Il-kwalità tal-hajja nisranija

Ghal dawk li ghadhom jinteressahom, il-Hadd li ghadda l-isqfijiet ta’ Malta u ta’ Ghawdex hargu ittra pastorali bl-istess titlu li jidher hawnfuq. Fil-qalba tal-ittra, l-isqfijiet ghamlu sejha sabiex kull kattoliku jaghmel “decizjoni importanti”: li, fic-cirkustanzi partikulari ta’ pajjizna bhalissa, kull kattoliku jiddeciedi “li jghix ta’ nisrani”.

Programm shih

Ghall-ewwel din is-sejha tista’ tidher ovvja. Jekk il-kattoliku ma jghixx ta’ nisrani, x’kattoliku hu? Imma jekk wiehed jidhol ftit aktar fil-fond tal-istedina jintebah li donnha timplika programm shih pastorali. L-isqfijiet donnhom huma ppreokkupati li, ghall-anqas f’parti minnu, il-kattolicizmu Malti u Ghawdxi qisu sar aktar kwestjoni ta’ kultura u drawwiet milli mod ta’ ghajxien konvint.

Jista’ ghandhom ragun f’dan. Wiehed ma jistax ma jobsorx li, antika kemm hi antika din is-sejha, u minkejja l-ghadd ta’ drabi li digà saru sejhiet bhalha fl-imghoddi, ma kien ikollha ebda sinifikat jekk ma kinetx ukoll marbuta ma’ pjan ta’ hidma li bih il-kattoliku jista’ tabilhaqq jaghmel din id-decizjoni.

L-isqfijiet jinsistu li decizjoni bhal din ghandha diversi affarijiet jahdmu kontriha. Semmew certi aspetti tal-kultura tal-lum, semmew ic-cirkustanzi godda marbuta mal-familja, u semmew ukoll l-iskandi tal-abbuzi fuq minorenni minn sacerdoti. Wiehed jifhem li setghu semmew bosta hwejjeg ohra (u li semmewhom drabi ohrajn), fosthom, nghidu ahna, affarijiet li jsiru b’mod regolari mill-kattolici stess li ma jghinux l-ghajxien awtentiku kattoliku, bhall-festi esterni, il-parrokkjalizmu u l-hidma parrokkjali sagramentalizzata zzejjed.

Suggerimenti konkreti

Ghal min jixtarra sewwa, il-pastorali jisthoqqilha l-attenzjoni ta’ kull kattoliku Malti u Ghawdxi. Fortunatment, ma pprezentatx il-Knisja Kattolika lokali bhallikieku kienet fuq id-difiza minhabba xi assedju misthajjel li qieghed isirilha. Bil-kontra, tipprezenta Knisja li tinsab f’mixja ’l quddiem, xi ftit jew wisq konxja tal-qaghda gdida taghha fil-gzejjer Maltin.

Naturalment, wiehed ma jistax jistenna f’ittra pastorali qasira li l-isqfijiet jidhlu fid-dettall, la mil-lat ta’ analizi u lanqas mil-lat ta’ pjanifikazzjoni. Dawn posthom f’imkejjen ohra fejn it-tul ma johloqx limitazzjonijiet ta’ spazju.

Minkejja dan, wiehed forsi seta’ xorta wahda jistenna ftit suggerimenti konkreti ta’ x’decizjoni jew decizjonijiet jixtiequ l-isqfijiet, jekk mhux fuq livell personali (ghax dawn jikkoncernaw kull kattoliku ghalih innifsu) ghall-anqas fuq livell strutturali (ta’ organizzazzjoni ekklezjastika).

Operaturi parrokkjali

Fuq dan il-livell tal-ahhar, wahda mill-affarijiet li jien nara preokkupanti hija n-nuqqas ta’ formazzjoni kateketika tal-operaturi parrokkjali. Inhoss li pjan ta’ tigdid generali ma jistax ma jibdiex minn dan. Xi rrid nghid biha?

Il-parrocci kollha fihom hafna nies, nisa u rgiel, li jaghtu sehem kbir u qawwi f’dak kollu li jigi organizzat fihom. Huwa sehem mifrux daqskemm varjat; li jinkludi mill-izghar affarijiet tal-knisja, sal-affarijiet liturgici u l-akbar affarijiet pastorali u anki amministrattivi. Minkejja li hafna drabi huma nies li wiehed jista’ joqghod fuqhom mija fil-mija, aktarx li jittiehdu wisq ‘for granted’.

Minhabba f’hekk, hija l-impressjoni tieghi hi li dawn l-‘operatrui parrokkjali’ kollha, biex insejhilhom hekk (ghax il-parrocci ma jiffunzjonawx minghajrhom, wara kollox), ma jinghatawx formazzjoni kateketika kostanti. Jista’ jkun li nassumu li digà jafu l-katekizmu taghhom fuq ponot subghajhom. Hafna drabi, dan ma jkunx il-kaz.

Formazzjoni kateketika

Ghandu mnejn li s-sejha li ghamlu l-isqfijiet ma tistax tintlaqa’ fuq firxa mifruxa jekk il-kleru u l-kollaboraturi mill-qrib taghhom m’ghandhomx formazzjoni kateketika soda u solida. Il-funzjonament xieraq tal-Knisja jiddependi ghal kollox fuq dawn il-mijiet ta’ nies u nuqqas fihom jirrefletti direttament fuq il-bqija tal-migemgha.

Tajjeb li jsiru s-sejhiet. Izda ahjar jekk isir dak li hu mehtieg sabiex is-sejhiet ikunu jistghu jintlaqghu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?