Tmiem Gaddafi

Huwa tal-biki tara bniedem li kien f’tant setgha jintemm f’mizerja hekk kerha. Ix-xeni tal-Hamis billejl fakkruni fi tmiem l-2006, hames snin ilu, meta Saddam Hussein tal-Iraq spicca f’qaghda simili u fi tmiem tant baxx. Kemm il-wiehed u kemm l-iehor instabu jistahbew go toqob, wahedhom, mahruba minn nieshom, jistennew it-tmiem jigi u jehodhom.

Sakra ta’ poter

Meta wiehed jahseb fit-tama li kien gab mieghu Muammar Gaddafi f’Settembru ta’ 42 sena ilu, fl-1969, meta kien ha t-tmexxija tal-pajjiz f’idejh – f’dak iz-zmien kellu biss 27 sena – wiehed ma jistax ma jitnikketx meta jara kif kellha tispicca l-istorja. Kienet tama li ghal xi zmien gholliet il-poplu Libjan ’il fuq u hargitu mill-faqar u l-ingustizzji li kien jghix fihom. Izda wkoll kienet tama li mbaghad intfiet meta l-istess ingustizzji, jekk mhux aghar, regghu zaru lill-poplu u t-tribujiet Libjani.

Gaddafi kellu pjanijiet sbieh u ideali gholja f’dak iz-zmien. Izda l-kisba tas-setgha, bhalma taghmel lill-bicca l-kbira tal-bnedmin, telghet ghal rasu u haseb li hu sid il-poplu li tieghu kien sempliciment kap. Bhal hafna revoluzzjonarji ohrajn qablu (u probabbilment warajh), Gaddafi kien vittma tas-success tieghu stess. Heles il-meqrud biex imbaghad qered dak li heles.

Tmiemu l-Hamis li ghadda ghandu jkun taghlima xierqa ghal kull min hu fis-sakra bil-poter u s-setgha li kiseb. Ghalkemm wiehed ma jistax ma jissusspettax li l-bnedmin ma jitghallmu qatt u l-istorja ta’ Gaddafi, u t-tmiem bla gieh tieghu, hi storja li rrepetiet ruhha hafna u hafna drabi fl-imghoddi u aktarx tibqa’ tirrepeti ruhha fil-gejjieni.

Ghazla ghaqlija

Naturalment, issa kulhadd qieghed jistenna halli jara x’inhu gej wara t-tmiem ta’ Gaddafi. L-analizi li nara li ssir f’Malta f’dan ir-rigward hafna drabi hi donnha superficjali hafna. Xi whud jitkellmu bhallikieku l-bidliet li jistghu jigu huma hfief jew bla skossi. Aghar minn hekk, xi whud jitkellmu dwar il-migja tad-demokrazija minghajr ma donnhom jafu ezatt din x’tista’ tfisser.

Xi whud jitkellmu dwar demokrazija fil-Libja bil-fehma li dal-pajjiz kbir, sabih u sinjur jinhakem mill-punent u joqghod ghar-rieda tal-pajjizi kbar u b’sahhithom bhall-Amerika, l-Ingilterra u Franza. Donnhom ftit jobsru li, jekk il-Libja tintrikeb minn pajjizi bhal dawn, tkun inzerghet zerriegha ta’ sigra li l-frott taghha ghad ikun qares immensament.

Il-Libja trid issib triqitha, tabilhaqq, izda kemm il-pajjizi l-kbar tal-punent se jhalluha taghmel dan bil-kwiet minghajr ma jiddeffsu fin-nofs huwa dubjuz ferm. S’issa l-gvern transitorju tal-Libja jidher li qieghed jilghabha tal-indipendenti. Imma wiehed ma jistax ma jissusspettax kemm dan hu minnu u kemm il-kompromessi tieghu digà bdew isiru.

Libja hielsa

Tghid il-pajjizi li ssiehbu fil-koalizzjoni li ghenet lill-Libjani jehilsu minn Gaddafi ma huma se jitolbu xejn tas-sehem siewi li taw? Tghid issa sempliciment se jitilqu d-dar u jhallu f’idejn il-Libjani halli jmexxu kif iridu huma l-pajjiz taghhom? Jew, min-naha l-ohra, se jaraw u jaghmlu dak kollu li jistghu sabiex ma jkunx hemm Gaddafi iehor – imqar wiehed li jixbhu fit-tamiet u l-ideali ta’ 42 sena ilu – jew, aghar minn hekk, ghadd ta’ Gaddafijiet flok wiehed?

Bosta fostna qeghdin jittamaw li s-sliem fil-Libja jgib bidu gdid ghall-kummerc li digà kienu qeghdin jaghmlu. Hafna minn hawn ma jinpurtahomx x’forma ta’ gvern ikun hemm sakemm ikunu jistghu jaghmlu l-profitti, forsi anki bi sfruttament ta’ dawk il-Libjani li kienu u se jibqghu fqar.

It-tnehhija ta’ wiehed mizerabbli ma tfissirx it-temma tal-mizerja. Wisq anqas tfisser li l-kawzi tal-mizerja ta’ qabel mhumiex se joktru sabiex jinholqu mizerji godda u aghar. Jekk il-pajjizi l-kbar tal-punent mhumiex se jhallu l-Libja tmexxi lilha nnifisha kif thoss li hu l-ahjar ghal niesha, il-Libjani jistghu jigu f’qaghda li jghidu ‘kemm konna ahjar meta konna aghar’!

Libja b’sahhitha tista’ tezisti biss minghajr l-indhil barrani u minghajr il-kompromessi li jgibuha pupazz tal-barrani b’sahhtu.

Comments

  1. Indhil opportunistiku mill-punent naseb ovju. Il-punent qatt ma jaghtik xejn ghal-xejn. Li tiskantani pero, u forsi ftit jaqblu mieghi, hija li dawn il-problemi ta nuqqas ta fejda socjali/politika f'pajjizi bhal-Libja m'hummiex sempliciment ikkawzati minn tmexxija hazina politika. Is-sors huwa 'taghlim u t-taghlim li jezisti fl-Afrika ta fuq huwa ta gherq izlamiku. Jien ghalija xorta l-islam jibqa l-kawza ta l-ingustizzja socjali f'pajjizi bhal l-Libja. Imut mexxej u jitla iehor li bhalu trabba fl-istess filosofija Islamika ta oppressjoni u ingustizzja.

    Michael Buttigieg

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?