hija tibda mill-kundizzjonijiet storici u reali ta’ vittmi ta’ ingustizzji u tikkwantifikahom. Din il-bazi taghti mhux biss kredibilità lix-xoghol imwettaq, imma wkoll tohrog b’rizultati li jkunu ta’ min joqghod fuqhom. Ghaldaqstant, huwa fundamentali li dan il-mudell ta’ hidma ghall-gustizzja socjali jkun ta’ natura sperimentali, osservabbli u pragmatiku u jkun kapaci jieqaf ghall-htiega ta’ provi konkreti.

It-tieni element huwa l-analizi tal-kawzi. Bhall-Mudell Materjali, dan il-mudell ukoll irid jasal biex jistharreg sewwa l-kawzi tal-ingustizzji socjali. Ghalkemm jibda mill-effetti tal-ingustizzji, janalizzahom u, b’mod xjentifiku u kemm jista’ jkun oggettiv, iroddhom f’kwantitajiet, minnhom jasal biex jidentifika l-kawzi taghhom. Ix-xoghol teoretiku li jsir f’dan ir-rigward huwa sabiex jintwera id-dannu ta’ dawn il-kawzi, in-nuqqas ta’ htiega necessarja taghhom u l-gheruq li jkunu qeghdin isostnuhom.

Perspettivi godda

It-tielet element huwa l-bidla ta’ “paradigmi” (tal-fasla tal-hsieb). L-iskop ahhari tal-hidma ghall-gustizzja socjali skont il-Mudell Formali huwa li, fuq ir-rizultati miksuba u studjati, issir bidla fil-perspettiva ta’ kif jigu meqjusa certi oqsma tal-hajja socjali; bidla fl-arkitettura tal-hsieb ta’ dawk kollha involuti halli jkun possibbli li jigu eliminati l-kawzi li jkunu qeghdin joholqu hsara bl-ingustizzja socjali taghhom.

Ghaldaqstant, il-mira ahharija ta’ dan il-mudell huwa li jinbidlu minn ‘fuq’ ghal ‘isfel’ dawk il-ligijiet, processi, burokraziji u sistema governattivi li jkunu qeghdin jikkawzaw l-eskluzjoni, il-vulnerabilità u l-faqar fis-socjetà.

Minn dawn it-tliet elementi li semmejna johorgu tnejn ohra. L-ewwel element huwa dak ta’ inter-dixxiplinarjetà. Hidma intellettwali skont il-Mudell Formali li, fl-ahhar mill-ahhar, trid bidla reali fis-socjetà, ibbazata fuq hsieb koerenti, ma jistax jonqos li tehtieg il-kollaborazzjoni ta’ diversi dixxiplini ta’ hsieb.

Fuq dan jiddependu hafna r-relevanza u d-dipendibilità tal-process ta’ ricerka u studju li jsir, kif ukoll tar-rizultati u l-miri tieghu. Aktar ma studju jkollu l-appogg u s-sosten ta’ dixxiplini differenti, aktar ikun konvincenti u, aktarx, ikun jista’ jilhaq il-miri tieghu.

Djalogu u restawrazzjoni

L-element l-iehor huwa l-ftuh ghad-djalogu. Studji bhal dawn li qeghdin insemmu lanqas ma jistghu jonqsu li jkunu miftuha ghall-kritika u d-djalogu. Anzi, hafna drabi dawn ikunu parti mill-process innifsu li bih issir ir-ricerka.

Zgur li jkunu wiehed mill-miri ewlenin ta’ studju skont dan il-mudell, fis-sens li jgib ghall-attenzjoni tal-pubbliku, kemm akkademici u kemm mhux, kwestjonijiet li jehtieg li jigu mahsuba mill-gdid u, possibbilment, imharsa minn perspettiva totalment differenti. Dan ghaliex xi kawzi ta’ effetti dannuzi ma jkunux jistghu jigu mifhuma sew jew jinhallu jekk is-suggett tal-hsieb ma jibdilx il-pozizzjoni li minnha jhares lejhom.

Dan il-mudell, bhall-Mudell Materjali li semmejna qabel, huwa li psikologikament jarma ’l-vittmi tal-ingustizzji u jaghtihom il-possibbiltà li jibdlu ghall-ahjar l-istrutturi ingusti li jkattru l-eskluzjoni u l-faqar. Kemm jekk b’mudell wiehed, kemm jekk bl-iehor, u kemm jekk bit-tnejn, l-objettiv ewlieni hu li tinholoq socjetà aktar gusta. Dan jista’ jitqies bhala twaqqif tal-“ordni” (Divin) stabbilit mill-bidu.

Darba ohra ….

X’ghallmuni l-bosta vittmi tal-ingustizzji li qasmu hajjithom mieghi, u jien ma’ taghhom, tul l-ahhar hmistax-il sena? Kif biddluli hajti? X’moghdijiet jistghu jibqghu jghallmuna ghall-gejjieni?

JISSOKTA

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?