Mitejn sena lura

Minflok kelmtejn tieghi, illum hsibt li jkun aktar xieraq li ngib minghajr kumment l-intervista qasira li saret mill-mibki KARDINAL CARLO MARTINI fit-8 ta’ Awwissu li ghadda. It-test li jidher hawnhekk huwa shih, tradott mit-Taljan hekk kif deher fil-Corriere della Sera tal-1 ta’ Settembru li ghadda. Il-versjoni originali ta’ dan it-test giet personalment approvata mill-kardinal innifsu. L-intervista, li kienet saret minn Georg Sporschill SJ e Federica Radice, hija din:

Int kif tara l-qaghda tal-Knisja llum?

Il-Knisja hi ghajjiena, kemm fl-Ewropa bil-gid taghha u kemm fl-Amerika. Il-kultura taghna xjahet, il-knejjes taghna kbar wisq, id-djar tal-patrijiet u s-sorijiet huma vojta, l-apparat burokratiku tal-Knisja jizdied, ir-riti taghna u dak li nilbsu huma pompuzi. Dawn l-affarijiet juru dak li sirna llum. Il-gid qed jaghfas fuqna. Sirna qisna dak iz-zaghzugh ghani li telaq minn quddiem Gesù b’qalbu sewda meta dan sejjahlu biex jimxi warajh.

Jien naf li nistghu nhallu kollox b’heffa kbira. Imma dan jista’ jsir meta nsibu nies li huma hielsa u li huma l-aktar qrib in-nies. Bhalma kienu Romero u l-martri Gizwiti ta’ El Salvador. Fejn qeghdin fostna l-eroj li jistghu jnebbhuna? Ghall-ebda raguni m’ghandna nhallu lilna nfusna nigu mjassra mill-ktajjen tal-istituzzjoni.

Illum min jista’ jghin lill-Knisja?

Karl Rahner kien spiss juza x-xbieha tal-gamar li jinheba taht l-irmied. Jien fil-Knisja tallum nara tant irmied jghatti l-gamar li spiss inhossni qisni ma nista’ naghmel xejn. Kif nistghu nehilsu l-gamar mill-irmied b’mod li nergghu nkebbsu n-nar tal-imhabba? L-ewwel u qabel kollox jehtieg li nsibu dan il-gamar. Fejn qeghdin il-persuni ta’ veru li huma mimlija generosità bhas-Samaritan it-tajjeb? li ghandhom fidi bhac-centurjun Ruman? li huma kollhom hegga bhal Gwanni l-Battista? li jissugraw mill-gdid bhal Pawlu? li ghandhom fedeltà bhal dik ta’ Marija Madalena?

Jien naghti parir lill-Papa u lill-isqfijiet sabiex isibu tnax-il persuna li mhumiex minn ta’ gewwa halli jaghtuhom postijiet ta’ tmexxija; persuni li huma qrib il-fqar, li ghandhom madwarhom iz-zghazagh u li jippruvaw affarijiet godda. Ghandna bzonn niltaqghu ma’ persuni li huma mhegga halli l-ispirtu jkun jista’ jinxtered kullimkien.

Liema mezzi tissuggerixxi halli l-Knisja tirbah l-ghajja li ghandha?

Jien nissuggerixxi tlieta qawwijin hafna. L-ewwel, IL-KONVERSJONI. Il-Knisja jehtieg li taghraf l-izbalji taghha. Jehtieg li taqbad bis-serjetà triq ta’ bidla, ibda mill-Papa u mill-isqfijiet. L-iskandli ta’ pedofilja jgeghluna naqbdu triq ta’ konversjoni. Bhala ezempju nsemmi l-kwestjonijiet dwar is-sesswalità u dwar dawk it-temi kollha li ghandhom x’jaqsmu mal-gisem tal-bniedem. Dawn huma importanti ghal kulhadd u xi kultant huma ta’ importanza assoluta. Jehtieg li nistaqsu lilna nfusna jekk in-nies ghadhiex tisma’ l-fehmiet tal-Knisja fi hwejjeg sesswali. Il-Knisja ghadha awtorità f’dan il-qasam? Ghadhom jaghtu kasha jew saret biss cajta tal-midja?

It-tieni, IL-KELMA TA’ ALLA. Il-Koncilju Vatikan II rega’ ta l-Bibbja lill-kattolici kollha. Dawk biss li jhossu f’qalbhom din il-Kelma jistghu jkunu parti minn dawk li jghinu fit-tigdid tal-Knisja u li jkunu jafu jwiegbu ghall-mistoqsijiet personali taghhom permezz ta’ ghazla xierqa. Il-Kelma ta’ Alla hi semplici u tfittex li ssieheb maghha qlub li jisimghuha. La l-kleru u lanqas id-Dritt Kanoniku ma jistghu qatt jehdulha postha fil-qalb tal-bniedem. Ir-regoli esterni kollha, il-ligijiet, id-dommi, kollha gew moghtija sabiex jiccaraw l-ilhna tal-qalb u sabiex naghzlu bejn spirti tajba u spirti hziena.

Wara kollox, ghal min tahseb li huma S-SAGRAMENTI? Dawn huma t-tielet mezz ta’ fejqan. Is-sagramenti mhumiex ghodod ta’ dixxiplina, izda ghajnuniet ghan-nies waqt il-mixi u d-dghufijiet taghhom fil-hajja. Qeghdin tassew inwasslu s-sagramenti lil dawk li ghandhom bzonn sahha mill-gdid?

Hawnhekk qieghed nahseb fid-divorzjati kollha, fil-koppji kollha li regghu zzewgu u fil-familji bi tfal ta’ partijiet separati jew iddivorzjati. Dawn ghandhom il-bzonn ta’ protezzjoni specjali. Il-Knisja tishaq fuq l-indissolubbiltà taz-zwieg. M’ghandniex xi nghidu, hi grazzja meta zwieg u familja jirnexxu. Imma l-attitudni taghna ma’ familji bi tfal ta’ partijiet separati jew iddivorzjati jiddetermina jekk it-tfal jersqux lejn il-Knisja.

Naghtu kaz li mara giet abbandunata minn zewgha u sabet sieheb gdid li jiehu hsieb lilha u lit-tliet t’itfal taghha. Jekk issir diskriminazzjoni ma’ din il-familja, mhux biss il-mara tinqata’ ’l barra, izda uliedha wkoll. Jekk il-genituri jhossuhom imwarrba mill-Knisja jew jekk ma jhossux l-appogg taghha, il-Knisja tispicca biex titlef il-generazzjoni tal-futur.

Qabel ma ahna nitqarrbnu, nghidu: “Mulej, ma jisthoqqlix ...” Ahna nafu li ma jisthloqqilniex. Imma l-imhabba hija grazzja. L-imhabba hija rigal. Il-kwestjoni jekk id-divorzjati jistghux jitqarrbnu trid tinbidel mill-qiegh. Kif se taghmel il-Knisja biex, bil-qawwa tas-sagramenti, twassal l-ghajnuna taghha lil min jinsab f’sitwazzjonijiet ta’ familji kumplessi?

Int x’tissuggerixxi personalment?

Il-Knisja baqghet mitejn sena lura. Ghaliex ma ticcaqlaqx? Ghax tibza’? Nibzghu flok inkunu qalbiena? Hu x’inhu, hija l-fidi l-pedament tal-Knisja: il-fidi, il-fiducja, il-qlubija. Ha niehu l-ezempju tieghi stess: jien xih u marid u niddependi mill-ghajnuna ta’ haddiehor. Inhoss l-imhabba permezz tal-persuni tajba ta’ madwari. Din l-imhabba hija aqwa mis-sentiment ta’ sfiducja li xi kultant nilmah fil-Knisja madwar l-Ewropa. L-imhabba biss tirbah l-ghajja. Alla hu mhabba.

Jien ghad ghadni mistoqsija ghalik: x’tista’ taghmel int ghall-Knisja?

_________________________

It-test originali bit-Taljan tista’ ssibu hawnhekk: http://www.corriere.it/cronache/12_settembre_02/le-parole-ultima-intervista_cdb2993e-f50b-11e1-9f30-3ee01883d8dd.shtml

Comments

  1. Il-Kardinal Carlo Martini fehem kif ihobb lill-bniedem Kristu, li kien bniedem bhalna. Fehem x'inhi l-imhabba ta' Alla l-Missier - dak il-Missier li qaghad jistenna lill-ibnu l-hali jigi lura d-dar minghajr u meta wasal ma semmielu xejn mill-imghoddi, anzi ghannqu mieghu - ghax "rega' qam". Missierna jimpurtah minna biss - bhalma kull missier/omm umani, normali, ihobbu lil uliedhom - anzi aqwa.

    Lil Alla, xejn milli naghmlu ahna mhu se jzidlu jew inaqqaslu mill-kobor tieghu - Hu jimpurtah biss minnha, min kif inhossuna, x'inhu dak li ghandna bzonn, mill-kuntentizza taghna u s-sliem maghna nfusna.

    Grazzi ta' din it-traduzzjoni u grazzi lill-Kard. Carlo Martini tal-imhabba u l-kuragg tieghu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?