Popolarizmu

Min ghandu xi ghamla ta’ responsabbiltà fuq haddiehor―jigifieri min ghandu xi rabta ta’ fedeltà lejn l-istituzzjoni li jirrapprezenta―hemm zewg suriet ta’ popolarità li aktarx jista’ jfittex fost dawk li jigu tahtu: wahda hi dik li jaghmel affarijiet li jkunu joghgbuhom; l-ohra hi dik li ma jaghmel xejn li ma joghgobhomx.

Hila u sengha

Dawn iz-zewg suriet ta’ popolarizmu, it-tnejn jonqsu minn dik li tissejjah ‘tmexxija’. Meta wiehed imexxi lil haddiehor, aktarx ghandu d-dmir li jaghti gwida u direzzjoni lil dawk li hu jmexxi. Hu mistenni li jkun hu li juri l-aktar inizzjattiva, u mhux dejjem joqghod jistenna lil haddiehor li jindikalu x’irid jaghmel.

Hafna mexxejja bla sinsla dan ma jaghmluhx. Ghaldaqstant, ftit jistghu jissejhu ‘mexxejja’, ghax fil-fatt imexxihom haddiehor, flok imexxi hu lilhom. Il-hatra nnifisha ta’ persuna ghal ufficju ta’ tmexxija ma taghmilx mexxej minn dik il-persuna. Kull tmexxija tehtieg hila u sengha: hila ta’ bniedem li ghandu l-immaginazzjoni u l-fibra; sengha ta’ bniedem li jaf jittraduci l-ideat f’hidmiet. Bosta mexxejja la ghandhom il-wahda u l-anqas l-ohra.

Nies bhal dawn huma biss amministraturi tal-ufficcju li jokkupaw. Iwettqu d-dmir taghhom bl-anqas hajra possibbli billi jfittxu biss li jillimitaw kemm jista’ jkun il-hsara li tista’ ssir lill-istituzzjoni li jirrapprezentaw. Hekk, jekk gid wisq ma jaghmlux, ghall-anqas lanqas ma jaghmlu wisq deni. Minghalihom.

Indifferenza


Bniedem li la ghandu l-hila u lanqas is-sengha li jmexxi―izda biss il-hila u s-sengha ta’ amministratur―minghajr ma jrid ikollu jaqa’ ghaz-zewg suriet ta’ popolarizmu li semmejt. Hafna drabi, lil dawn in-nies issibhom igergru kontra, jew sahansitra jmaqdru, l-hekk imsejjah popolarizmu ta’ persuni li juzaw l-immaginazzjoni, il-fibra u l-sengha taghhom li jittraduci l-ideat f’hidmiet. Isostnu li dak li dawn jaghmlu hu biss ghall-publicità taghhom infushom jew sahansitra ghamla ta’ esebizzjonizmu.

Huwa naturali li dawn l-hekk imsejha mexxejja jissusspettaw f’dak kollu li huma stess m’ghandhomx il-hila u s-sengha jaghmlu; ghax kulhadd ikejjel b’xibru. Dak li aktarx ma jagharfux huwa li huma stess huma popolaristici fl-aktar tifsira kerha tal-kelma. Dan ghaliex, jekk huma ma jaghmlu xejn biex ikabbru l-popolarità taghhom (ghax din, taparsi, iqisuha haga baxxa), min-naha l-ohra lanqas ma jaghmlu xejn li jista’ jwassal biex haddiehor isib fihom x’imaqdar.

B’hekk ma jaghmlu xejn. Ihallu kollox ghaddej mar-rih; jew, l-aktar l-aktar, jaghmlu affarijiet li la jfuhu u lanqas jintnu; affarijiet indifferenti li la jnaffru u lanqas ituqu lil hadd; affarijiet li m’ghandhom xejn mill-kwalità ta’ tmexxija.

Tmexxi jew titmexxa

Jekk taghti harsa hafifa hafifa madwarek, tintebah li bosta istituzzjonijiet ma huma sejrin imkien. Qishom (biex nghid hekk) vapur fuq bahar li, ghalkemm ma jsibx il-qiegh, però, min-naha l-ohra, lanqas ma hu sejjer imkien; filwaqt li l-kaptan jiehu hsieb bir-reqqa x’jigri u x’ma jigrix abbord, halli jara li kollox isir sew, mill-banda l-ohra ma jaghti ebda direzzjoni ta’ ’l fejn irid li l-bastiment jaghti rasu.

Meta hekk imsejjah mexxej jmur mar-rieda ta’ dawk li ghandu tahtu, u ma jiehu ebda inizzjattiva li tista’ b’xi mod iddejjaqhom jew turtahom, hafna drabi kulma jkun qieghed jaghmel hu li jfittex li joghgobhom jew ipaxxi r-rieda taghhom. Dan jissejjah popolarizmu, mhux tmexxija. Ghax fil-fatt huma huma li jkunu qeghdin imexxu lilu, u mhux hu lilhom. Tassew, forsi joqghod attent li l-kapricci taghhom ma jgibux xi hsara zejda; izda b’daqshekk mhuwiex qieghed jaghmilha ta’ mexxej, izda pjuttost ta’ gwardjan.

Hija l-biza’ dik li tirrovina t-tmexxija vera: biza’ mit-tibdil; biza’ mid-diskuntentizza; biza’ mill-inizzjattivi; biza’ mic-caqliq. Mhuwiex xieraq, tassew, li mexxej ifittex li jkabbar il-popolarità tieghu ma’ dawk ta’ tahtu, izda bl-istess mod mhuwiex xieraq li jkabbarha xorta wahda billi ma jaghmel xejn li jista’ jdejjaqhom jew jurtahom.

Min ma jmexxix, jitmexxa.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?