Imsejkna Tunezija!

Fit-Tunezija, wahda mill-girien taghna li thaddan mal-41 miljun ruh, hafna minna bil-kemm kemm jafu―jew jinteressahom―x’infern shih ghaddejja minnu. Ghaddiet sena minn mindu dak l-imgharraq ta’ Ben Ali, li zamm il-poplu tieghu taht id tal-hadid ghal 23 sena shah, tqalfat mill-hakma li kellu fuq is-setgha. Izda l-qaghda tal-pajjiz hija, jekk mhux aghar, ghallanqas fl-istess bahar illi kienet qabel.

Sagrificcji supremi

L-ismijiet tal-mijiet ta’ persuni li harqu lilhom infushom bi protesta f’din l-ahhar sena tfittixhom ghalxejn, ghax mhux se ssibhom imkien. Jissemmew biss numri, bhallikieku kienu bhejjem ghall-qatla. Tabilhaqq, kienu mijiet dawk li, f’qaghda ddisprata, f’oqsma differenti tal-pajjiz taw in-nar lilhom infushom biex forsi xi hadd jaghti kas il-familja taghhom jew lil pajjizhom.

Fil-verità, ftit jinpurtahom. Setghu kienu eluf. Ghax kulhadd donnu mehdi bil-problemi tieghu, ibda minna bil-loghob taghna, u qajla jsib hin jew interess li jaghti daqqa t’ghajn madwaru, ahseb u ara johrog subgha biex jghin.

Biss biss, f’dawn l-ahhar gimghatejn li ghaddew, kienu mill-anqas erba’ l-persuni li tefghu fuqhom xi petrol jew xi haga simili u taw in-nar lilhom infushom! Fl-ewwel sitt xhur ta’ wara t-temma ta’ Ben Ali, jigifieri sa Gunju tas-sena li ghaddiet, kienu xejn anqas minn 107 il-persuni li ghamlu dan l-att tal-akbar immolazzjoni! Mija u sebgha!

Ma tbiddel kwazi xejn

Tassew, xi whud isostnu li dawn l-atti supremi ta’ sagrificcju zdied hames darbiet fl-ahhar sena li ghaddiet minhabba li l-qawmien tal-poplu Tunesin f’Jannar tas-sena l-ohra beda sewwasew bil-hruq tieghu nnifsu u l-mewt taz-zaghzugh Mohammed Bouazizi. Izda din ir-raguni ma tfissirx ghal kollox dawn l-imwiet. Aktar minn hekk, tfissirhom id-disperazzjoni.

Infatti, sena shiha wara t-temma ta’ Ben Ali mill-poter, il-gvern tal-President tat-Tunesija, Monkef Marzouki, u tal-Prim Ministru Hamadi Jebali ma rnexxilux jeghleb bl-icken mod id-dizastru li halla warajh Ben Ali. Il-qaghad kompla jizdied (huwa 19% fil-pajjiz kollu u 50% fl-ibliet), il-prezzijiet tal-ikel u l-medicini―hwejjeg bazici―baqghu dejjem tilghin, u l-guh u l-ghakx ta’ miljuni ta’ familji ssokta jiggrava.

Aktar minn hekk, skont rapporti ta’ ghaqdiet internazzjonali, fosthom l-Amnesty International, l-istess nies li qabel kienu parti mill-gvern ta’ Ben Ali ghadhom sallum f’diversi postijiet ta’ setgha u poter; ghalkemm biddlu t-titli politici u amministrattivi taghhom, baqghu bhal qabel bl-istess lealtà: cjoè, lejhom infushom u lejn il-klikek korrotti taghhom. Il-korruzzjoni f’dan il-pajjiz sabih u mgerrah ghadu l-problema politiku numru wiehed.

Gejjieni ghal kulhadd

Il-mija u seba’ persuni―u aktar―li mietu b’sagrificcju ghall-paci u l-gustizzja tat-Tunesija huma nies ta’ bla isem u ta’ bla storja. Huma bhall-miljuni f’dan il-pajjiz mifni u bhal ohrajn f’pajjizi ohra madwar id-dinja li l-mewt taghhom donnha ma taghmel differenza lil hadd. Meta d-dawl tal-kameras u l-mikrofoni tal-gurnalisti jintefew u jittiehu f’imkejjan eccitanti ohra, jibqa’ biss id-disprament ta’ poplu abbandunat ghal rihu.

Il-karba taghhom donnha ma tinstemax. Donnu hadd ma jrid jismaghha. Minkejja li l-girien taghhom ghandhom il-gid u l-grazzja tal-paci, donnhom huma impassibbli ghall-wegghat terribbli ta’ dawn in-nies imsejkna.

L-istorja tat-Tunesija, bhal dik ta’ hafna popli ohra, bhal donnha ma tinteressax lil min jahseb li bizzejjed ghalih li jahseb fuq il-gid tieghu stess u jhalli lil haddiehor jahseb hu ghall-gid tieghu. Izda ebda gid ma jista’ jkun hemm ghal hadd jekk wiehed biss minn fost il-gens uman jibqa’ jbati l-ingustizzji u t-tbatijiet bla bzonn.

Il-gejjieni ma jista’ jkun sabih ghal hadd jekk mhuwiex sabih ghal kulhadd.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?