100 sena mix-“Xirka tal-Imdawlin”

Fi ftit gimghat ohra, fil-21 ta’ Ottubru, sejra ssir it-tifkira tal-100 anniversarju mit-twaqqif tax-XIRKA TAL-IMDAWLIN minn Manwel Dimech u shabu. Dan kien fl-1911. Din it-tifkira se ssir b’konferenza interessanti ferm u bil-hrug ta’ ktieb gdid dwar Dimech. Dawn huma ghalik opportunitajiet sbieh li ebda persuna li thobb lil pajjizna m’ghandha tonqos li tahtaf.

Il-konferenza

Il-Gimgha, 21 ta’ Ottubru li gej se ssir konferenza sabiha biex tfakkar dan l-anniversarju sinifikanti. Din se ssir fil-Lukanda Osborne ta’ Triq Nofsinhar, il-belt Valletta, mis-6.30 ta’ filghaxija ’l quddiem. Ghal min m’ghandux transport, m’ghandux ikun problema, ghax l-attività tintemm b’riceviment ckejken ghall-habta tad-9.00 ta’ filghaxija u jibqa’ hin bizzejjed biex wiehed jaqbad tal-linja.

Il-konferenza se tkun popolari kemm jista’ jkun. Mhumiex se jsiru diskors ta’ natura akkademika, imma ftit kliem meqjus minn esperti li jista’ jinftiehem minn kulhadd halli jifhem ahjar Dimech min kien u x’relevanza jista’ ghad ghandu ghalina.

Desmond Zammit Marmarà se jitkellem dwar “Dimech bhala edukatur”, Yosanne Vella se titkellem dwar “Dimech u l-perspettiva femminili”, Marco Galea se jitkellem dwar “l-intervent ta’ Dimech fid-dinja tat-teatru”, u Giuseppe Schembri Bonaci se jaghti “qari Marxista ta’ Dimech”. Dawn huma kollha diskorsi qosra imma interessanti ferm li zgur ghandhom jinteressawk.

Il-ktieb

Fl-istess okkazjoni tal-konferenza s-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS) se tohrog ghall-pubbliku ktieb gdid dwar Dimech. Il-ktieb jigbor hafna kitbiet originali bil-Malti ta’ Manwel Dimech. Bih, issa, il-pubbliku Malti ghandu tezor ta’ kitbiet minn idejn Dimech li huma tal-akbar pregju u utilità. Barra minn hekk, il-prezentazzjoni tal-ktieb hija mill-isbah, mimlija ritratti u b’tipa ideali ghal kulhadd.

Il-kitbiet ta’ Dimech migburin fil-ktieb ixxandru fuq medda ta’ bosta snin. L-ewwel nett ghandek ir-rumanz IVAN U PRASKOVJA, li Dimech xandru ghall-ewwel darba f’Marzu tal-1905. Edizzjoni ohra tieghu ma dehritx qabel sebgha u sittin sena wara, fl-1972, imharsa minn Geraldu Azzopardi.

It-tieni, ghandek in-novella MAJSI CUTAJAR, li Dimech xandarha ghall-ewwel darba fl-1898. It-tieni edizzjoni taghha xxandret fl-1978 minn Azzopardi wkoll fil-ktieb tieghu GHAJDUT MANWEL DIMECH, tmenin sena wara l-ewwel edizzjoni. F’dan il-ktieb ta’ Azzopardi xxandru wkoll IS-SISIEN TAX-XIRKA MALTIJA, li kienu gew ippubblikati minn Dimech u shabu ghall-ewwel darba hamsa u sittin sena qabel, fl-1913.

Il-kitbiet l-ohra li ghandek f’dan il-ktieb ixxandru ghall-ewwel darba minn Dimech bejn l-1898 u l-1914 f’diversi pubblikazzjonijiet, l-aktar fil-gazzetta IL-BANDIERA TAL-MALTIN. Xi whud ohrajn, huma kitbiet li Dimech kitibhom bejn l-1914 u l-1920 waqt li kien fl-ezilju.

Dimech maghruf u apprezzat

Jien nirrikkmandalek li din l-attività ma titlifhiex. Mitt sena mit-twaqqif ta’ organizzazzjoni storika u importanti bhalma kienet IX-XIRKA TAL-IMDAWLIN hija okkazjoni li, bhala Maltin kburin bl-izvilupp u l-helsien ta’ pajjizna, ghandna nghozzu b’sentimenti ta’ gratitudni, fohrija u gieh.

Nirrikkmandalek ukoll il-ktieb sabih li se tohrog l-SKS, MANWEL DIMECH: IVAN U PRASKOVJA U KITBIET OHRA, li se jkun pass importanti iehor sabiex Dimech jkompli jigi maghruf dejjem aktar u apprezzat ghal dak li haseb u ghamel ghac-cittadin iz-zghir u ghal pajjizna b’mod generali.

Il-helsien ta’ pajjizna ma waqax mis-sema. Gie bil-hidma ta’ hafna nies, bosta minnhom anonimi, li hadmu kemm felhu sabiex nikbru bhala poplu u nwettqu l-holm kbir taghna. Tassew, Manwel Dimech mhuwiex anonimu, u issa jaf bih kulhadd. Imma certament huwa wiehed mill-iprem li jisthoqqlu l-gieh u l-gratitudni taghna ghal dak li hadem, ghex, bata u miet ghalih.

Ibqa’ anki int skopri lil dan il-bniedem tal-ghageb!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?