Il-holma ta’ Frans

Ftit tal-gimghat ilu, is-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS) xandret il-ktieb tal-mibki Frans Sammut, Il-Holma Maltija, tmintax-il sena wara li kienet harget l-ewwel edizzjoni tal-istess ktieb. Ix-xoghol, marbut mal-figura u l-personalità ta’ Mikiel Anton Vassalli, huwa bazikament rumanz storiku msejjes fuq ricerka qawwija dwar il-kundizzjonijiet storici u l-filosofiji ta’ tmiem is-seklu dsatax.


Il-kittieb ta’ Samuraj


Izda l-Holma Maltija hu aktar minn semplici holqien ta’ artist letterarju. Huwa jgharrex mill-qiegh l-ideologija ta’ Vassalli u jistharreg fit-tul il-vizjoni nazzjonali li kellu ghal pajjizna fost tant saram u hemm. Fuq kollox, fuq livell iehor il-kitba hija tifsira mirquma tal-holma li Frans Sammut stess ghozz f’qalbu ghalih innifsu u ghall-poplu Malti tal-lum u ta’ ghada.

Lil Frans jien iltqajt mieghu hafna snin ilu meta hareg il-ktieb Samuraj, imxandar ghall-ewwel darba fl-1975. Bhal hafna ohrajn, fl-età zghira tieghi kont bqajt impressjonat b’dik il-kitba, bl-azzard taghha u fuq kollox bl-isfidi taghha. Niftakar sew is-sensazzjoni mkwetanti li l-ktieb kien qajjem f’dak iz-zmien, bl-iskandlu li nissel u bil-periklu li bosta kienu raw fih.

Minn dak iz-zmien ’il quddiem, fl-immaginazzjoni tieghi ghalija Frans baqa’ dejjem xi ftit jew wisq il-“kittieb ta’ Samuraj”, anki meta wara sirt nafu personalment, smajtu jitkellem kemm-il darba u qrajt bosta xoghlijiet ohra tieghu, inkluz Il-Holma Maltija. Kellu 30 sena meta kiteb dak il-ktieb u, ghalkemm il-ktieb l-iehor tieghu, Il-Gagga, ta’ erba’ snin qabel (1971) kien digà tah isem fost il-kittieba Maltin, xorta wahda inqis li kien f’Samuraj li Frans kixef l-aqwa xbieha ta’ ruhu u tal-holma tieghu.

Bidla fl-interpretazzjoni storika

Minkejja dan, bl-istudju qawwi li kellu jaghmel wara dwar zmien u hsibijiet Vassalli, Frans wettaq xi haga ohra. Ir-rizultati ta’ dan ix-xoghol spiccaw biex ghandhom siwi mhux biss letterarju jew artistiku, izda wkoll storiku. Xoghlijiet bhal Il-Process Vassalli (1980), Ir-Rivoluzzjoni Franciza (1989), Bonaparti f’Malta (1997), u l-pubblikazzjoni tal-Lexicon ta’ Vassalli (2002)―barra, naturalment, Il-Holma Maltija nnifisha―effettivament biddlu l-mod kif ilkoll bqajna nharsu lejn il-grajjiet li sehhew f’Malta fl-1798 u l-qawma tal-Maltin kontra l-Francizi.

Sa qabel l-istudju ta’ Frans, hadd ma kien jiddubita l-interpretazzjoni li kienet inghatat ta’ dawk il-grajjiet. Kulhadd kien jemmen li Napuljun kien bniedem halliel u profanatur li gab mieghu il-jasar u ghakkes il-poplu. Frans giddeb din l-interpretazzjoni u rnexxielu jibdilha. Wera li Napuljun kien fil-fatt hellies u li l-qawmien tal-Maltin kontrih kien frott it-tixwix ta’ nies konservattivi u reazzjonarji li b’Napuljun kellhom x’jitilfu l-privileggi u l-vantaggi li haznu maz-zmien fuq dahar il-fqar, l-imsejkna u l-imwarrba.

Fl-ahhar mill-ahhar, il-holma ta’ Frans kienet li l-ideali sbieh u gholjin li kellhom Napuljun u nies ohrajn tal-istess stoffa tieghu, fosthom Vassalli, jixxettlu llum ukoll, f’kundizzjonijiet materjali u storici tant differenti minn taghhom, fil-qlub u l-imhuh taghna lkoll. Anki rumanzi bhal Paceville (1991) stharrgu u taw sehem biex ilahhmu din il-holma.

Kittieb ta’ tama kbira

Frans ma kienx xi studjuz jew kittieb li rasu kienet fis-shab jew fl-imghoddi. Kienet ras attenta ghal dak li qieghed jigri llum. Saqajn Frans kienu sewwa fl-art. Hsiebu kien jifhem tajjeb liema jasar gdid, liema ghelt mistur, liema hemm mohbi, qieghed ikidd il-gens Malti llum, bis-sofistikazzjoni kumplessa li ssawru. Frans dankien jarah u jifhmu, u ried li l-holma tieghu titwieled bhal kundizzjoni ta’ liberazzjoni u helsien.

Dan kollu jfissru b’arti mirquma f’Il-Holma Maltija u f’xoghlijiet ohrajn tieghu, bhalma wkoll isostni Matthew Theuma fi ktieb iehor, Vassalli f’Il-Holma Maltija, mahrug mill-SKS din is-sena. Hija tifsira li xieraq int ukoll issir midhla taghha. Ghax, wara kollox, inkitbet ghalik u, fuq kollox, ghall-imhabba tal-helsien li ghandu jkollok.

Ghalkemm, b’xorti hazina, Frans Sammut halliena qasir l-ghomor, lehnu jibqa’ jidwi. Jibqa’ jidwi ghax hu lehen safi li ried biss gid lil ghajru u lil pajjizu. Jibqa’ jidwi, fuq kollox, ghax hu lehen ta’ bniedem li habb il-hajja fl-isbah u l-ohla tifsiriet u espressjonijiet taghha.

Il-Holma Maltija hu ghall-bejgh mill-hwienet ewlenin tal-kotba.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?