Garrab is-sigar

Hija weggha ta’ qalb kull darba li, kif tkun ghaddej minn hawn jew minn hemm f’pajjizna, kemm Malta kif ukoll Ghawdex, tintebah li sigar li kienu ilhom hemm ghexieren, jekk mhux mijiet, ta’ snin sparixxew u saru vittmi tal-‘progress’. Sirt niehu qatgha malli nara l-ingenji tal-kostrutturi jiehdu l-pozizzjonijiet taghhom f’xi qasam jew iehor. Minnufih inhares madwarhom halli nara liema se jkunu s-sigar vittmi li jmiss. Ghax, bil-maghmul, l-ewwel ‘fazi’ ta’ kull pjan ta’ kostruzzjoni pubblika ― ohrog il-ghageb ― donnha hija: Qaccat is-sigar kollha li ssib!

Tqaccit tas-sigar

Xi whud jahsbu li s-sigar jistghu jigu maqlugha mill-gheruq u mizrugha xi mkien iehor. Din hija impressjoni mifruxa hafna. Anzi, xi whud jemmnu li, meta jintebhu li xi sigar sparixxew, jassumu li, fl-ghaqal kollu taghhom, il-kostrutturi privati u l-gvern pubbliku li qabbadhom, hekk ikunu ghamlu: zerghu s-sigar xi mkien iehor. Ghall-anqas, hekk inghataw l-impressjoni mill-propaganda pubblika li ssir.

Din hija impressjoni zbaljata. Hafna sigar li ma tarax aktar fit-toroq jew f’postijiet pubblici ohrajn ma jinzerghux f’lokalitajiet ohrajn. Sempliciment imutu u jintremew. Sigar li, bosta minnhom, ikunu twieldu qabilna. Sigar li, suppost, xi whud minnhom huma taparsi protetti mil-ligi.

Fil-bicca l-kbira l-kbira taghhom, is-sigar li jinqalghu, imutu. Ibda biex, hafna drabi l-ghomor taghhom ma jippermettix li jinqalghu minn posthom u jinzerghu xi mkien iehor. It-tieni, is-sistema li tintuza sabiex jinqalghu minn posthom hi barbarità shiha: tithazzez cirkonferenza ta’ ftit piedi madwar is-sigar u l-gheruq kollha lil hinn mic-cirkonferenza jigu sserati ’l barra. Bil-ftit gheruq li jkun fadlilha, is-sigra tintrabat ma’ krejn, li jissussaha sakemm iccedi l-qabda taghha.

Il-vittmi li jmiss

Il-bicca l-kbira tas-sigar li jinqalghu huma ddestinati li jmutu b’dan il-mod; ma jifilhux ghal din il-kedda u lanqas ma hu fizikament jew biologikament possibbli li jghixu wara din il-vjolenza fuqhom. Le, hafna mis-sigar li jinqalghu u jitqacctu ma jghixux ― ghandhom kemm ghandhom snin u zmien; protetti jew mhux protetti ― Minkejja l-impressjoni u s-serhan il-mohh ta’ hafna cittadini, is-sigar sempliciment jispiccaw biex imutu.

Ix-xbieha li tidher hawnhekk turi xi whud mis-sigar li aktarx waslet ghalihom ukoll mannara tal-mewt bhalma gralhom hafna ohrajn bhalhom madwar Malta u Ghawdex. Il-post huwa l-Furjana, quddiem il-lukanda Phoenicia, madwar il-monument sabih ta’ Sciortino li sar fl-1913. Xi whud mis-sigar li hemm madwar dan il-monument ghandhom mill-anqas mas-seklu zmien.

Il-progett il-gdid li huwa ppjanat ghal dawn l-inhawi jipprogetta li l-bicca l-kbira tas-sigar u l-hdura li hemm hemmhekk jitnehhew. Dawn huma ftit mis-sigar li jaqghu vittma tan-nuqqas ta’ ghaqal taghna. Ohrajn kienu jinsabu sahansitra f’widien. Iqacctuhom f’isem il-progress. Fil-fatt, iqacctuhom biex jaghmlu flus lil min igib sigar ohrajn (mhux endemici) minn barra sabiex jinzerghu minflokhom.

Jisirquna hajjin

Il-harsien tal-ambjent naturali huwa sinjal wiehed biss tal-maturità umana li ghandu jkollna ahna lkoll. F’bosta mkejjen fid-dinja ― u mhux biss f’Malta u Ghawdex ― il-bniedem rghib, imsieheb ma’ nies fis-setgha, qieghed jaghmel sfregju shih u hsara irriparabbli. Dan huwa wiehed mis-sinjali l-aktar cari u evidenti tal-hazen tac-civilizzazzjoni taghna.

L-iskuza hafna drabi hi li jkun mehtieg li s-sigar jitqacctu minhabba li jkunu qeghdin itellfu x-xogholijiet pubblici jew privati. Kif ghedt, din hija biss skuza. Hija skuza li spiss trid tghatti l-verità li xi hadd fil-gvern (centrali jew lokali) irid jaghmel sinjur lil xi habib tieghu. Ghax is-sigar mhux-endemici li jingiebu minn barra jiswew l-eluf ta’ ewro. Dawn il-flus jittiehdu mit-taxxi tac-cittadini u jinghataw lill-privat.

Garrab is-sigar u forsi jkunu jistghu jghidulek x’wahda kbira minn ghajn il-labra ahna c-cittadini ghomja qeghdin nigu mghoddija. Naghmew bil-fatt li l-ambjent artificjali taghna qieghed jitjieb u ma narawx li, minbarra li jinqatlu hbieb gheziez antiki taghna, jisirquna sabiex ihaxxnu l-bwiet tal-ghedewwa taghna li jeqirdulna l-ambjent naturali li ghandna.

Dan jista’ jsir biss b’facilità minhabba l-indifferenza tal-bicca l-kbira tal-poplu Malti u Ghawdxi; forsi tieghi u tieghek ukoll.


Comments

  1. Biex mingħalina ngħamlu xi ħaga ġew imsejjħa artisti Maltin sabiex nhar il-15 ta' Settembru immorru f'din iż-żona biex huma stess ipittru x-xeni sbieħ tas-siġar li hemm fil-post. L-artisti se jirrekordjaw l-istorja permezz tal-pitturi tagħhom biex tal-inqas dawn is-siġar jibqgħu 'jgħixu' fl-arti tagħhom. Kemm aħna BRAVI!

    ReplyDelete
  2. Fr Mark
    Did you know that the Senglea Waterfront trees are to be cut down to 'widen' the road? Other foreign and possibly toxic species are to be planted in their stead but of course will take years to grow to the height of the present trees which is a green lung to the most densely populated town in Malta and possibly Europe. On Saturday morning there will be a local tree support group there together with some artists.
    I have enjoyed reading your blog and have found very interesting topics.
    Thank you for posting the above article about the trees outside Valletta for which a development permit has been requested to cut them all down. What a shame to think that they survived 2 world wars only to be bulldozed after having produced oxygen and shelter to man and beast for 100 years.
    You are right modern contractors and developers are barbaric.
    Ray Pisani

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?