Tifsila filosofija ghalik

Dalwaqt fl-Università ta’ Malta se jibda kors ta’ tliet xhur dwar il-filosofija f’Malta. Il-kors se jkun imfassal ghal tal-apposta sabiex ikun jista’ jghattendih kulmin hu b’xi mod interessat fis-suggett, kemm jekk digà jkollu xi tahrig filosofiku u kemm jekk le. Ghall-pubbliku generali, il-partecipazzjoni u r-registazzjoni huma bla hlas, u fl-ahhar ma jkun hemm ebda ezami x’wiehed jaghmel.

Kors l-università

Kors bhal dan hu principalment mahsub sabiex ikompli jkabbar l-gharfien fil-filosofija li ssir Malta. Il-lezzjonijiet se jibdew il-Gimgha, 17 ta’ Frar, u jintemmu fl-1 ta’ Gunju. Dawn isiru l-Università ta’ Malta, f’Tal-Qroqq, l-Imsida, bejn is-2.00 u t-3.00 ta’ waranofsinhar. L-ghalliem se jkun Fr. Mark Montebello.

Sabiex wiehed jirregistra ghall-kors, jehtieglu jaghmel dan billi jzur is-sit: www.um.edu.mt/publiclecturesregistration u jinkiteb hemmhekk. Il-kors ghandu s-sigla PHI2019 (Philosophy in Malta). Wiehed jista’ wkoll jattendi l-ewwel lezzjoni u hemmhekk jinghatalu taghrif ta’ kif jinkiteb.

Ghal aktar taghrif dwar il-kors, tista’ wkoll izzur Facebook: www.facebook.com/events/278501762169912/ - Hemmhekk ukoll ghandek issib kif tirregistra ghall-kors. Jekk trid aktar taghrif dwar il-kors, tista’ wkoll tikteb fl-email: montebello@gmail.com.

Kors ghal kulhadd

Ghalkemm xi whud ghandhom mnejn jibzghu jew jaqtghu qalbhom minn suggett bhalma hu l-filosofija, dan il-kors mhux biss jaghtik idea cara tal-attività filosofika f’Malta, izda wkoll jghinek sabiex inti stess tkun tista’ tiehu sehem f’dik l-attività. Wara kollox, il-filosofija hija diskussjoni kontinwa sabiex nifhmu ahjar lilna nfusna u d-dinja ta’ madwarna; dan tista’ taghmlu―u forsi ghandek taghmlu―int ukoll.

Il-kors se jiftah billi jaghti idea generali tal-istudju tal-filosofija f’Malta: kif isir u ghala jsir. Imbaghad, il-bqija tal-kors ikun maqsum fi tnejn. Fl-ewwel taqsima jigu diskussi temi generali u fit-tieni taqsima jinghata taghrif dwar xi nies f’Malta li jahdmu b’mod professjonali f’dan il-qasam.

It-temi generali tal-ewwel taqsima huma diversi. Fosthom hemm: ir-rwol tal-filosfi Maltin fis-socjetà taghna tallum; min jista’ jitqies filosfu u b’liema mod; l-istorja tat-tradizzjoni filosofika Maltija mis-16-il seklu lil hawn; ix-xejriet filosofici li ghandna Malta llum; kotba li johorgu Malta dwar il-filosofija; u l-vantaggi u l-izvantaggi li ghandha l-filosofija f’Malta llum.

Harsa mill-qrib

Bhalma tista’ tara, it-temi fl-ewwel taqsima tal-kors iduru dawra ma’ din l-attività sabiha tal-hsieb imsejha ‘filosofija’ li bosta minna―u mhux zghazagh biss―jingibdu lejha sabiex ikun jafu ahjar min huma u x’hobz tiekol is-socjetà li lkoll kemm ahna nghixu fiha.

Fit-tieni taqsima tal-kors, tinghata harsa mill-qrib lejn il-filosfi Maltin ewlenin. Fosthom ikun hemm dawn: Edward de Bono, Peter Serracino Inglott, Kenneth Wain, Mario Vella, Joe Friggieri, Sandra Dingli, Emmanuel Agius, Michael Zammit, John Portelli, Joseph Giordmaina u xi ftit ohrajn.

Dawn in-nies kollha jahdmu b’mod professjonali f’dan il-qasam tal-filosofija u lkoll kemm huma ppubblikaw diversi kotba interessanti dwar is-suggett. Meta wiehed isir jaf lilhom ahjar, minghajr ma jrid isir jaf ahjar ukoll il-bahar tal-hsieb Malti fejn habbat u ghadu jhabbat.

Kors maghmul hafif

Dan mhuwiex kors ghall-ispecjalisti biss. Hu kors kemm ghal min irid isir specjalista kif ukoll ghal min biss ihobb jitghallem aktar dwar il-kultura taghna tal-hsieb u dwar ir-riflessjoni li ssir il-hin kollu fuq il-hajja li nghixu f’dawn il-gzejjer. Hadd m’ghandu jaqta’ qalbu jitghallem dwar dan, anki ghax il-hsieb tal-kors huwa li ma jeskludi lil hadd. Anzi, jghin lil kulhadd jifhem, jiddiskuti u jahseb.

Il-kors kien inghata l-ewwel darba fl-Università ta’ Malta sittax-il sena ilu, fl-1996. Issa, li qieghed jigi offrut ghal darba ohra, ghandek l-opportunità li tkun parti minnu. Din tista’ tkun esperjenza tassew sabiha ghalik li m’ghandekx titlifha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?