Il-loghba b’Tymoshenko

Waqt li l-gvern tal-Ukrajna lest jghannaq, ihobb u tbus lill-popli kollha tal-Ewropa―u dan qed jurih flimkien ma’ dak tal-Polonja bl-ispettaklu favuluz tal-UEFA EURO2012―fl-istess waqt mejjet biex jizbrana lill-unika persuna li lesta tiqaflu: Yulia Tymoshenko, ex-Prim Ministru tal-Ukrajna, Kap tal-Oppozizzjoni u issa priguniera tal-Istat.

Karta hamra fl-Ukrajna

L-Unjoni Ewropea, kif ukoll diversi gvernijiet ta’ pajjizi fi hdanha, ufficjalment cahdu li jiehdu sehem fl-ispettaklu prestiggjuz tal-futbol li qieghed jigi organizzat mill-Ukrajna flimkien mal-Polonja. Ir-raguni hi li politikament fl-Ukrajna mhux kollox sejjer harir. Anzi, hemm xamma qawwija ta’ korruzzjoni u abbuz istituzzjonali.

Sentejn ilu, meta l-Prim Ministru attwali, Viktor Yanukovych, kiseb il-gvern f’idejh, l-ghajta ta’ tbaghbis fir-rizultat tal-elezzjoni xehtet lill-Ukrajna aktar ’l isfel fl-iskala ta’ demokrazija accettabbli. Imbaghad, ftit wara, meta l-kaz ta’ korruzzjoni kontra Tymoshenko, il-Kap tal-Oppozizzjoni, rega’ gie miftuh fuq akkuzi dubjuzi, din il-majnata kompliet tiqliel. Il-kaz jikkoncerna ftehim dwar il-gass li Tymoshenko ffirmat mar-Russja bhala Prim Ministru fl-2009.

F’Ottubru li ghadda, Tymoshenko kienet instabet hatja u kkundannata ghal seba’ snin habs, fejn ghadha sal-lum. Dan minkejja li, b’kunsens wiesgha, inkluz mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Russja, li l-guri taghha kien serjamnt pregudikat u vvizzjat.

Kuntrasti inkwetanti

Tymoshenko mhijiex l-unika priguniera politika li ghandu l-Istat Ukrajn bhalissa. Fil-habs hemm madwar erbghin prigunier iehor li, b’xi mod jew iehor, jopponu lill-gvern ta’ Yanukovych, izda li ghal xi raguni jew ohra nstabu hatja ta’ reati kontra l-Istat. Fi ftit kliem, Yanukovych ma jridx oppozizzjonijiet u, demokrazija jew mhux demokrazija, irid biss li jsikkithom.

Dan kollu jikkuntrasta hafna mal-fatt li, filwaqt li tippersisti din is-sitwazzjoni gravi u intollerabbli, l-Ukrajna, flimkien mal-Polonja, qieghed ttella’ spettaklu kbir ta’ hbiberija u fraternità bejn il-gnus Ewropej, spettaklu ta’ futbol li hafna minna jsegwu b’attenzjoni kbira.

Minkejja s-sbuhija femminili taghha, Tymoshenko tista’ ma tkunx mill-helwin. Jista’ ghandha l-htijiet taghha. Ghalkemm tilghabha ta’ mara tal-poplu, fir-realtà hi miljunarja li mtliet tilja flus kbar kwazi mil-lejl ghan-nhar. Minn fejn gew dal-flus donnu hadd ma jaf kif ezattament. Jibqa’ l-fatt, però, li Tymoshenko hija wahda mill-ftit politici Ukrajni li jistghu joffru oppozizzjoni serju nazzjonali ghat-tghawwig ta’ Yanukovych. Zgur li t-trattament taghha, kif ukoll ta’ oppozituri ohra, mill-gvern tal-gurnata ma hu xejn ezemplari jew trasparenti.

Loghob bin-nies

Forsi hadd minna m’ghandu jibbojkottja l-ispettaklu tal-EURO2012 jew jieqaf isegwi t-timijiet preferiti tieghu. Izda lanqas m’ghandu jinsa r-realtajiet ibsin u mudlama tal-poplu Ukrajn f’dan il-mument delikat tal-hajja demokratika tieghu. L-EURO2012 gie u jitlaq, izda r-realtajiet jibqghu. Ebda spettaklu, ilellex kemm ilellex, m’ghandu jnaqqsilna s-sens ta’ solidarjetà li ghandna nhossu lejn popli li qeghdin isofru l-effetti koroh tal-intransigenza u l-intolleranza, specjalment dik istituzzjonali.

Kulhadd jaf li, habs jew mhux habs ghall-obbjetturi tal-gvern fl-Ukrajna, l-EURO2012 se tkompli bhalma kien ippjanat. Ghala? Ghax il-futbol hu attività kummercjali enormi bi skuza sportiva; u l-kummerc m’ghandux rispetti wisq lejn demokraziji u oppozizzjonijiet. Jghoddu biss il-profitti.

Dan hu sintomatiku tad-dinja (xi ftit jew wisq rasha ’l isfel) li qeghdin nghixu fiha. Fuq kollox, hu ezempju iehor (kumpless kemm trid) ta’ nuqqas ta’ rispett lejn l-individwu u s-supremezija li ghandu jkollu. Hu anki ezempju tal-fratturazzjoni li s-sistema tisfrutta; jigifieri, li filwaqt li f’xi oqsma ggib ruhha sewwa, f’ohrajn iggib ruhha hazin u hazin hafna. Dan ihawwad lilna u jivvantaggja lilha.

L-intolleranza u l-intransigenza m’ghandhom ikunu mkien, fil-politika daqskemm fl-isport. Jew ahna favur ir-rispett tal-individwu jew m’ahniex. Il-loghba bin-nies ma hi sabiha u accettabbli qatt.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?