Kliem l-gharef Dimech

Din il-gimgha li gejja, is-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS) se tohrog ghall-pubbliku ktieb prezzjuz bil-kitbiet originali ta’ Manwel Dimech. Il-kotba dwar Dimech li hargu f’dawn l-ahhar ghaxar snin kienu kollu dwar x’qal u x’ma qalx. Issa, ghall-ewwel darba, ghandna ktieb bil-kliem tieghu stess halli inti u l-pubbliku Malti jkun jista’ jkollu access dirett ghal dan ir-riformatur socjali gharef.

Nhar il-Gimgha

Il-ktieb se johrog ufficjalment nhar il-gimgha, 21 ta’ Ottubru, waqt serata sabiha fil-Lukanda Osborne, Triq Norsinhar, il-Belt, mis-6.30 ta’ filghaxija ’l quddiem. Il-prezz tieghu huwa ta’ 10 Ewro biss, halli jkun jista’ jlahhaq mieghu kulhadd. L-editur huwa Mark Montebello u l-ktieb fih l-isbah 410 pagni.

Fih ghandek ir-rumanz IVAN U PRASKOVJA (mahrug ghall-ewwel darba minn Dimech fl-1905), in-novella MAJSI CUTAJAR (1898), IS-SISIEN TAX-XIRKA MALTIJA (1913), siltiet minn IL-BANDIERA TAL-MALTIN (1898-1914), siltiet minn dokumenti privati ta’ Dimech (1914-1920) u studji kritici tal-editur. Insomma, gawhra ta’ gherf minn imghallem tal-aqwa kwalità.

Fis-siltiet migjuba fil-ktieb, Dimech jitkellem dwar il-moghdija mill-jasar ghall-helsien, l-emancipazzjoni, l-oppressuri, il-hsieb ghall-ghemil (filosofija), il-kelma Maltija, pajjizi zghar u kbar, il-hsieb spiritwali u religjuz, l-inkwiet mal-Knisja, u l-ahhar snin ta’ hajtu. B’kollox ghandek mas-760 silta differenti.

Appuntamenti ohra

Barra l-hrug tal-ktieb nhar il-gimgha li gej, l-SKS qieghda torganizza wkoll attivitajiet ohrajn. Dawn qed taghmilhom kollha sabiex tfakkar – bhalma hu xieraq – il-100 anniversarju minn mindu Manwel Dimech u shabu waqqfu x-Xirka tal-Imdawlin. Dan kien sar fil-21 ta’ Ottubru tal-1911. L-attivitajiet organizzati jinkludu dawn li gejjin:

  • Is-Sibt, 15 ta’ Ottubru, se ssir laqgha mal-pubbliku tal-editur tal-ktieb il-gdid fic-Centru Laburista, il-Hamrun, mill-10.00 ta’ filghodu sa nofsinhar, bit-tema DIMECH – L-EROJ TA’ GO FIK.
  • L-Erbgha, 19 ta’ Ottubru, f’kollaborazzjoni mal-Moviment Graffitti, se ssir laqgha mal-istudenti universitarji fil-‘common room’ tal-Università ta’ Malta, f’nofsinhar, bit-tema REVOLUZZJONARJU ANARKISTA INTELLIGENTI.
  • Ghall-klijenti Ghawdxin, is-Sibt, 29 ta’ Ottubru, se ssir laqgha ohra mal-pubbliku tal-editur tal-ktieb il-gdid fil-Banca Giuratale, it-Tokk, Victoria, Ghawdex, bejn l-10.00 ta’ filghodu u nofsinhar bit-tema DIMECH – L-EROJ TA’ GO FIK.

Kemm jekk int tinsab Malta u kemm jekk tinsab Ghawdex, l-SKS hasbet biex tghinek tikseb dan il-ktieb sabih u prezzjuz. Fuq kollox, hasbet sabiex tlaqqghek ma’ Manwel Dimech, halli dan il-kbir riformatur u hassieb ikompli jigi maghruf sewwa. Jekk int student universitarju, allura hu hsieb li tigi fid-19 ta’ Ottubru fil-‘common room’ ghal laqgha sabiha

Dimech ghalik ukoll

Huwa importanti li Dimech jibqa’ jigi maghruf, kemm minnek u kemm mill-pubbliku generali. Dan ghaliex Dimech ghad ghandu x’jghidilna. Ghadu relevanti ghal-lum. Il-kliem tieghu ghad jistghu jibqghu jnebbhu sentimenti sbieh u gholjin kemm fik u kemm f’dawk kollha li jhobbu lil din art twelidhom u l-ghajxien ahjar ta’ kulhadd.

Il-kliem ta’ Dimech li ssib fil-ktieb il-gdid huwa minjiera ta’ taghlim. Huwa kliem li jgholli r-ruh u jtejjeb il-mohh. Fuq kollox, hu kliem li jheggeg il-qalb ghall-interess socjali u, aktar u aktar, ghall-harsien tal-gustizzja.

Minkejja li Dimech bata’ u miet fl-ezilju minhabba l-ideat tieghu u specjalment minhabba t-twaqqif tax-Xirka tal-Imdawlin, xorta wahda ghadu jghix sal-lum f’kull qalb li taf thobb dak li hu sabih, gholi, xieraq u onest. Ghalhekk, dan il-ktieb huwa ghalik ukoll.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?