‘Indignados’

‘INDIGNADOS’ hija kelma bl-Ispanjol li tirreferi ghal xi hadd indinjat jew, fi kliem iehor, imdaghdagh bl-istmerrija. Teknikament, hija l-isem ta’ pjataforma digitali Spanjola (fuq l-Internet) li torbot flimkien nies maghquda kontra ‘l-qaghad, il-pagi hziena, is-sub-kuntratti, ix-xoghol prekarju u l-isfruttament taz-zghazagh’. B’mod aktar partikulari, il-kelma ‘Indignados’ saret bhal titlu ghal kulmin huwa indinjat mis-sistema ekonomika u politika ta’ pajjizu.

Protesta kontinwa

Il-moviment tal-‘Indignados’ beda bil-kuntatti ta’ mitejn xibka socjali digitali, izda l-aktar ta’ ‘Democracia Real YA’ (Demokrazija Vera ISSA) u ‘Juventud Sin Futuro’ (Zghazagh Bla Futur). Ix-xbieki kienu msensla fuq Twitter u Facebook. Gew flimkien bhala ‘Indignados’ f’Jannar tal-2011 ghall-organizzazzjoni ta’ protesti f’sittin belt Spanjola fil-15 ta’ Mejju ta’ dik is-sena.

Dak in-nhar, l-Internet irnexxielu johrog madwar 130,000 ruh fil-pjazez Spanjoli. F’Madrid biss hargu 50,000, f’Barcelona 15,000, u fi bliet bhal Granada u Malaga 5,000 ruh kull wiehed. B’appogg ghall-Ispanjoli, fl-istess jum saru wkoll demostrazzjonijiet f’Dublin, Lisbona, Amsterdam, Istanbul, Bolonja, Londra u Parigi.

Xi ftit jew wisq, jista’ jinghad li l-protesti li bdew dak in-nhar ghadhom sejrin sal-lum. Fi ftit snin, il-moviment tal-‘Indignados’ kiber fi protesta kontinwa li fiha jinghad li digà hadu sehem mat-8 miljun ruh. Hija protesta mifruxa f’diversi kontinenti u fost diversi popli. Fi gzirijietna, nehhi ftit zghazagh li tghoddhom fuq idejk it-tnejn, hafna minna lanqas biss qatt SEMGHU bl-‘Indignados’!

Tliet kolonni

Dan il-moviment ta’ protesta mhuwiex izolat. Beda f’Dicembru tal-2010 fit-Tunezija (li temm id-dittatorjat ta’ Ben Ali), kompla f’Jannar tal-2011 fl-Egittu (li temm il-hakma ta’ Mubarak), fil-Jemen, Bahrejn u s-Sirja, imbaghad, fi Frar tal-2011, f’Westconsin u Ohio (l-Amerika) u wara fi Spanja. Fis issokta wkoll fil-Grecja (Mejju tal-2011), fl-Amerika bl-okkupazzjoni ta’ Wall Street (Settembru tal-2011) u f’imkejjen ohra tul l-2012 kollha sal-lum.

Fost il-pajjizi li jithaddtu l-ilsien Ingliz, il-moviment tal-‘Indignados’ hu maghruf bhala ‘Occupy Together’. L-isem tnebbah fl-okkupazzjoni ta’ Wall Street fi New York. Il-hidma ta’ dan il-moviment ― li beda fuq inizzjattiva Kanadiza ― jistrieh fuq tliet kolonni: L-ewwel, IRREZISTI (resist) ― Fl-ispirtu u t-tradizzjoni tad-dizubbidjenza civili, l-imsiehba jinzlu fit-toroq u jipprotestaw kontra l-kilba tal-korporazzjonijiet, l-abbuz tas-setgha u d-disparità ekonomika.

It-tieni, IBDEL (restructure) ― Fl-ispirtu tal-idea li ‘Il-bidla fid-dinja tibda minna’ (ta’ Gandhi), l-imsiehba jiggwidaw lil haddiehor fl-azzjoni billi jingabru f’postijiet pubblici sabiex jaghtu xhieda ta’ kultura bbazata fuq il-komunjoni u l-ghajnuna ta’ xulxin.

It-tielet, OHLOQ (remix) ― L-imsiehba jinghaqdu sabiex jaghmlu bidliet fundamentali fis-sistema politika, ekonomika, socjali u/jew religjuza.

Erba’ realtajiet

Fid-29 ta’ Settembru tal-2011, il-100,000 ruh li okkupaw id-distrett finanzjarju ta’ New York (Wall Street) approvaw stqarrija dwar l-ghanijiet tal-moviment ‘Occupy Together’ u ‘Indignados’. L-istqarrija tibda billi taghmel erba’ punti fundamentali, jigifieri: “Bhala poplu wiehed, maghqud, ahna nirrikonoxxu r-realtà li:
  • “Il-futur tar-razza umana tehtieg il-kooperazzjoni tal-membri taghha;
  • “Is-sistema taghna tehtieg tipprotegi drittijietna u, in kwantu l-korruzzjoni ta’ dik is-sistema, jispetta ’l-individwi li jipprotegu d-drittijiet taghhom infushom u dawk tal-girien taghhom;
  • “Filwaqt li l-gvern demokratiku jikseb is-setgha gusta tieghu minghand il-poplu, il-korporazzjonijiet ma jiksbu l-permess ta’ hadd sabiex jisolhu l-gid minghand in-nies u mid-Dinja; u
  • “Ebda demokrazija vera ma tista’ tintlahaq meta l-process hu determinat mill-qawwa ekonomika.”

L-istqarrija tkompli tghid li zmienna “hu zmien meta l-korporazzjonijiet – li jqieghdu l-profitt qabel in-nies, il-gwadann qabel il-gustizzja, u l-oppressjoni qabel l-ugwaljanza – qeghdin imexxu l-gvernijiet.”

Dan hu l-istess zmien u l-istess realtà li qeghdin nghixu fi gzirijietna. Tghid ghaliex m’ahniex indinjati?

Comments

  1. Nixtieq nipprova naghti twegiba ghall-mistoqsija tieghek: "Tghid ghaliex m’ahniex indinjati?"

    Jiena nemmen li n-nuqqas ta' protesti hawn Malta huwa dovut ghal dawn ir-ragunijiet:

    1.) In-nuqqas ta' artikli jew ta' gurnalisti li huma kritici tal-mudell ekonomiku li ghandna f'pajjizna. Tisma' b'xi kaz li spicca l-Qorti, izda difficli ssib artikli jew xi dokumentarju maghmul Malta li jitfa' aktar dawl dwar l-isfruttament enormi li hawn f'bosta kumpaniji hawn Malta ghal dak li ghandu x'jaqsam mat-trattament ta' numru ta' haddiema. Dan iwassal biex bosta haddiema jhossu li ma tezistix alternattiva ghalihom; jispiccaw jemmnu li l-affarijiet qieghdin kif qieghdin minghajr tama reali ta' bidla.

    2.) Is-sistema edukattiva hawn Malta ghadha wisq iffukata fuq it-taghlim ta' bosta affarijiet bl-amment minghajr ebda enfasi fuq l-importanza li persuna titghallem tikkritika u tinvestiga dak li taqra u tisma'. Dan iwassal ghal sitwazzjoni fejn eluf ta' zghazagh jidhlu fi-dinja tax-xoghol minghajr ma jkunu tghallmu jsaqsu numru ta' mistoqsijiet essenzjali bhal: x'inhu r-rwol tal-gvern f'hajti? Ghaliex ghandi naccetta certa paga jew certi kundizzjonijiet ta' xoghol?

    3.) Klassi intellettwali li fiha ssib bosta persuni li huma favur l-istatus quo. Ghandek ukoll bosta intellettwali li minkejja l-ftahir dwar il-kwalifiki taghhom qatt ma jippubblikaw kotba bhala kritika kostruttiva ta' numru ta' affarijiet li jkunu qed isehhu fil-pajjiz. Jekk tmur pajjizi ohrajn, issib numru gmielu ta' intellettwali li l-hin kollu jaghmlu "talks" jew jippubblikaw kotba biex itejbu s-socjeta' li jghixu fiha. Ovvjament, jekk hafna mill-intellettwali ta' pajjizna huma rieqdin, ma nistghux nitkazaw meta tirrenja l-apatija fost eluf ta' studenti u zghazagh.

    ReplyDelete
  2. Jidhirli li dak li ghedt hawnhekk, Red, ghandu hafna mis-sewwa. Aktarx jipponta lejn nuqqas profond ta' kuxjenza komunitarja. Fis-sens li, ghalkemm nghixu flimkien, ma jidhirx li nghixu GHAL xulxin. L-edukazzjoni taghna - mhux biss dik formali, imma wkoll dik informali - tkompli tiggenera gemgha ta' individwalisti li, fl-ahhar mill-ahhar, qatt ma titkellem dwar l-'ahna' izda dejjem dwar il-'jien'. Il-bicca l-kbira jimxu ghal rashom magenb haddiehor, izda mhux maghhom; ma nhossuniex responsabbli ta' xulxin u, ghalhekk, ma nissagrifikaw (u m'ahniex lesti li nissagrifikaw) xejn ghal xulxin. Jekk trid, zviluppajna socjeta' ta' egoisti. Ir-ragunar tal-bicca l-kbira taghna jmur xi haga hekk: la ma jinteressax lili personalment, ma jinteressanix; jinteressani biss dak li jmiss lili personalment; haddiehor jiehu hsieb lilu nnifsu. Dan hu mod wiehed kif tista' tinftiehem is-socjeta' tal-bnedmin, mod li ma nahsibx li tista' twassal ghal socjeta' hienja jew matura. (U ta' dan ghandna l-evidenza kullimkien madwarna.)

    ReplyDelete
    Replies
    1. Għal aktar tagħrif dwar dan is-suġġett u dwar minn fejn ġie ispirat l-isem 'Indignados'nistgħu naraw:

      http://en.wikipedia.org/wiki/St%C3%A9phane_Hessel

      http://www.amazon.co.uk/Time-Outrage-St%C3%A9phane-Hessel/dp/0704372223

      http://www.amazon.co.uk/Indignez-Vous-Stephane-Hessel/dp/B006DK82N8

      http://lesindignesdefrance.fr/

      Naqbel li verament ahna l-Maltin poplu gwejjed - nahseb ghax hekk mghallmin. Naseb li ahna rassenjati u ubbidjenti fejn m'ghandniex inkunu. It-tbatija nizvogawha billi ngergru bejnietna jew inwaħħlu f'dak u fl-ieħor, forsi anke fir-rieda t'Alla!! u nistennew minn elezzjoni għal oħra li l-affarijiet jinbidlu, jew inhabbtu bieb xi kandidat biex jaqlaghlna bi grazzja dak li hu taghna b'jedd! Bl-individwalizmu taghna kulhadd qed ibati wahdu u jipprova jdabbar rasu ghax jaf li mhemmx ghajnuna immedjata jew fil-qrib.

      Mil-lat prattiku, l-anqas ghandna sistema ta' statistika tajba u effikaci bizzejjed biex inkejlu fid-dettall il-bzonnijiet tal-poplu - ahseb u ara kif gvern, ikun liema kulur ikun, jista' jipprevedi bagit skont il-htigijiet reali ta' kull taqsima tal-poplu bic-cirkostanzi taghha.

      Hemm bzonn ukoll li s-sistemi ta' appogg li jezistu f'pajjizna jkollhom bizzejjed rizorsi materjali u umani biex iwiegbu ghall-htigijiet immedjati li dak li jkun isib ruhu fihom, u jibqghu joperaw sakemm dak li jkun ikun kapaċi jfendi ghal rasu u jkun jista' jaghti sehmu fis-soċjeta'.

      Ta' min isemmi li wahda mis-sistemi li kien daħħal Abbe Pierre fi Franza meta fetah l-ewwel dar ghal dawk li ma kellhomx fejn imiddu rashom kienet li min kien jigi milqugh fid-dar kien mistenni jghin fix-xoghol biex titranga l-istess dar u biex jintlaqgħu ohrajn aghar minnu.

      Dawn kienu ftit hsibijiet li nispera li jiswew ta' gid. Grazzi tal-opportunita' li niehu sehem f'din id-diskussjoni.




      Delete
    2. Grazzi ta' din l-informazzjoni, specjalment dwar Stéphane Hessel.

      Nistghu nghidu li r-ragunijiet kollha li qeghdin jissemmew hawnhekk narahom jorbtu (direttament jew indirettament) mal-edukazzjoni (formali u informali) religjuza li l-bicca l-kbira minna hadna kif ukoll mal-fasla fundamentalment religjuza (partikularment Kattolika ta' bixra lokali) li ghandhom l-istituzzjonijiet lokali. Nahseb li hemm inter-relazzjoni bejn l-individwalizmu (personali daqskemm fuq livell ta' familji u istituzzjonijiet), il-mentalita' predominantement gerarika, l-assolutizmu istituzzjonali u xejriet psikologici ohrajn tal-karattru Malti kontemporanju. Jidhirli li qabel ma l-mentalita' Maltija tinfatam mill-fasla religjuza (f'oppozizzjoni ghal dik spiritwali), ikun impossibbli li tiddakkar minn xi 'indinjazzjoni' fruttifera.

      Delete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?