Dmugh tal-kukkudrilli

Min jipprotegi l-industrija tad-droga huwa gravament hati quddiem is-socjetà u quddiem Alla tal-hsara bla qies li qieghed jaghmel f’pajjizna. Mhuwiex hati bhalu jew daqsu l-‘junkie’; u mhuwiex hati bhalu jew daqsu t-traffikant. Il-htija shiha taqa’ fuq il-protettur; li qieghed jaghmel possibbli l-hsara kollha li qieghda ssir.


Atti kundannabbli

Din il-gimgha li ghaddiet kellna, bhal kull gimgha ohra, u bhalma bla dubju se jkollna l-gimgha li gejja, kazijiet ohra li fihom persuni presumibbilment ‘junkies’ jidhlu fuq in-nies tal-affari taghhom u jippruvaw jisirquhom. Dan aktarx jaghmluh halli jsostnu l-vizzju terribbli u ikrah tad-dipendenza taghhom fuq id-droga.

Huwa naturali li kulmin jisma’ b’dawn il-kazijiet juri indinjazzjoni qawwija ghal atti bhal dawn u jaqsam kliem ta’ stmerrija ma’ ohrajn. Ghal ftit jiem, xi gurnalisti jisthnu fuq l-ahbarijiet ta’ dawn l-atti, imbaghad jibirdilhom. Maghhom, xi politiku ’l hemm u ’l hawn icaqcaq ilsienu halli jkun qal xi haga.

Dan kollu xejn ma jimpressjonani. Mhux ghax l-atti, fihom infushom, huma xi haga sabiha jew ghax ma nikkundannahomx b’sahhti kollha, izda ghax dan kollu ma hu xejn ghajr dmugh biered tal-kukkudrilli. Il-problema hemm qieghda u hemm se tibqa’. Anzi, dan id-dmugh tal-kukkudrilli jkompli jpaxxi lill-protettur tal-industrija tad-droga.

Impenn veru u serju

Mhuwiex veru li fil-gzejjer Maltin irridu nsolvu din il-problema. Hawn wisq nies qeghdin jieklu minnha. Isir hafna kliem li niggilduha u neqirduha; imma hu biss paroli fil-vojt; kliem li warajh m’ghandu ebda rieda politika li jitwettaq. Le, min jghid li l-industrija tad-droga―li aktarx hi l-akbar wahda f’pajjizna bhalissa―irid jeqridha mhuwiex sincier fid-diskors tieghu. M’hawn ebda rieda sabiex din tinqered jew sahansitra titnaqqas.

Qabel ma nibda nara impenn veru u serju sabiex il-protettur tal-industrija tad-droga jigi mliggem fil-hazen u r-reghba tieghu, le, ma nimpressjonax ruhi mill-kliem ta’ simpatija vojta li jinghadu kull meta jitwettaq att orrend iehor fejn nies innocenti jigu attakkati sabiex jinsterqu.

Ma jimpressjonawnix id-drabi li ‘junkies’ jittellghu l-qorti; ma jimpressjonawnix id-drabi li ‘junkies’ jintefghu l-habs; ma jimpressjonawnix id-drabi li l-pulizija jghidu li sabu ma nafx kemm-il kilo droga. Jimpressjonani biss meta l-politici jiddeciedu darba ghal dejjem li jibdew ikissru s-snien u d-dwiefer qarrieqa tal-protetturi tal-industrija tad-droga.

S’issa, jien dan qatt ma rajtu, u aktarx qatt ma jien se narah. Ghax min jipprotegi l-industrija tad-droga ghandu hbieb gholjin hafna; gholjin bizzejjed, infatti, biex ma jinkwetahom hadd.

Protetturi responsabbli

Qalbi tohrog ghall-vittmi bla qies ta’ din l-industrija kerha. Nisma’ bihom kuljum u niltaqa’ ma’ bosta minnhom il-hin kollu. Familji vittmi; ommijiet vittmi; ‘junkies’ vittmi; habsin vittmi. Iva, dawn kollha huma vittmi tal-protettur li ghandu d-demm u l-kuxjenza tal-baqq.

Fl-ahhar mill-ahhar, ma hu qieghed jiswa’ xejn, xejn, li l-‘junkies’ jigu arrestati, imtella’ l-qorti jew mitfugha l-habs. Ma jiswa’ xejn l-ghadab taghhom ghalihom. Dak li jaghmlu lil haddiehor meta jivvittimizzawhom innocentement huwa hazin u kundannabbli, bla dubju ta’ xejn. Izda mhumiex dawk li fl-ahhar mill-ahhar huma responsabbli jew il-hatja tad-dannu serju li qieghed isir fuq skala nazzjonali jum wara jum: huma l-protetturi li ghandhom din ir-responsabbiltà u l-htija.

Dawn il-protetturi tal-industrija tad-droga ma huma qatt fl-ghajn tal-pulizija; ma jigu qatt arrestati; ma jittellghu qatt il-qorti; ma jehlu qatt il-habs. Aktarx ta’ spiss naraw lil xi whud minn fuq il-gazzetti, izda mhux ghax inkunu nqabdu fuq xi att kriminali. Dawn jixxahxhu fid-dnub gravi taghhom minghajr ma jista’ ghalihom hadd.

Jien nibda’ nimmpressjona ruhi meta nara rieda politika vera, sinciera u qawwija biex mill-paroli nghaddu ghall-fatti. Mill-bqija, id-dmugh tal-kukkudrilli jibqa’ ma jimpressjonani xejn.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?