Sunday, 18 March 2012

Saflahhar bdejna nitghallmu?

Ir-rizultati tal-elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali tas-Sibt li ghadda hallew lil hafna nies nistharrgu u jiddiskutu n-numri. Izda forsi l-aktar numru li gibed l-ghajn aktarx kien il-41% ta’ nies li ma marrux jivvutaw. Dan barra s-17% li ma gabrux il-vot halli jkunu jistghu jivvutaw. Ghall-bicca l-kbira tal-esperti u l-kummentaturi politici, dan kien sinjal negattiv ghall-ahhar. Jiena nahseb li dan hu sinjal pozittiv.

Azzjoni effettiva

Bhalma turi t-tabella li tidher hawnhekk, minn Marzu tal-2010 lil hawn, tista’ tghid li n-numru ta’ votanti fl-elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali naqas dejjem. Fl-elezzjonijiet li ghaddew, dan it-tnaqqis lahaq numru rekord. Ovvjament, l-interpretazzjonijiet ghala dan qieghed jigri huma varjati. Xi whud jaghzlu li jinterpretawh bhala speci ta’ protesta kontra l-gvern. Izda dan mhuwiex cert.

Jista’ jkun li bosta minna qeghdin saflahhar jitghallmu li l-ahjar mod kif ittejjeb dan il-pajjiz mill-marda politika tieghu huwa billi ma tivvota xejn. Mhux bi protesta kontra l-gvern; mhux bi protesta kontra l-oppozizzjoni; mhux bi protesta kontra xi hadd iehor; izda b’impenn favur it-tindif mit-tniggis politiku li marrad lil kulhadd u rrovina kollox.

Iva, impenn. Ghax vot li ma jingabarx jew ma jintuzax huwa effettivament azzjoni. Huwa azzjoni favur in-non-involviment f’loghba li saret patetika; huwa azzjoni ghall-helsien mill-pedagogija duttrinali tal-politici kollha, li jridu jibqghu jbellghuhielna li l-ezistenza taghhom hija importanti ghalina jew li l-essenza taghhom hija mehtiega ghall-pajjiz.

Sahha mill-poplu

Il-Maltin u l-Ghawdxin huma ossessjonati bil-politika partiggjana. Din l-ossessjoni turi ruhha f’kollox u kullimkien. Tinfluwixxi decizjonijiet li, proprjament, m’ghandhom ikollhom ebda indhil politiku. U fuq il-karta hekk hu. Imma fil-prattika l-istorja hi wahda differenti hafna.

Il-politika f’Malta m’ghandhiex maturità ta’ xejn. Ghax hi sistema li nholqot minn nies li ghandhom vantagg biex huma u shabhom ikomplu jkollhom dejjem aktar vantagg ghalihom infushom u ghal min hu habib taghhom. Hija sistema li taghmel lill-qawwi dejjem aktar qawwi u lid-dghajjef dejjem aktar dghajjef.

Id-dnub hu li hafna nies ma jirrealizzawx li din is-sistema tibqa’ tezisti SAKEMM IRIDU HUMA. Jistghu jwaqqfuha. Jistghu jrazznuha. Jistghu anki jxejnuha. Is-sahha kollha taghha tigi biss mir-rieda tan-nies, li, bi hsara ghalihom infushom, bit-tama li xi darba ma jkunx hekk, jibqghu jaghtuha l-attenzjoni taghhom, l-appogg taghhom u l-vot taghhom.

Il-politika partiggjana―anzi, il-politika kollha―tintemm fil-hsara li qieghda taghmel meta l-poplu jiddeciedi darba ghal dejjem li jichadha.


Maturità politika

Xi whud jghidulek li, li n-nies jivvutaw huwa dmir morali. Jghidulek li l-ezercizzju tad-dritt tal-vot huwa sehem mill-process demokratiku. Jiena nahseb li la wahda u lanqas l-ohra ma huma minnhom. Li wiehed jivvuta meta s-sistema hi mnawra ma jibqax aktar dmir morali. Anzi, id-dmir morali jsir li wiehed ma jivvutax.

Min-naha l-ohra, li wiehed jivvuta ghal grupp ta’ nies li, imbaghad, ghall-bqija tal-legislatura taghhom, jaghmlu li jridu u li joghgobhom, mhuwiex sehem minn ebda process demokratiku. Anzi, hu sehem fl-ghoti ta’ mandat u immunità lil oligarkija li taghmilha ta’ sid kulhadd u mhux ta’ qaddejja tal-poplu.

Il-maturità politika ta’ persuna fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha f’dan l-hekk imsejjah pajjiz mhijiex li wiehed jippartecipa fil-hazen ta’ haddiehor. Anzi, bil-kontra, hija li ma jippartecipax. U meta ma jippartecipax, ikun qieghed fil-fatt jaghmel l-akbar pjacir u l-aqwa gid lil pajjizu. Ghax ikun qieghed irazzan, billi jnehhi s-sahha, lil min jinqeda bil-politika u l-partiti sabiex isaltan u jaghmel li jrid.

Bravi l-41%! U bravi s-17% wkoll! Xi hadd donnu qieghed saflahhar jitghallem!

2 comments:

  1. L-politika hija dik ix-xiħaġa li toħloq/ tirranġa liġijiet f'pajjiżna. Iżda xi ħaġa li ma tosservax il-valuri tal-bniedem, ma tosservax dritt kollu taċ-ċittadin, l-politika llum il-ġurnata waqfet mil-ħarsien ta' dinjita tal-bniedem. Fejn qabel konna nħarsu lejn pajjiżna bħala stat li ma jiddependi min ħadd, illum il-ġurnata rqadna! naqas il-patriottiżmu!!

    Il-patriottiżmu huwa dik ix-xiħaġa li tagħtna l-identita tagħhna, xi ħaġa li fil-passat użajnijha bħala arma miċidjali. Arma li ħadmet u li kella l-għerqu tagħha ġejj lura min Vassali u Dimech.

    Jeħtieġ li jerġa jqum il-patriottiżmu, jeħtieġ li nitagħlmu nħarsu flimkien lejn ir-riżorsi ta' pajjiżna. Jeħtieġ pjan ġdid għal-Malta.

    K.Vella

    ReplyDelete
  2. Father, ma naqbek mieghek xejn. Jien nemmen li l-bniedem ghadu jevolvi u anke ahna l-Maltin ghadna ghaddejin minn dan il-proces. Meta tiftakar li demokritikament Malta bdiet din it-triq ftit exirem ta snin ilu, allura nemmen li ghamilna passi kbar il-quddiem.

    ghalhekk, il-poplu ghandu johrog bi hgaru u jivvota b'mohhu u b'dover u jwarab xi affiljazjoni politika, qisu ghandu xi obligu biex dejjem jivvota ghal dak il-partit. Il-poplu qed ikun aktar matur u jaf jaghzel bejn fatti, gideb u paroli fil vojt

    Ghaldaqstant, il-politici ikunu aktar konxji f'dak li jghidu u dak li jwedu u jifmu li s-siggu mhux perpetwu u; verament ikunu ta serviz ghac-citadin.

    ReplyDelete