Meta l-hsieb jitqanqal

Jekk joghgobk, nhar is-Sibt, 17 ta’ Marzu, qieghed nistiednek ghall-hrug ufficjali ta’ ktieb gdid tieghi, Malta’s Philosophy & Philosophers. Dan se jsir fil-Kazin Malti, Triq ir-Repubblika, il-belt Valletta, bejn l-10.30 ta’ filghodu u nofsinhar. Din l-istedina qieghed naghmilhielek sabiex inti jkollok opportunità tiltaqa’ daqsxejn mal-mod kif ahna l-Maltin u l-Ghawdxin nahsbu u nirragunaw.

Ktieb ta’ servizz

Fi ftit kliem, il-filosofija hija l-istudju tal-hsieb tal-bniedem. Ilkoll kemm ahna nahsbu, u lkoll nahsbu b’certu mod u manjiera. Dan nuruh fil-kliem taghna daqskemm fl-ghemil. Izda jigri li, bosta drabi, il-hsieb taghna mhuwiex hieles. Anzi, hu kkontrollat u llimitat minn hafna impressjonijiet li mhux dejjem ikunu xierqa jew korretti.

B’mod generali, il-bicca l-kbira tan-nies ma jirriflettux wisq fuq dak li jghidu jew jaghmlu, u wisq anqas fuq il-mod ta’ kif jahsbu. Ghalihom qisu m’hemmx x’tirrifletti dwar dan. Fil-fatt, mhuwiex hekk. Mohhna hu mizghud pregudizzji, nghidu ahna, impressjonijiet zbaljati, twemmin religjuz u politiku ... Dawn l-affarijiet ilewnu l-hsieb taghna u spiss jigri li ma jhalluhx jara l-affarijiet kif ikunu ghal kollox.

Il-filosofija tgharrex u tistharreg dawn l-affarijiet kollha. L-iskop taghna huwa tnejn. L-ewwel li tghinna nahsbu b’mod aktar xieraq – minghajr certezzi foloz jew attitudnijiet li jrazznu d-djalogu; it-tieni li, filwaqt li nitghallmu nirragunaw ahjar, nghinu lil haddiehor jaghmel l-istess.

Ktieb mimli

Hemm dejjem dawn iz-zewg nahat ghall-munita tal-filosofija: in-naha personali, jew individwali; u n-naha socjali, jew kollettiv. Fi kliem iehor, il-filosofija hija tahrig spiritwali tal-personalità u, fl-istess waqt, servizz socjali ghall-paci u l-gustizzja fid-dinja. Tifhem li tahrig bhal dan iqanqal il-hsieb, u l-hsieb iqanqal il-bidla.

Fil-ktieb il-gdid tieghi, li se johrog ghall-pubbliku nhar is-Sibt li gej, dan nistharrgu fl-gheruq u x-xnielel tieghu. Huwa ktieb li jghid storja: l-istorja ta’ kif is-socjetà Maltija zviluppat matul iz-zminijiet u x’kien dak li hasbu dwarha u dwar temi marbuta maghha diversi nies li hadmu l-filosofija b’mod professjonali.

Izda dan il-ktieb hu aktar minn hekk. Mhuwiex mimli ktieb minn qoxra sa qoxra jew pagna wara ohra. Huwa mimli wkoll ritratti mill-isbah. F’din il-pubblikazzjoni qghadt attent hafna sabiex il-prezentazzjoni tieghu tkun mill-isbah u mill-aktar attraenti. Il-mijiet ta’ ritratti li fih il-ktieb huma mahsuba sabiex jghinu l-hsieb jitqanqal xi ftit.

Ktieb habib

Dan il-ktieb ma tridx tkun professur l-università biex tiehu gost bih jew biex tifhmu. Jista’ jiehu gost bih kulhadd. Ghalhekk hdimtu b’dan il-mod. Ghaliex il-hsieb hu sabih f’kulhadd; u la darba bniedem ikollu hsiebu sabih, huwa sabih kollu kemm hu. Dan il-ktieb jista’ jghinek f’dan.

Naturalment, min ihobb il-filosofija jew l-istudju tal-hsieb, dan il-ktieb jixraq lilu wkoll. Fih isib spettaklu ta’ sfidi ghall-mohh, u bih jista’ jaqbad jew ikompli jistudja ahjar il-filosofija. Fi ftit kliem, dan hu ktieb ghal kulhadd. Irid icaqlaq il-hsieb tieghek u ta’ haddiehor, u forsi wkoll jghinkom taslu ghal xi hidma sabiha favur is-socjetà taghna.

Nhar is-Sibt, se jitkellmu Mark Debono, Lou Bondi u Sammy Meilaq, it-tlieta li huma midhla tal-filosofija u b’ghajnejhom sew fuq il-hidma filosofika f’Malta. L-okkazjoni ghandha tkun wahda sabiha li fiha ssir diskussjoni miftuha u niehdu flimkien qatra nbid.

Minn hawnhekk, jien nixtieq li nheggek tattendi ghal din l-attività jew, jekk ma tistax, nistiednek sabiex tikseb dan il-ktieb sabih u taghmlu habib tieghek. Grazzi.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?