Meta jaqa’ l-ewro

Ftit minna jimmaginaw li nistghu nigu fixxa. Zmien it-tallaba u l-ghaks ilu li ntesa. Il-‘miraklu ekonomiku’ tas-snin sebghin―bid-difetti kollha li seta’ kellu―indara u jigi injorat. Bosta minna lanqas jaghtu kas, jew sahansitra jobsru, li digà hawn nies li jghixu b’id wahda wara u l-ohra quddiem; jisthajlu li, ghajr ghal xi arrangamenti mehtiega ’l hawn u ’l hinn, kollox miexi fuq ir-rubini; jemmnu li r-refugjati jezistu biss fl-Afrika u fl-Asja. Izda l-ewro, li fuqha issa nbniet l-ekonomija taghna, tinsab ghal nizla zgura ... u l-hajja kif gejna biex insiru nafu se tintemm aktar hesrem milli nistghu nimmaginaw.

Waqa’ zgura

Ma nghidx “jekk” jaqa’ l-ewro, izda “meta”; ghax il-waqa’ tieghu hija prattikament zgura. Dan nistghu narawh isehh sahansitra din is-sena stess. L-ewro beda jezisti fl-1992 bit-Trattat ta’ Maastricht u llum hu l-munita ufficjali ta’ 17 mis-27 pajjiz tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, li ssiehbet fiz-‘zonaewro’ fl-2008.

Jekk wiehed biss minn dawk is-17-il pajjiz jiddeciedi li jhalli z-zonaewro u jerga’ jibda johrog il-flus tieghu, l-ewro jikkrolla u s-sittax-il pajjiz l-ohra (barra forsi l-Germanja u Franza) jibqghu jsaffru l-Aida. Dan hu previst li jsehh matul din is-sena. Skont ic-Centru ghar-Ricerka Ekonomika u Kummercjali (CEBR) ta’ Londra, f’rapport mahrug fil-bidu tal-gimgha li ghaddiet, hemm 99% possibbiltà li z-zonaewro tibda tiddizintegra fl-2012.

Ghalkemm il-bicca l-kbira tal-popolazzjoni Maltija (fost popolazzjonijiet ohrajn) qajla tista’ taghmel xi haga biex tevita t-telf imminenti ta’ flusha, minn dak li rrizulta lili minn xi tahdidiet informali li kelli, jidher li xi whud li ghandhom zejthom fil-kus digà hadu l-prekawzjoni li jikkonvertu l-ewro taghhom f’kontijiet ta’ sterlini jew dollari f’pajjizi aktar stabbli minn dawk taz-zonaewro.

Sinjali cari

Wiehed mis-sinjal cari tal-waqa’ imminenti tal-ewro deher fix-xhur li ghaddew fis-self ta’ biljuni mill-Germanja lil pajjizi li digà jinsabu f’xifer l-irdum: il-Portugall u l-Grecja. Iehor car aktar deher fil-ftehim li sar ix-xahar li ghadda fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea (barra l-Gran Britannja) biex il-Germanja tibda tikkontrolla l-portmonijiet ta’ kulhadd.

Ovvjament, il-Germanja ghamlet dan l-ewwel u qabel kollox ghall-vantagg taghha nnifisha; sabiex tizgura aktar impjiegi. Hija tinsab komda hdejn pajjizi ohra taz-zonaewro, inkluz taghna, li d-dejn nazzjonali taghhom u l-evazjoni sistematika tat-taxxa lahqu livelli impossibbli u saru problema kronika. Sabiex tibqa tgawdi minn qligh akbar fuq l-esportazzjoni, dak li ma tridx il-Germanja hu li xi pajjiz taz-zonaewro jiddeciedi li jabbanduna l-ewro u jerga jdur biex johrog flusu.

Ghalkemm din il-possibbiltà ghandha d-diffikultajiet kbar taghha, xorta wahda hi ahjar (u, ghalhekk, aktar attraenti) ghal kull pajjiz taz-zonaewro (mghobbi―jekk mhux ukoll mifni―bid-dejn u l-evazjoni tat-taxxa) li l-ekonomija tieghu tigi kkontrollata minn barranin, naturalment b’effetti socjali enormi.

Effetti socjali

Huma dawn l-effetti socjali li huma l-aktar inkwetanti. Biz-zieda fit-taxxi diretti u indiretti fuq ic-cittadin iz-zghir, b’aktar tifrix ta’ mpjiegi prekarji, biz-zieda fil-qaghad, bit-tnaqqis fil-beneficcji socjali u b’mizuri ohra imposti ghal din is-sena mill-Unjoni Ewropea, ilkoll mahsuba biex jaghmlu tajjeb ghad-dejn li ghamel il-gvern u ghall-evazjoni tat-taxxa li jaghmel is-sinjur, il-gejjieni immedjat taghna―f’din is-sena 2012―ma tantx jidher ward u zahar.

Aktar minn hekk, meta Malta tigi mgieghla tikkonverti hesrem id-djun u l-assi kollha taghha mill-ewro ghal lira Maltija, il-piz fuq dahar ic-cittadin iz-zghir se jkun tqil hafna ghal xi whud u devastanti ghal hafna ohrajn. Dizgrazzjatament, zmien it-tallaba u l-ghaks se jerga’ jzurna, wara kollox.

Jaghmel tajjeb min jibda jahseb minn issa, meta hu digà tard wisq, x’se jaghmel meta jaqa’ l-ewro. Jekk jista’. Jaghmel tajjeb ukoll min, jekk ghandu xi responsabbiltà pastorali, ihejji ruhu sewwa ghal dan it-terrimot qerriedi li ghoddu wasal fuqna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?