Lealtà lejn min?

Ftit tal-gimghat ilu, ix-xena politika lokali offritilna okkazjoni mhux tas-soltu. Wara hafna tlugh u nzul, din wasslet ghal mozzjoni fil-parlament li, meta tqieghdet ghall-vot, spiccat m’ghaddietx. Ghalkemm l-ispettaklu kollu ma damx wisq, tana l-opportunità li nahsbu mhux hazin. L-aktar hsieb li laqat lili kien li, fl-ahhar mill-ahhar, ikoll gejna wicc imb’wicc ma’ wahda mir-realtajiet taghna: ir-rabta tal-lealtà li bosta minna ghandna.

Ir-regola

Xi rrid nghid bih dan? Irrid nghid li, apparti li, meta gejna ghas-si u n-no, il-muntanja welldet gurdien, welldet xi haga ohra li ma kellniex ghalfejn nistaghgbu biha. X’kienet? Kienet li, wara kollox, il-leatà ta’ min qajjem is-saram kollu kienet marbuta, mhux ma’ xi ideal jew ma’ xi principji gholjin, izda mal-istituzzjoni.

Ghala ma kellniex ghalfejn nistaghgbu b’dan? Ghax il-bicca l-kbira taghna huma hekk; il-bicca l-kbira taghna jaghzlu li jorbtu l-leatà taghhom aktar ma’ xi istituzzjoni li jserhu maghha u hi sserrah fuqhom, milli ma’ dak li nemmnu fih.

Habibna fil-parlament mhuwiex eccezzjoni. Anzi, huwa r-regola. Fi kliem iehor, huwa x-xbieha ta’ hafna minna li lesti li jparlaw hafna, imma meta jigu ghas-si u n-no, jaqbzu ghal fuq in-naha tal-konvenjenza, tal-istituzzjoni, tal-istatus quo, tas-sigurtà personali taghhom, u mhux ghal fuq in-naha―kif titlob l-irgulija―tat-twemmin taghhom.

Nemmnu?

Ahna socjetà ckejkna fejn in-nies ta’ madwarek u tac-crieki tieghek jibnuk daqskemm jistghu jhottuk. Hafna jirragunaw li ahjar maghhom, bid-difetti kollha taghhom, milli kontrihom jew, aghar, imwarrab minnhom; ahjar mal-gemgha milli wahdek, tperper qisek bandiera fuq bejt.

Bosta minna jghidu li jemmnu fi principji shah. Izda meta dawn il-principji jinqabdu fil-qran tal-istituzzjonijiet, huma liema huma, jaghzlu li, b’xi skuza jew ohra, iceduhom. Fl-ahhar mill-ahhar, jaghzlu dak li jista’ jaghtihom ftit minn dik is-sigurtà, anki jekk apparenti, li thallihom jiffunzjonaw bhala bnedmin f’gemgha.

Fi ftit kliem: mhux minnu li nemmnu. Ghax li kieku kien hekk, il-lealtà personali taghna ma norbtuha ma’ xejn jekk mhux ma’ dak li nemmnu fih. Izda l-konvinzjoni ccedi ghall-konvenjenza; it-twemmin ghal dak li jaqbel; l-idealizmu ghall-pragmatizmu.

Ix-xbieha taghna lkoll

Dak li gara fix-xena politika, u partikularment fil-parlament, nikket lil hafna nies ghal diversi ragunijiet, min ghax beza’ li r-rota se ddur u min ghax ma daritx. Lili nikktitni ghax rajt ix-xbieha ta’ hafna minna, u forsi tieghi wkoll, fl-ghazla ahharija li ghamel min qal li hu bniedem ta’ principju, izda li mbaghad intwera, bhalma wiehed jistenna, li kien qaddej iehor tal-konvenjenza, ta’ dak li hu xieraq, ta’ dak li hu jghodd ghalih innifsu milli ghal kulhadd.

Rajt fih ix-xbieha taghna fih u tnikkitt. Tnikkitt ghax rajt kemm ghandna mnejn ahna msejkna, kemm ghandna mnejn inzommu ma’ sinsla dghajfa, kemm ghandna mnejn ma nzommux mas-sewwa, kemm ghandna mnejn ma nhobbux lil pajjizna u lanqas lill-umanità. Jekk kien hemm bzonn, il-grajja mqanqla li sehhet regghet urietna ma’ xiex hi marbuta l-lealtà ta’ hafna minna.

Dan jien naghraf: li min m’ghandux il-leatà tieghu marbuta mas-sewwa, u mas-sewwa biss, ikunu xi jkunu l-inkonvenjenti u t-tbatijiet li din iggib maghha, ma jistax ihobb lilu nnifsu u lanqas ma jista’ jaghmel il-gid lil haddiehor.

Comments

  1. Jekk, bhal Mark, innehhu l-kuntest partitarju u personalizzanti minn dan kollu u niffokaw fuq is-sens tas-sewwa, allura hawn nistghu nghidu li s-sewwa bhala tali ntilef fuq tlett livelli: fuq dak individwali/etiku, dak socjali/politiku u dak demokratiku/istituzzjonali. Id-dissens hawn gie ikkalkulat sew f'terminu tajjeb (fis-sens agonistiku u demokratiku) u wkoll mhux daqstant tajjeb (f'sens strategiku), imma minkejja din l-opportunita, il-krizi ma wasslet ghal imkine hlief ghal iktar polarizzazzjoni.

    Iz-zewg nahat tal-kamra ghamlu argumenti simili u attakkaw lil xulxin billi wzaw ezempji storici (spustati) li kienu jaqblu lilhom (ghalkemm kien hemm kummenti li ma kienux mistennija wkoll, u li fihom infushom ituk x'tahseb dwar id-demokrazija infisha). Imma l-fatt jibqa' li fl-ahhar mill-ahhar l-argument suppost kellu x'jaqsam ma' dissens dwar punti specifici li kellhom jigu artikolati f'budget ekonomiku. Jekk kien hemm dan, illum ma nafux x'kienu ezattament dawn il-punti (hlief essenzjalizmu ta' kafkaf minn naha ta' kull parti). Dan ghaliex id-dramm sar farsa u din zammet lill-kulhadd milli jkun hemm dibattitu fuq dawn l-aspetti li smajna hafna bihom imma li bhall-pannu, gew imraqqa' bil-qargh'ahmar.

    Minflok agonizmu demokratiku, kellna s-soltu antagonizmu qalil fejn id-demokrazija giet zvijjata (konvenjentement ghall-dawk li jridu jzommu l-poter lil-hinn mid-demokrazija nfisha) ghal livelli partitokratici. B'hekk fl-ahhar rebhu l-interessi vestiti ta' l-Establishment u mhux l-interess tal-poplu li kien l-iskuza li kull naha wzat ghall-konvenjenza ta' l-argument.

    Lil hinn mit-tali persuna (li offriet argumenti li spiccaw instemghu bhal kawlata ta' punti tajbin, ohrajn konfuzi u ohrajn personalizzati ghall-ahhar); u lil hinn mill-merti, virtujiet u vizzji ta' kif agixxew il-mexxejja taz-zewg partiti; fl-ahhar mill-ahhar is-sewwa tilef ghaliex hadd ma jaf x'inhu s-sewwa f'dan il-kaz hlief dak li qed jghidu l-partiti b'mod l-aktar polarizzanti.

    Li zgur wiehed jista' jghid hu illi kif jinghad bl-Ingliz dan harrek l-aghar minn go fina. Ghalkemm din mhix xi haga ta' darba fil-politika, u dan mhuwiex xi fenomenu Malti, kif jghid sew Mark f'din ir-riflessjoni, din hija haga ta' niket ghal demokrazija ckejkna bhal din Maltija.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?