Dimech bl-Esperanto

Ftit tax-xhur ilu, gie mahrug ktieb interessanti li, biex nghiduha kif inhi, ftit li xejn minna jistghu jaqraw. Huwa ktieb bl-Esperanto, ilsien li jafu jitkellmuh ftit eluf biss ta’ nies fid-dinja. Minkejja dan, jidhirli li jkun interessanti jekk hawnhekk nghid xi haga dwar din il-pubblikazzjoni kurjuza.


L-Esperanto

Jezistu ilsna fid-dinja li nholqu bl-iskop li, appart l-ilsna differenti li jezistu fost il-gnus, jintuzaw bhala ilsna komuni fost in-nies kollha tad-dinja. L-aktar popolari fost dawn l-ilsna huwa l-Esperanto. L-isem ta’ dan l-ilsien jfisser (fl-Esperanto stess) ‘xi hadd li jittama’. Huwa isem li kien uza fl-1887 il-Pollakk Ludwig Zamenhof (1859–1917) flok ismu meta ppubblika l-ktieb UNUA LIBRO, li fih fisser kif wiehed jitghallem l-ilsien Esperanto.

L-iskop ta’ Zamenhof kien li johloq ilsien li jitghallmu malajr in-nies kollha tad-dinja halli jkabbru l-paci u l-ftehim bejniethom. Illum jinghad li dan l-ilsien jithaddtuh xi 10,000 ruh jew aktar f’madwar 115 pajjiz tad-dinja, specjalment fl-Ewropa, fil-lvant tal-Asja u fl-Amerika Latina.

Fl-1905 kien sar fi Franza l-ewwel kungress internazzjonali tal-Esperanto u dan baqa’ jsir kwazi kull sena. Ghalkemm ebda pajjiz ma ghadu hatar l-Esperanto bhala l-ilsien ufficjali tieghu, fl-1954 il-UNESCO ghazlitu bhala wiehed mill-ilsna taghha.

Huwa maghruf li min jaf l-Esperanto jkun jista’ jitghallem b’heffa akbar ilsna ohrajn.

Xoghol sabih

Il-ktieb bl-Esperanto li hareg ftit ilu jismu MI, MANWEL DIMECH (Jien, Manwel Dimech). Kif juri ismu, huwa l-bijografija ta’ Dimech fil-qosor. Fil-fatt, dan il-ktieb huwa traduzzjoni, maghmula minn Carmel Mallia, ta’ ktieb bil-Malti mahrug minn Mark Montebello fl-2006. Il-ktieb il-gdid igib 39 pagna.

Ghalkemm nistqarr li, sfortunatament, jien ma nafx naqra l-Esperanto, nista’, minn hawn u minn hemm, xi ftit jew wisq nifhem xi jgib il-ktieb il-gdid. L-ewwel nett, naghraf il-bicca xoghol sabiha li ghamel Carmel Mallia, mahbub kbir tal-ilsien Esperanto. Naf li kien ilu hafna bix-xewqa li l-bijografija mqassra ta’ Dimech tkun f’idejn dawk li jaqraw dan l-ilsien, u hawn irnexxielu, b’hafna tahbit, li jtemm b’success din ix-xewqa tieghu.

Il-ktieb ta’ Mallia huwa ppubblikat f’format ta’ A4 u b’hadma pulita hafna. Mallia ha hsieb li jzid fil-pubblikazzjoni hwejjeg li ma dehrux fil-verzjoni originali tal-ktieb, fosthom ritratti u siltiet mill-kitbiet ta’ Dimech. Dawn izidu mas-sbuhija tal-pubblikazzjoni u jghinu lill-qarrej japprezza ahjar il-hajja, il-hidma u l-personalità ta’ Dimech.

Xejra internazzjonali

Il-fatt li issa l-bijografija ta’ Dimech hija maqluba ghall-Esperanto taghti lit-tifkira tieghu dimensjoni internazzjonali. Biss biss, jekk nibqghu mal-iskop li ghalih Zamenhof kien johloq l-Esperanto, jigifieri, li jkabbar il-paci u l-ftehim bejn il-bnedmin, wiehed malajr jobsor li Dimech jixraqlu zvilupp bhal dan.

Dimech KIEN bniedem ta’ paci u ftehim. Dak kollu li ghamlu kien sabiex iseddaq fost in-nies l-ghaqda u l-gustizzja. Dimech holom fil-holqien ta’ socjetà ta’ libertà, ugwaljanza u fraternità, u dan hadem ghalih u miet ghalih. Zgur li Dimech kien jifrah bil-pubblikazzjoni tal-ktieb ta’ Mallia, ghax aktarx kien jarah bhala pass iehor, anki jekk ckejken, fid-direzzjoni tal-holma l-kbira tieghu.

Ghaldaqstant, Dimech bl-Esperanto hu ghodda prattika, izda wkoll sinjal simboliku. Ir-relevanza ta’ Dimech mhijiex maghluqa ghall-medda ckejkna tal-gzejjer Maltin biss. Hija relevanza li tmur hafna aktar lil hinn. Dimech jixraqlu gharfien internazzjonali ghax il-personalità u l-hsieb tieghu huma dehen tal-umanità kollha.

DANKI, MIA AMIKO CARMEL, KAJ GRATULON!

________________________________

Jekk trid tikseb kopja tal-ktieb, ikteb hawn lil Carmel Mallia: 99, La Vojo, Triq is-Santwarju, Haz-Zabbar ZBR 1012. Jew cempel: 2189 2381. Jew ibghat email: lavojo@maltanet. net.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?