Mintoff u l-fazijiet ta’ hajtu

Kienet sensazzjoni stramba hafna ghalija li niehu sehem f’funeral ta’ bniedem li ma jista’ jmut qatt. Filwaqt li ninsab profondament grat lejn uliedu, Anne u Yana, li stednuni nissieheb mal-familji taghhom f’mument hekk emozzjonali u memorabbli, lanqas naf kif nibda nirringrazzja lill-ghexieren ta’ nies li, fit-toroq jew b’kull mod li sabu biex jikkomunikaw mieghi, wrew l-apprezzament taghhom ghall-biss prezenza tieghi, flimkien ma’ dik ta’ Dun Gordon Refalo, tul il-manifestazzjonjiet li saru tul it-tliet ijiem tal-funeral. Ghalija din il-prezenza kienet privilegg u unur.

‘Persona’ kumplessa u ghanja

Intqal u ghadu jintqal hafna dwar Mintoff. Il-bicca l-kbira tal-kontribuzzjonijiet kienu mmarkati minn emozzjonijiet qawwija marbuta ma’ esperjenzi personali li l-valur taghhom huwa siewi daqskemm limitat. Ohrajn ippruvaw jaghmlu apprezzamenti tieghu aktar mifruxa. Il-valur ta’ dawn huwa siewi wkoll ghalkemm generali wisq.

Mintoff kellu hafna fazijiet f’hajtu li evolvew tul il-medda tas-snin. Huwa difficli hafna li xi hadd jigbed gudizzji semplici li jghoddu ghall-fazijiet kollha f’salt. L-istess kif impressjonjiet u esperjenzi li jorbtu ma’ xi fazi minnhom jistghu jittiehdu li japplikaw ghall-fazijiet l-ohra wkoll. Kull fazi, ghalkemm f’kontinwazzjoni mal-ohrajn, trid tittiehed ghaliha. Xi kultant, certi fazijiet huma sahansitra f’kontradizzjoni ma’ ohrajn.

Il-‘PERSONA’ ta’ Mintoff, hekk kumplessa u ghanja fiha nnifisha, giet mahduma jew ri-inventata bosta drabi, kemm minnu nnifsu u kemm minn haddiehor. Dan kien dovut ghal kundizzjonijiet diversi li ltaqa’ maghhom matul is-snin, ghal diversi livelli ta’ success jew falliment li kellu u, fuq kollox, ghal modi differenti ta’ kif in-nies harsu lejh u kienu jqisuh, kif ukoll x’kienu jistennew jew jippretendu minn ghandu.

Ma jezistix Mintoff wiehed

Jekk biss wiehed jiehu l-‘persona’ ta’ Mintoff tal-erbghinijiet u jqabbilha mal-‘persona’ tieghu tat-tmeninijiet, x’differenza bla qjies jara! U spiss jigri li, meta xi tnejn jiddibattu fuq Mintoff, tara li ma jkunux jaqblu bejniethom ghax kull wiehed ikun qieghed jitkellem fuq Mintoff ta’ fazi differenti.

Mintoff tal-erbghinijiet hu differenti hafna minn Mintoff tal-hamsinijiet; u kull wahda minn dawn hi differenti hafna minn Mintoff tas-sittijiet u tas-sebghinijiet u tat-tmeninijiet u tad-disghinijiet u tal-millenju l-gdid. Hekk kif inbidlu c-cirkustanzi, hekk kif Mintoff rabba dejjem aktar kunfidenza fih innifsu, hekk ukoll biddel il-mod kif ried li haddiehor jarah, u nbidel hekk kif haddiehor biddel il-mod li ried jarah.

Ma jezistix Mintoff wiehed, izda bosta, anki jekk bejniethom hemm rabtiet u xejriet li ma jinbidlux. Dan jghodd ghall-hajja pubblika daqskemm ghall-hajja privata tieghu. Wiehed qatt ma jista’ jasal biex jaghraf lil Mintoff tajjeb jekk ma jzommx sew f’mohhu l-evoluzzjoni tieghu, kemm ta’ hsieb, kemm ta’ hidma u kemm ta’ personalità.

Snin xejn sbieh

Jien sirt naf lil Mintoff personalment u intimament fi zmien meta Alfred Sant kien prim ministru u, bi sforz sabiex imexxi bi stil gdid u b’dehra gdida, warrbu u kien jinjorah ghal kollox. Ghalkemm dak l-attegjament nista’ nifhmu b’xi mod, dan kien zmien ta’ wgiegh il-qalb kbir ghal Mintoff, u gieli rajtu bid-dmugh f’ghajnejh minhabba f’hekk. Il-massimu gie fid-9 ta’ Gunju tal-1998 f’Bormla meta Sant, kwazi isteriku, kien sejjah lil Mintoff traditur.

Hawnhekk m’iniex se naghmel analizi jew gudizzju storiku ta’ dawk il-jiem u ta’ x’naf li kien ghaddej minn wara l-kwinti. Nghid biss, xott xott, li ghal Mintoff dan kollu kien ta’ dulur kbir li qatt ma nsieh. Ftit xhur qabel, f’Dicembru tal-1997, kienet mietet martu Moyra, li Mintoff tant ha hsiebha fil-mard tal-ahhar taghha, u dan ukoll hallieh b’qalb maqsuma.

Dawk ma kinux snin sbieh ghal Mintoff. Kien izolat u mnikket. Ghalkemm, ta’ qalbieni li kien, kont narah jaghmel kull sforz biex jirbah id-dwejjaq u jzomm ruhu okkupat kemm jista’ jkun, ma ninsa qatt il-hafna u hafna ghaxijiet twal li kont inkun wahdi mieghu d-dar nithaddtu dwar elf miljun haga u naqsmu bejnietna d-dellijiet li kienu jingabru madwarna. Dawn huma tifkiriet tant u tant prezzjuzi ghalija.

Bniedem qlubi u bravu

Wara, ghall-grazzja t’Alla, gew zminijiet ahjar, specjalment meta lahaq kap tal-partit Joseph Muscat u Mintoff ma baqax jigi umiljat aktar minn niesu laburisti stess. L-ahhar erba’ snin ta’ hajtu, partikularment l-ahhar tnejn, meta uliedu Anne u Yana kienu qrib hafna tieghu, rajtu jsib hafna farag. Ghall-anqas, fi tmiem hajtu Mintoff seta’ jkun fis-sliem mieghu nnifsu, mal-istorja, u mal-poplu li tant kien ihobb.

Dawn il-fazijiet li fihom jien kelli l-unur u l-privilegg bla qjies li nkun intimament qrib Mintoff huma biss ftit mill-fazijiet kollha ta’ hajtu. Huma fazijiet li ghandhom gabra fihom infushom u li ma jirriflettux ghal kollox it-tip ta’ personalità li Mintoff kellu f’fazijiet ohra.

Jien nahseb li kull fazi ta’ hajtu jehtieg li tigi meqjusa b’dan il-mod. Ghax ghal kull wahda kien hemm Mintoff iehor, gdid, ri-inventat, differenti. Kollha ghandhom is-siwi taghhom, izda dan is-siwi mhux dejjem jista’ jigi mghoddi minn wahda ghal ohra.

Ghaldaqstant, l-esperjenza u l-istorja ta’ Mintoff necessarjament trid tkun miftuha ghal bosta u hafna perspettivi, interpretazzjonijiet u vizjonijiet. Li zgur hemm komuni ghalihom ilkoll huma l-qlubija u l-bravura ta’ bniedem li qatt ma halla lil min igibu dahru mal-hajt u li l-hajja ried dejjem jikkmandaha hu flok tikkmandah hi.

Comments

  1. Artiklu miktub tajjeb, li pero', jespandi ftit. Paragrafi biex tghidilna li Mintoff kellu hafna fazijiet, xi haga li kullhadd probabbli kien konxju li jara.

    Mintoff startja bli skossi, kiber fil poter u fl-ghaqal, waqa ghal patattu, u rega gabar giehu.... Dejjem bli skop ta pajjizu l-ewwel.

    Hemm hafna x'taqra, u biex tikteb bijografija ta bniedem hekk kumpless difficli mmens.

    ReplyDelete
  2. Grazzi ta' dan il-kumment.

    Wiehed ma jistax jespandi f'artiklu ta' appena 600 kelma. Ridt biss naghmel punt, ghax ma nahsibx li hu 'probabbli', ta, li kulhadd hu konxju tieghu. Infatti, filwaqt li bosta laburisti jitkellmu kwazi esklussivament dwar Mintoff tas-sittinijiet, bosta nazzjonalisti jitkellmu kwazi esklussivament dwar Mintoff tat-tmeninijiet. Il-bicca l-bkira jinjoraw ghal kollox il-fili u l-konnessjonijiet li hemm ghaddejja fil-hajja ta' Mintoff mill-erbghinijiet sal-millennju l-gdid, sittin sena wara.

    Meta wiehed jiehu l-fazijiet differenti ta' hajtu (mill-anqas tmienja jew disgha, fil-fhema tieghi), ghandu mnejn jara wkoll li l-'ball-game' tinbidel ghal kollox, inkluz il-'persona' nnifisha ta' Mintoff.

    Meta 'l quddiem issir sewwa u kif jixirqilha, il-bijografija ta' Mintoff ma tkunx ta' bniedem wiehed biss, imma ta' tmienja jew disa' min-nies li, ghalhemm b'rabtiet konsistenti (predominentement psikologici) ma' xulxin, huma estetikament persuni differenti. Dan hu l-punt principali li xtaqt naghmel f'din il-kitba.

    ReplyDelete
  3. Naqbel mieghek Fr.Mark. Bl-ebda mod ma rrdt innaqas mil-mertu tieghek. Anzi jiena xtaqt li tkompli tespandi l-idejat tieghek. :-)

    Jiena ghandi 47, jigifieri zmien Mintoff ghextu. Kelli problemi kbar fi zmienu (specjalment waqt li skola), pero' fhimt ukoll il vizjoni iktar wiesgha tieghu, u hija dik li rridu nghozzu... Li kellu vizjoni jara l quddiem...

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?