Ic-cajta tan-non-allineament

“Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilhaq il-paci, is-sigurtà u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jhaddan politika ta’ non-allineament u jirrofta li jippartecipa f’kull alleanza militari.” Dan huwa kliem mislut minn Artiklu 1, sub-artiklu 3, tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, kliem li dahal f’dan id-dokument bl-emendi li saru fi Frar tal-1987. Fuq kollox, huma kliem li, jekk kienu jitwemmnu hamsa u ghoxrin sena ilu (kif fil-fatt kienu), illum aktarx li ma tantx baqghu jitwemmnu wisq.

Vapuri tan-NATO

It-twemmin fin-non-allineament ta’ Malta ilu bosta snin imajna. Hekk kif inbidel il-gvern ftit xhur biss wara li din l-emenda kienet saret parti mill-Kostituzzjoni taghna, mill-ewwel deher car li xi whud fil-gvern kienu accettaw li ssir din l-emenda ghax ma setghux jaghmlu mod iehor. Twemmin fiha ma kienx hemm.

Infatti, kwazi immedjatament bdejna repetittivament naraw il-vapuri tal-gwerra fil-portijiet Maltin bi ksur car tal-Kostituzzjoni. Dan ghaliex f’parti ohra ta’ dan l-istess artiklu jinghad hekk: “L-ebda facilitajiet f’Malta ma jithallew jintuzaw b’tali mod u mizura li jwasslu ghall-prezenza f’Malta ta’ koncentrazzjoni ta’ forzi barranin.” ‘Facilitajiet f’Malta’ jinkludu l-portijiet taghna; ‘forzi barranin’ jinkludu l-vapuri tal-gwerra.

Izda sahansitra sal-gimghatejn li ghaddew stess kellna l-vapuri tan-NATO fil-Port il-Kbir (kif juri r-ritratt li jidher hawnhekk). Il-vapuri kienu Germanizi, Taljani, Torok u Portugizi. Is-suldati tan-NATO sahansitra wettqu tahrig militari flimkien mas-suldati Maltin tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dan hu ksur iehor tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, ghax fl-artiklu msemmi hawnfuq tal-Kostituzzjoni jinghad hekk: “L-ebda persunell militari barrani ma jithalla fuq territorju Malti, hlief dak li jkun qed jaghmel attivitajiet civili.” Tahrig militari mhuwiex ‘attività civili’.

Paci bil-paroli biss

Naturalment, il-politici responsabbli ghall-ksur tal-Kostituzzjoni jgebbdu l-kliem tal-istess Kostituzzjoni sabiex dejjem igibu l-bocca qrib il-likk. Hekk kien sa mill-1987 u hekk ghadu sal-lum. Bhalma kien meta l-gvern Malti sieheb lil pajjizna ― taparsi non-allineat ― fil-programm militari ‘Parnership for Peace’ tan-NATO fl-1995. Bhalma kien ukoll meta ssehibna fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u kellna bil-fors nohorgu mill-Moviment ta’ Non-Allineament, li fih Malta kienet issiehbet fl-1973.

Il-protesti kontra dawn il-ksurijiet tal-Kostituzzjoni fir-rigward tat-taparsi non-allineament ta’ pajjizna kien dejjem restritt ghal ghadd relattivament zghir ta’ nies li, fil-bicca l-kbira taghhom, kienu bla sahha partikulari sabiex jibdlu l-affarijiet. Kontrihom kellhom in-nuqqas ta’ twemmin (bejn mohbi u bejn iddikjarat) tal-gvern fil-politika tan-non-allineament u n-newtralità. U c-cajta ghadha ghaddejja sal-lum.

Xi whud kienu jghidu li, la darba ntemmet l-hekk imsejha ‘Gwerra l-Bierda’, u la darba spiccat l-Unjoni Sovjetika, allura ma kienx hemm aktar sens li wiehed jitkellem dwar non-allineament, ghax speci ma kienx fadal ma’ xiex tallinea ruhek aktar. Din hi parti mic-cajta li qed nghixu f’dan ir-rigward. Ghax, fil-fatt, il-Kostituzzjoni taghna ma ssemmi ebda Gwerra Bierda u ebda Unjoni Sovjetika.

Issemmi biss ‘newtralità’; issemmi biss politika favur il-paci.

Xejn ghajr tragedja

Din hi haga minn ewl id-dinja. Jekk jien niddikjara ruhi newtrali f’xi glieda, jekk jien nikkjara ruhi non-allineat, hi kwestjoni ta’ integrità u ta’ konsistenza li b’ebda mod ma nghin lil hadd sabiex jiggieled. U ‘b’ebda mod’ ifisser li lanqas ma nilqa’ ghandi xi armi li jintuzaw fil-glied. Wisq anqas inharreg xi nies biex jiggieldu jew inharreg in-nies tieghi fil-glied maghhom. Inkella x’newtralità hi? X’non-alineament hu?

Izda llum il-prezenza tal-vapuri tan-NATO fil-portijiet taghna donnhom ma saru jinkwetaw kwazi lil hadd aktar. Sahansitra ssib lil min imur joqghod jehdilhom ir-ritratti u jrid li jitla’ fuqhom halli jitghaxxaq bihom! Mhux talli l-gvern Malti ma kompliex jeduka lill-poplu Malti, partikularment lill-generazzjonijiet il-godda tieghu, fil-filosofija u l-ispiritwalità tan-newtralità u tan-non-alineament, imma sahansitra sistematikament inkoraggixxa l-kuntrarju.

Ghaldaqstant, din tan-newtralità u tan-non-alineament ma saritx ghajr cajta bla sugu. Hija dahka fil-wicc. U li hu l-aghar hu li kwazi kulhadd donnu jehodha biz-zuffjett jew b’nuqqas totali ta’ interess. Kostituzzjoni u mhux Kostituzzjoni, il-valuri tal-gwerra jibqghu jigu u jmorru, u s-suldati tan-NATO jibqghu jinghataw merhba xorta wahda, bhallikieku m’ghandna ebda principju ta’ impenn favur il-paci.

Ghalija personalment din mhijiex cajta. Hija tragedja.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?