Politika minghajr partiti

Ghad jigi zmien, nehber jien, li l-partiti politici jispiccaw. Is-sistema tallum, imwaqqfa f’pajjizna mal-mitt sena ilu, ghad tilhaq livelli hekk assurdi ta’ redikulagni li l-kunsent generali jkun li, saflahhar, il-partiggjanizmu jitnehha min-nofs, u titnieda sistema differenti ghal kollox li tkun hafna aktar xierqa u sana.

Rizultati evidenti

X’hadna bil-partiti politici kulhadd jaf. Kollox, kull qasam tal-hajja taghna, inghata l-lewn ahmar jew blu. Xi kultant l-ilwien ikunu kkargati; xi kultant dghajfa; izda huma dejjem hemm. Il-kontaminazzjoni taghhom infirxet bil-mod il-mod u ghajbet kull haga li misset jew ma missetx maghha. Kollox huwa b’xi mod jew iehor imdakkar mill-ilwien tas-sahta partiggjana.

Ir-rizultat huwa evidenti: immaturità politika li tbikki; immaturità li turi ruhha f’irresponsabbiltà ta’ kull tip u fuq kull livell. Il-partiggjanizmu gabna nghixu qaghda ta’ tfulija permanenti fejn il-kappriccozità f’isem partit jew iehor jezonora lilu nnifsu milli jweggah id-dinjità tan-nies jew ghall-anqas jirrispetta d-dekor.

Bhal dipendenza tossika, il-partiggjanizmu holoq skala proprja ta’ valuri li, bil-mod insidjuz taghha, saret sopra-kultura xi minn daqqiet vizibbli izda hafna drabi invizibbli. Fuq kollox, holoq Alla ghalih; religjon proprja bil-moralità u l-etika taghha. Illum il-partiti politici huma socjologikament bhal setet

Il-qerda taghha nnifisha

Illum il-partiti politici huma socjologikament bhal setet. L-elementi ta’ protesta taghhom jinsabu fil-konvinzjoni li jehtieg jiehdu hsieb u jharsu lil dawk li huma taghhom. Hekk inqatghu mill-ideologija generali ta’ tmexxija gusta u, migbura f’kampijiet armati sa snienhom, iddecidew li juzaw l-arti tar-retorika u t-tattika tal-habi sabiex imexxu u jferrxu l-istrategija taghhom ta’ akkomodazzjoni konvenjenti.

Ebda partiggjanizmu ma jista’ jhares il-gustizzja, ghax din ma taf ebda fruntieri u ma tonqos qatt mill-generosità. Ghaldaqstant, il-partiggjanizmu lanqas ma jista’ jintrabat mad-dmir. Ghax ebda dmir ma jezisti jekk mhux marbut mal-gustizzja. Izda t-twemmin ta’ kull partiggjanizmu huwa akkuzazzjoni konsistenti kontra l-gustizzja li, f’isem id-demokrazija, ifittex biss li johloq predominju li jpaxxi lil tieghu u jghakkes lil haddiehor.

Il-partiggjanizmu huwa marda u, bhal kull marda ohra, jeqred lilu nnifsu. Jista’ jikber ghal hafna snin u jidher li ghandu l-hila jghix f’korp san. Izda fl-ahhar mill-ahhar jasal biex jimplodi fih innifsu u jgib il-qerda tieghu stess. Ghaldaqstant, pajjizna ghad jehles minn dan il-kankru, izda mhux qabel il-hazen tieghu jehzien aktar u jsir insopportabbli.

Ghad jasal il-waqt

Demokrazija sana ma jkollhiex partiggjanizmu. Jekk il-mirkeb taghha ikun id-dmir, it-tmut taghha tkun il-gustizzja: fejn iz-zghir ma jintrifisx fejn il-hbiebizmu ma jkollux lok u fejn il-familja umana tkun wahda li tghajjex u thenni lil kulhadd l-istess.

Tista’, iva, tezisti demokrazija minghajr partiti. Jista’ wkoll jezisti parlament minghajr partiti. Tista’ tezisti politika minghajr partiti. Dan ghad isehh meta saflahhar nagharfu li l-partiggjanizmu li sirna dipendenti fuqu nistghu nghaddu minghajru; meta saflahhar nagharfu li ninsabu lkoll f’dghajsa wahda li hu ghalina lkoll li tirkeb il-mewg jew tinzel tahthom.

Fuq kollox, dan ghad isehh meta saflahhar nagharfu li l-partiggjanizmu qieghed ifaqqarna; meta saflahhar nagharfu li n-nefqa finanzjarja biex inzommu hajja din il-bluha hi, mhux biss wisq ghalja, izda mhijiex mehtiega. Isehh meta saflahhar nintebhu li flus biex nghajxu u mmantnu l-partiggjanizmu ma fadlilniex.

Il-ferh ta’ ghada

Dan kollu xi hadd se jqisu kliem belhieni ta’ halliem b’rasu fis-shab. Izda, fil-fatt, iz-zerriegha u z-zargun tal-qerda tal-partiggjanizmu tieghu tinsab quddiem ghajnejn kulhadd. It-temma tieghu hi kwestjoni biss ta’ zmien. Ghad jasal u ghad ukoll jifirhu bil-wasla taghha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?