Il-politika demokratika Ewropea, dik li ssawret bejn wiehed u iehor f’dawn l-ahhar erbghin sena, inhadmet l-aktar fuq il-mudell imperjalista Amerikan. L-ispiritwalità u l-glorifikazzjoni tal-kapitalizmu fuq in-naha l-ohra tal-Atlantiku giet rikonoxxuta mill-politici Ewropej bhala l-pedina ewlenija ghas-success nett tal-ekonomija Statunitensi u, ghaldaqstant, fittxew li bil-mod il-mod jissimulawha ghax raw fiha qliegh kbir ghalihom infushom.
Ir-rizultati ta’ din ix-xadinata huma maghna llum u jiddefinixxu l-hajja demokratika li (sfortunatament) ikollna nghixu lkoll kemm ahna.
Il-karru tal-kapitalizmu
Kajin, miskin, aktarx ma jisthoqqlux il-fama hazin li kiseb maz-zmien. Il-Bibbja gharrqitu wisq. Il-Koran ferm aktar. Jista’ jkun li Kajin kellu mitt elf ragun ghala jitlef sabru u ghaqlu. Min jaf Abel kienx jaghmilha ta’ qaddis akbar minn missieru u ommu flimkien (qabel ma ghaxxquha, naturalment)? Kajin ma ggenninx ta’ xejn. Bhalma ma ggennewx hafna nies ohrajn warajh. Mhux biss hemm logika fil-genn taghhom, izda wkoll ragunijiet siewa ghala twasslu sa dak il-punt.
Darba Mintoff ghamel famuza d-distinzjoni bejn l-Ewropa ta’ Abel u l-Ewropa ta’ Kajin. Filwaqt li tal-ewwel kienet ta’ dawk li s-sistema politika taghhom kienet ta’ min ifahharha u jhaddanha, tat-tieni kienet ta’ min imaqdarha u jiskartaha. Ghal darba ohra, Kajin wehel mal-hziena, jahasra, minghajr hadd ma kkompatih. Abel rega’ hareg bhala l-paladun tas-sewwa.
L-Ewropa ta’ Kajin mhijiex dik tas-socjalisti u l-kommunisti, bhalma darba kienet. Kien xi zmien. Illum dawn ukoll rikbu bi hgarhom il-karru tal-kapitalizmu ala Amerikana. Karru kbir dan. Fuqu hemm ukoll il-konservattivi u t-tradizzjonalisti daqskemm il-moderati u l-progressivi. Karnivalata wahda li l-prezz taghha jhallsuha l-Kajinijiet godda tallum. Wara kollox, l-Ewropa ta’ Abel hija dik li ghamlet paljaccata mid-demokrazija u l-liberalizmu.
Loghba noli
Il-principju fundamentali li fuqu jitmexxa l-karru tal-Abelijiet hija l-kumdità. Mhux il-kumdità ta’ kulhadd. Izda l-kumdità ta’ kulmin hu parti mil-magna kapitalista. Il-gustizzja ma tidholx f’din il-bicca. La dik legali u lanqas dik distributtiva. Il-gustizzja saret paljett tas-sistema. Il-ligi tinhadem mill-qawwi ghall-qawwi, biex jassigura l-pozizzjoni li ghandu ta’ kumdità ghalih nnifsu; l-impenn socjali hi ghajta li ma tnizzilx is-setghana minn fuq it-tron taghhom jew tgholli lic-ckejknin.
Id-demokrazija ta’ Abel―tat-tajjeb, tal-onorabbilità, tal-korrettezza, tal-legalità, tal-benistant, ... tal-isfruttatur u tal-oppressur, wara kollox―saret sistema li ddawwar ir-rota tal-favuri, tal-pjaciri, tar-rispettabbiltajiet, tal-id li tahsel ’il-ohra, tad-dahar li jhokk ’il-iehor; saret loghba noli―tragika daqskemm farseska (fuq kollox: povra)―madwar kliem sabih li sar ifisser affarijiet koroh u madwar hwejjeg koroh li sar jilbes kliem sabih. X’jista’ jaghmel l-imsejken Kajin ghajr jiggennen?
Ulied Abel, fula maqsuma ta’ missierhom, jiggieldu bejniethom. Mhux biex inaddfu l-isem ghaziz tal-gustizzja, mhux biex saflahhar jghollu l-gieh sabih tas-sewwa, mhux biex iroddu haqq lic-ckejkna u ’l-imsejknin, ... Le, xejn minn dan. Izda biss sabiex titwettaq mill-gdid il-kumdità li giet mghajba. Il-kapital m’ghandu jigi mfixkel b’ebda mod.
It-tishih tad-demokrazija
Kajin kien u jibqa’ l-vittma tal-politika ta’ Abel. Il-glied bejn ulied Abel mhux se jibdel din ir-realtà. M’ghandu ebda intenzjoni li jibdilha. Ulied Abel ma jiggildux sabiex xi hadd minnhom igib fi tmiem il-politika li taghmilhom it-tnejn possibbli; il-politika li thalli lil Kajin fil-hofra tal-invizibbiltà u t-tnessija.
Anzi, jiggieldu sabiex isahhuha.
Sunday, 15 January 2012
Id-demokrazija ta’ Abel
Labels:
Abel,
Amerika,
demokrazija,
Ewropa,
Kajin,
politika,
punent,
Unjoni Ewropea
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Top posts last 30 days
-
It-tfal se jilagħbu dejjem. Ġewwa, barra, waħidhom, m’oħrajn, fl-indafa, fil-ħmieġ, b’li jsibu, b’li jivvintaw ... it-tfal se jibqgħu tfal...
-
Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona, it-trattat li jagħti l-bażi kostituzzjonali lill-Unjoni Ewropea, jagħti d-dritt lil kull pajjiż imsieħ...
-
The Most Holy Cross and, more specifically, the Crucifix, are a Christian’s most beautiful and noble symbol of the Faith. They depict, in ...

Top posts ever
-
X’għali għall-mewt għandi għat-tmiem inġust, godard u qarrieq ta’ Daphne Caruana Galizia! Kienet x’kienet il-fehma politika tagħha, kien x...
-
Huma ftit u rari l-Maltin li jkollhom joqogħdu qrib is-sodda ta’ xi ħadd li jkun rikoverat fl-isptar t’Għawdex. Bil-maqlub, huma ħafna akt...
-
Il-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex reġgħet qed tiskjera ruħha kontra l-minoranzi tas-soċjetà. Ma titgħallem qatt! Ibda mill-kwistjoni m...
-
F’dawn l-aħħar ġimgħat, min minna seta’ jinjora l-akkużi li baqgħu jsiru mingħajr rażan? Rajna l-oppożizzjoni tirkeb il-karru li rikbu l-p...
-
Pierre Ellul’s film, DEAR DOM (cinematography of Paul and John Preca Trapani) is presented as an open letter to Dom Mintoff; a letter, app...

No comments:
Post a Comment