Sunday, 1 April 2012

Territorjalità razzjali

Ghalkemm, sa minn dejjem, is-sentiment razzista li kien jorbot mas-sens ta’ identità, jidher li f’dawn l-ahhar snin ha xejra kemxejn differenti fit-tifsira tieghu. Illum, ir-razzizmu hekk kif zviluppa f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin huwa pjuttost ta’ natura territorjali u, ghaldaqstant, huwa marbut mill-qrib mal-idea ta’ nazzjonalità.

Identità u razzizmu

Fundamentalment, ir-razzizmu jinbet minn impressjoni ta’ identità: meta n-nies jiddefinixxu min huma u, ghalhekk, kif inhuma differenti minn haddiehor, jew kif haddiehor hu differenti minnhom. Meta nitkellmu dwar ‘jien’ (jew ‘ahna’) u ‘huma’, jigu mfittxija karatteristici li jiddistingwuna u joforquna minn xulxin.

Ghalkemm dan, wahdu wahdu, ma jikkostitwixxi ebda sentiment razzista, jista’ jwassal sa hemm. Ovvjament, ahna lkoll differenti minn xulxin, xi kultant b’modi sinifikanti. B’daqshekk, meta wiehed jew wahda jagharfu dan, ma jfissirx li huma razzisti. Xejn minn dan. Jagharfu biss id-distinzjoni taghhom minn haddiehor, u jagharfu wkoll l-unicità taghhom, jekk trid, minn haddiehor.

Ir-razzizmu jidhol meta dik l-idea ta’ identità tibda tintuza bhala skuza jew raguni sabiex haddiehor ma jigix irrispettax kif inhu xieraq. Din is-sura ta’ nuqqas ta’ rispett ma tkunx sempliciment mibnija fuq antipatija jew nuqqas ta’ qbil, izda aktar u aktar fuq hwejjeg ta’ natura essenzjali ghall-bniedem, bhalma huma il-kapacitajiet fizici, intellettwali u morali tieghu.

Razzizmu biologiku

Fl-imghoddi, ir-razzizmu kien aktar imsejjes fuq ragunijiet biologici. Is-sens ta’ identità―jigifieri ta’ minn min ‘jien’ (u ‘ahna’)―wassal sabiex xi nies bdew jitqiesu biologikament inferjuri u, konsegwentement, xi nies ohrajn biologikament superjuri. Il-ferq ma kienx sempliciment bejn nies ta’ gilda cara u nies ohrajn ta’ gilda skura. Il-ferq kien aktar jinftiehem f’kuntest ta’ progress u evoluzzjoni.

Fi kliem iehor, il-‘fqar’, jigifieri dawk li ghal ragunijiet ekonomici u politici, kienu baqghu lura milli jiehdu sehem fil-gid xjentifiku u tekonologiku, bdew jitqiesu inkapaci biologikament li fil-fatt qatt jiehdu sehem f’dan il-gid. L-idea kienet li hemm nies li kienu biologikament kapaci li jaghmlu progress u jevolvu, u ohrajn li din il-kapacità ma kellhomx.

Ovvjament, in-nies ta’ gilda skura, li fil-fatt kienu fost l-aktar nies sfruttati mis-‘sinjuri’ tal-gilda cara, kienu l-iprem li gew ittrattati hazin b’konsegwenza ta’ din il-mentalità. Izda mhux biss. Xi ‘sinjuri’ ta’ gilda cara kienu anki jqisu certi nies ta’ gilda cara bhalhom bhala inferjuri u inkapaci biologikament. L-istess jista’ jinghad ghal xi nies ta’ gilda skura dwar nies ohrajn ta’ gilda skura bhalhom.

Razzizmu u nazzjonalità

F’kelma wahda, ir-razzizmu kien kullimkien u mifrux fost kulmin, sabiex jisfrutta ’l haddiehor, johloq miti ta’ inferjorità u superjorità. Illum dawn il-miti bhal donnhom spiccaw u flokhom dahlu miti ohra ta’ natura territorjali. Il-kuncett ta’ nazzjonalità gabet maghha l-idea ta’ fruntieri li jifirdu l-pajjizi, u l-idea li l-art li jhaddnu dawk il-fruntieri kienet ta’ min jghammar fiha.

L-idea ta’ nazzjonalità giet imsiehba ma’ dik ta’ identità, u dawn flimkien ma’ dik ta’ razzizmu. Dan issa ma baqax aktar fuq livell biologiku biss, bhalma kien qabel, imma ha xejra ta’ fejn ghandhom jibqghu jghixu certi nies u mhux ohrajn. Ovvjament, dan sar sabiex il-pajjizi s-sinjuri ma jkollhomx jaccettaw nies minn imkejjen ohrajn li setghu jfixklulhom il-kummerc. Minn dawn in-nies riedu biss ammont li kien konvenjenti ghalihom.

Il-qtil razzista tal-mibki zagzhugh Sudaniz, Osama Al Shzliaoy, f’Paceville ftit tal-gimghat ilu ghandhu minn dan ir-razzizmu territorjali li bosta huma mdakkrin minnu f’pajjizna. Ghal dawn, Malta hija ‘tal-bojod’ u l-Afrika hija ‘tas-suwed’, kif jghidu huma. Huwa argument bla sens daqskemm hu bla sens l-argument tal-inferjorità u s-superjorità biologika.

Qtil deplorabbli

Izda dan il-qtil kien differenti wkoll minn dak tal-mikbi zaghzugh Sudaniz l-iehor, Suleiman Abubaker, fl-1999 f’Paceville ukoll. L-akkuzat f’dan il-kaz kien wiehed Malti, li ftit tal-gimghat ilu hareg illiberat mill-akkuzi migjuba kontrih. Imma l-issusspettati fil-kaz ta’ Shzliaoy huma aktarx barranin ta’ gilda cara. Minkejja dan, jekk inhu hekk, xorta wahda r-razzizmu territorjali qabad lilhom fil-genn u l-assurdità tieghu sabiex jagixxu b’mod inuman u kriminali gewwa pajjiz haddiehor, li hu presumibbilment parti mill-kontinent ‘abjad’ Ewropej.

Id-dinja hi ta’ kulhadd u kull art hi ta’ kulhadd. Il-fruntieri, il-pajjizi u n-nazzjonalitajiet―u, ghalhekk, l-identitajiet marbuta maghhom―huma kollha invenzjoni tal-bniedem. Ghaldaqstant huma artificjali, suggettivi u arbitrarji. Dan ma jfissirx li mhumiex qawwija. Tant huma hekk, li kapaci jwassla sahansitra ghall-agressjoni, l-umiljazzjoni u l-qtil.

Li hu l-aktar deplorabbli u kundannabbli f’dan kollu huwa l-fatt li ftit huwa t-taghlim veru tal-massa li jiggieled il-mentalità u l-bluha tar-razzizmu territorjali jew ta’ xi tip iehor fostna.

1 comment:

  1. Artiklu interessanti u naqbel ferm ma dak li qed tghid. Xi haga ohra interessanti hi li filwaqt li qeghdin nersqu aktar u aktar lejn dinja virtwali, hafna minn dawn l-attitudnijiet qed jingarru anke f'dinjiet li m'humiex fisici. Jiktbu dwar dan Bailenson u Blaskovich fil-ktieb gdid taghhom "Infinite Reality". Filfatt huma anke jitkellmu kif, anke f'dinja virtwali bhal 'Second Life', bniedem b'rapprezentazzjoni ta' 'Avatar' li jkollu gilda skura, huwa suggett ghal atti li jistghu jigu mitqiesa bhala diskriminatorji u anke f'certu kazijiet razzisti. Bl-istess mod, l-istess persuna b'gilda b'kulur skura, tirraporta kif hafna drabi anke f'dinja virtwali taf thossha aktar vulnerabbli, u inqas kunfidenti. Dawn m'humiex affarijiet sbieh anzi jindikaw kif il-bniedem, ghalkemm jaf jaghti hafna, ghad jonqsu hafna biex jitkellem dwar imhabba.

    ReplyDelete

Top posts last 30 days

Top posts ever