Paci fil-Lvant Nofsani

Sena gdida taparsi ggib maghha hafna xewqat sbieh li hafna drabi mhumiex ahjar minn dak li jgib isimhom: xewqat. Ebda xewqa, wahedha wahedha, ma qatt ghamlet farka differenza fid-dinja. Xewqat minghajr ghemil qishom bahar bla ilma. Izda min-naha l-ohra, huma x-xewqat li jibdew l-akbar ghemejjel. U x-xewqa ghall-paci fil-Lvant Nofsani fil-bidu ta’ dan is-sena gdida mhijiex nieqsa la mill-ghemil u, ghalhekk, lanqas mit-tama.

Irvellijiet ta’ tama

Nibda biex nghid li l-prospettiva tal-paci fil-Lvant Nofsani hija marbuta max-xewqat tal-bidu tas-sena b’mod sekondarju ghal kollox. Ghax illum, ghalkemm ghalina tibda sena gdida, mhijiex hekk la ghal-Lhud u lanqas ghall-Gharab. Ghall-Gharab is-sena bdiet fis-26 ta’ Novembru li ghadda; ghal-Lhud fid-29 ta’ Settembru ta’ qabel. Ix-xewqat, jew ahjar it-tama, hi aktar marbuta mal-avvenimenti li sehhew tul l-2011.

Mas-sena ilu, fis-7 ta’ Jannar, 2011, il-mibki Mohamed Bouazizi haraq lilu nnifsu bi protesta f’Sidi Bousaid, it-Tunezija, azzjoni li kellha twassal ghal irvellijiet imdemma, ghalkemm imsebbha, f’bosta pajjizi Gharab. Il-bidliet politici u kostituzzjonali li sehhew wara dawn l-irvellijiet – u li xi whud minnhom ghadhom ghaddejjin sallum – ma kinux zghar.

Xi whud fil-pajjizi tal-Punent staghgbu bihom. Ma stennewx li l-Gharab qatt seta’ jkollhom xi hajra ghad-demokrazija jew anki ghall-gustizzja socjali. Sthajluhom perennement oppressi minn religjon li fl-ahhar mill-ahhar, anki forsi b’mod inidirett, traqqad il-kuxjenzi u tbierek l-ingustizzji. Din l-injuranza grassa dwar l-Islam u l-popli Gharab giet sfidata bil-kbir b’dak kollu li sehh mis-7 ta’ Jannar, 2011, lil hawn.

Tahrik ta’ kuxjenzi

Dawn il-bidliet fil-pajjizi rispettivi fejn sehhew ma jistghux ma jhallux effett fuq il-mappa politika tal-Lvant Nofsani kollu. Xi whud ghadhom qeghdin jarawhom bhala bidliet li jispettaw u jikkoncernaw biss il-pajjizi partikulari fejn sehhew – it-Tunezija, l-Egittu, il-Gordan, il-Libja u l-bqija. Izda aktarx mhuwiex hekk, u lanqas jista’ jkun.

Il-bidliet f’dawn il-pajjizi Gharab u f’ohrajn ukoll qeghdin iharrku mentalitajiet u kuxjenzi b’mod li l-qaghda politika fil-Lvant Nofsani ma tistax tibqa’ aktar l-istess. Fost dawn hemm ir-relazzjoni ma’ Israel, u hekk ukoll Israel innifsu, li ma jistax jibqa’ passiv quddiem dan it-tahrik.

Ir-regimi ta’ diversi pajjizi fejn sehhew l-irvellijiet mhux kollha kienu favurevoli ghal ftehim mal-Israelin halli forsi xi darba tinstab soluzzjoni ghat-taqtiegh u l-glied bejn l-Gharab u l-Lhud. Issa, wara dak li sehh, jista’ jkun li l-attitudnijiet qed jinbidlu. Hekk ukoll qed jinbidlu f’Israel stess, fejn jidher li hemm tama gdida li mal-mexxejja l-godda jista’ forsi jsir tahdit li jwassal ghall-paci dejjiema.

Triq iebsa

Mhux kollox hu ward u zahar. ’Il fejn sejjer l-Egittu, nghidu ahna, li qabel kien wiehed mill-ftit pajjizi―flimkien mal-Gordan―li jirrikonoxxi l-Istat ta’ Israel? It-tama hija li jibqa’ miexi f’din il-linja biex hekk jithajru jaghmlu bhalu pajjizi ohrajn girien.

Fost dawn hemm it-Turkija. Minn meta sehh l-attentat ta’ zbark f’Gaza mit-Turkija sentejn ilu, ir-relazzjonijiet ma’ Israel baqghu sensittivi ferm. Izda issa, wara l-irvellijiet u l-bidliet li sehhew, forsi anki t-Turkija, bhall-Gordan, jaghraf li hemm xaqq dawl sewwa sabiex isir sforz kollettiv halli l-Lvant Nofsani fl-ahhar jintraddu s-sliem.

Il-problema tal-Iran hija ferm akbar. Il-possibbiltà hemmhekk li l-gvern jibni armi nukleari qieghda thedded serjament kull process gdid li jista’ jsir ghal soluzzjoni dejjiema fl-inhawi. Kollox juri li s-sitwazzjoni tista’ tizviluppa fi krizi gdida li titfa’ snin lura kull hidma ghall-paci.

Tama ta’ paci

Dak li qabel is-7 ta’ Jannar, 2011, deher impossibbli, sar tabilhaqq realtà b’modi li hadd ma basar. Il-paci fil-Lvant Nofsani―li dwarha ilu jsir diskors ghal dawn l-ahhar sittin sena―jista’ issa jkollha l-possibbiltà li tgholli rasha mill-gdid. It-triq xorta wahda mhijiex hafifa. Izda ghallanqas issa jista’ jkun hemm ftit aktar rieda biex il-gustizzja li twassal ghall-paci tissahhah u titwaqqaf fuq is-sod.

Mhux li kien l-2012 tara din il-paci ssehh! halli forsi fl-ahhar jieqfu l-imwiet bla sens u l-pajjizi kollha―Gharab u Lhud―ikunu jistghu jaqbdu t-triq tal-gid ghall-popli taghhom!

Din hija sena li forsi ftit ohrajn qabilha kellhom tama msahha daqsha. Jalla din it-tama twelled il-gustizzja u trodd is-sliem.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?