L-imhabba intima

Kull imhabba tinbena mill-aktar intimu ’l fuq. Inkella isem biss ikollha. Filwaqt li l-imhabba spiss tislef isimha lil hafna sentimenti li ma huma xejn bhalha u li m’ghandhom xejn minnha, xi kultant, biex tghix, lanqas biss tazzarda tghid isimha. Bhal fomm ta’ xmara kbira li tghajjex l-ixtut li tmiss b’suritha, l-imhabba tahbi l-ghajn li tibdilha l-girja taghha u li taghtiha hajja biex trodd.

Il-ferh u s-sliem

L-imhabba kollox thaddan, m’ghandiex ferqiet, ma tharisx lejn l-ucuh, ma taghzilx bejn il-hlejjaq. L-imhabba lil hadd ma taqdi, ghajr lilha nnifisha. Hadd m’hu sidha, hadd m’hu qaddej taghha. L-imhabba kollox tghozz, kollox tfahhar, kollox twiezen. L-imhabba kollox ghaziz ghaliha.

Hu fl-intimità ta’ ruhna, ta’ qalbna, tal-ispirtu taghna li l-imhabba ghandha l-bidu taghha. Hemmhekk biss nistghu nsibuha u niltaqghu maghha. Minn hemmhekk biss nistghu nhalluha taghti l-grazzja taghha. Fejn tibda hi, jibda wkoll il-ferh. Fejn tibda hi, jibda wkoll is-sliem.

Hafna nies jigru wara l-ferh u jixxenqu ghas-sliem minghajr ma ghandhom imhabba. Hajjithom ghajr imrar ma ssirx u giri wara r-rih. Ghax ebda ferh u ebda sliem ma jista’ jkollu qatt xi bniedem minghajr ma l-ewwel ihalli l-imhabba tibdlu fi gratitudni, f’radd ta’ hajr, ghall-holqien kollu u ghal kull haga.

Kitba ckejkna

Jien nixtieq nistiednek sabiex thallini nghinek tiskopri l-gratitudni, li hi d-dar tal-imhabba u l-muftieh tal-ferh u s-sliem ta’ qalbek. Dan nista’ naghmlu bil-kitba ckejkna bl-Ingliz li hejjejt ― FOUR HAVENS OF INTIMACY (Erba’ Kenn ta’ Intimità) ― li bhalissa hu ghall-bejgh fuq l-Internet u fuq l-Internet biss. Biex tikseb din il-kitba trid tfittex f'dan il-blog jew tmur f’dan is-sit: www.fourhavens.com.

Il-kitba hija gwida sabiex inti tkun tista’ taghmel mid-dwejjaq u l-ugighat tieghek ghejjun ta’ ferh u sliem. Ilkoll ghandna sitwazzjonijiet li jaghmluna mdejqa. Hekk kif ilkoll ghandna wkoll tifkiriet li baqghu jweggghuna. Dawn it-tnejn flimkien jirrovinawlna l-ferh taghna u jtellfulna dak is-sliem gewwieni li tant nixtiequ.

Ghax imgieghlin, hafna minna jitghallmu jissaportu l-ugigh taghhom u jghixu bih. Izda ma jirbhulu qatt. Ma jwarrbuh qatt minn hajjithom. Din il-kitba li qieghed noffrilek tista’ sservi sabiex iddewwi l-feriti li garrbet qalbek matul is-snin; tista’ sservi sabiex sitwazzjonijiet difficli li qed tghix bhalissa ma thallihomx aktar jghaffguk u jimlewlek hajtek bl-imrar.

Rigal ghalik

Ma jrid ikollok ebda gherf specjali biex taqra din il-kitba. Tnisslet mill-esperjenza tieghi u cert li ssib art tajba fl-esperjenza tieghek. Li nghinu lil xulxin, ukoll b’dan il-mod, huwa dmir li lkoll ghandna lejn xulxin.

L-imhabba hija l-akbar grazzja li ahna jista’ jkollna. Dnub li hafna nies ma jiskopruha qatt ghalkemm bosta drabi jghixu bl-illuzjoni li jafu x’inhi u x’issarraf. Hafna ohrajn jibzghu mill-imhabba, jista’ jkun ghax jahsbu li titlob wisq u jista’ jkun ukoll ghax tmexxihom f’toroq li jobsru li jbezzghuhom. L-imhabba ma titolbok xejn ghajr li tohrog minn go fik dak li digà ghandek bla qjies biex taghti.

Jien ma nazzardax nghid li nafha ghal kollox. Imma minn dak li naf lest li naghti lilek ukoll permezz ta’ din il-kitba li noffrilek. Ktibtha ghalik. Mill-bqija, nista’ biss nistiednek sabiex tiksibha. Hija wahda biss mill-hafna rigali li naqilghu tul hajjitna flimkien mal-hajja nnfisha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?