Tmiem Gaddafi (2)

Ghalkemm Gaddafi ntemm, jekk mieghu jintemm ukoll il-mudell demokratiku li ppropona fil-Ktieb l-Ahdar (1975) aktarx ikun improbabbli li l-Libja ssir pajjiz stabbli, gust u hielsa. Huwa evidenti li Gaddafi nnifsu ma mexxiex skont l-istess mudell demokratiku li ppropona hu stess f’dan il-ktieb ta’ ideologija politika. Izda dan m’ghandux ifisser li s-soluzzjoni meqjusa li ra ghat-tmexxija tal-Libja mhijiex valida jew li mhijiex vijabbli.

Mhux kollox hazin

Il-mudell demokratiku li Gaddafi kien ippropona ghal-Libja kien imfassal skont ir-realtajiet u l-htigijiet specifici tal-popli Libjani. Nghid ‘popli’ ghaliex l-ghadd kbir ta’ tribujiet differenti fil-Libja jaghmlu lil dan il-pajjiz wiehed b’varjetà etnika u kulturali bla qjies. Dawn il-popli huma l-bazi tal-hajja socjali u politika tal-Libja.

Is-sistema politika li Gaddafi ra l-ahjar ghal pajjizu kienet dik ta’ demokrazija diretta. Il-mudell li holoq – aktarx ibbazat fuq il-kuncetti u l-principji ta’ Nasserizmu – jirrifletti din is-sistema u jista’ jkun l-ahjar pjan strategiku politiku ghac-cirkustanzi partikulari tal-popli Libjani. (Wiehed jista’ jzid hawnhekk li mudell simili ta’ demokrazija diretta tintuza wkoll fl-Izvizzera, pajjiz li hadd ma jichad li hu wiehed stabbli, progressiv u zviluppat.)

Issa li Gaddafi tnehha mis-setgha – u hekk intemmet l-ispeci ta’ demokrazija presidenzjali li haddem fil-prattika – jista’ jkun li t-tendenza hi li kulma ghamel hu jitqies hazin u ta’ min iwarrbu. Izda dan la huwa necessarjament logiku u wisq anqas razzjonali. Aktarx joqghod pingut hawnhekk il-parir ta’ Gesù: “Kulma aghmluh u harsuh, izda taghmlux kif , ghax kliem biss , imma fatti xejn” (Mt. 23:3).

Il-mudell ta’ Gaddafi

Il-Ktieb l-Ahdar jaghmel kritika qawwija lill-mudell ta’ demokrazija rapprezentattiva (bil-parlament u l-partiti li timplika). Jekk wiehed irid ikun gust, ma jistax ma jasal ghall-konkluzjoni li hija kritika bis-sens li, jekk wiehed joqghod jixtarrha daqsxejn, isib li tista’ tapplika hafna ghal pajjizna.

Bhalma wiehed jista’ jara mix-xbieha t’hawnfuq, il-mudell ta’ demokrazija diretta li fassal Gaddafi tipproponi struttura politika msejsa fuq dawk li sejjah ‘konferenzi popolari’ u ‘kumitati tal-poplu’.

Qabel xejn, il-poplu kollu jigi mqassam f’konferenzi popolari. Dawn jaghzlu l-kumitati popolari, li jkunu responsabbli ghall-amministrazzjoni, u li jiehdu post l-istituzzjonijiet pubblici kollha (inkluz il-legislazzjoni, il-qrati u l-forzi tal-ordni pubbliku). Il-konferenzi popolari kollha jiffurmaw il-‘Kungress Popolari Generali’. B’hekk il-poplu jkun direttament sid tat-tmexxija tieghu stess.

Din hija sistema li, apparti l-mertu li jista’ jkollha d-demokrazija diretta jew in-nuqqasijiet li jista’ jkollha d-demokrazija rapprezentattiva, tirrispetta ghal kollox l-awtorità morali, socjali, religjuza u politika tat-tribujiet kollha tal-Libja. Hija ghal din ir-raguni, qabel xejn, li tista’ tkun l-ahjar mod kif tithaddem id-demokrazija f’pajjiz hekk kbir, sabih u kulturalment ghani bhalma hu l-Libja.

L-isbah ghamla ta’ sistema

Jekk, fuq pressjoni tal-Punent, il-politici Libjani issa se jaghzlu li jhaddmu xi ghamla ta’ demokrazija differenti minn dik diretta bhalma kien ippropona Gaddafi – forsi xi tip ta’ demokrazija rapprezentattiva, presidenzjali jew monarkika – wisq nibza’ li t-tensjoni u l-glied bejn it-tribujiet ma se jkun hemm qatt tmiem ghalihom. Il-politici jkun zerghu l-falliment taghhom stess.

Dan biex ma nsemmux – meta tqis l-ghana finanzjarja enormi tal-Libja – il-korruzzjoni u n-nepotizmu li demokraziji bhalma semmejna l-ahhar jiggeneraw (kif nafu sew f’Malta sa mit-tmeninijiet lil hawn u kif naraw f’bosta pajjizi ohrajn). Barra minn hekk, jibqa’ l-fatt li, jekk jitwarrbu t-tribujiet, xorta wahda dawn jibqghu jezercitaw – b’mod bizarr – id-dominju, l-awtorità morali u s-setgha taghhom.

Id-demokrazija diretta tista’ tkun l-isbah ghamla ta’ sistema politika meta hi mhaddma bil-ghaqal u bil-galbu, kemm fil-Libja u kemm f’pajjizi ohrajn. Dan ghaliex hija wahda mill-aktar sistemi ta’ tmexxija li tirrispetta lill-individwi u d-dritt taghhom li jmexxu lilhom infushom kif ihossu li hu l-ahjar.

Comments

  1. Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!

    🔰 Black Friday 2020 diễn ra vào ngày 27/11/2020, bạn đã sẵn sàng nhập cuộc chưa?! Dịp này, khách hàng yêu thích shopping lại tận hưởng những đợt "SALE GIÁ SỐC" theo đúng nghĩa. Hầu hết các cửa hàng, website TMĐT liên tục đưa ra các chương trình sale lên đến 90%. Cùng chờ đón và sở hữu những Hot Deals Black Friday có 1 0 2 dịp Sale được đón chờ nhất trong năm nhé. Chi tiết Hot Deals Black Friday 2020 tại đây: https://www.facebook.com/TopKhuyenMaiBlackFriday/

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?